EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0052

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2007 tat- 8 ta' Ġunju 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE - Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2007 li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim

ĠU L 266, 11.10.2007, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/52(2)/oj

11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tat-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-finanzjament multiannwali għall-azzjoni ts' l-Aġenzija ta-Sikurezza Marittima Ewropea fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (2), kif korrett mill-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 12, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56o (Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“56oa.

32006 R 1891: Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-finanzjament multiannwali għall-azzjoni ts' l-Aġenzija ta-Sikurezza Marittima Ewropea fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 12, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 56o (ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32006 R 1891: Id-Direttiva 2006/1891/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1), kif korretta mill-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 12.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 1891, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 30, tad-3.2.2002, p. 12, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 80.

(2)  ĠU L 394, 30.12 2006, p. 1.

(*)  Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2007 li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim

L-inkorporazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1891/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jkun bla ħsara għall-fatt li r-regolament jirreferi għal atti li ma humiex inkorporati mal-Ftehim taż-ŻEE.


Top