EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0054

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2007 tat- 8 ta' Ġunju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 266, 11.10.2007, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/54(2)/oj

11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta' Frar 2007 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XIII mal-Ftehim:

“66na.

32007 R 0103: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta' Frar 2007 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 3.2.2007, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 103/2007 fil-lingwa Iżlandiżi u dik Norveġiża li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 80.

(2)  ĠU L 28, 3.2.2007, p. 8.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


Top