Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0027

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/27(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/48


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 27/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (3) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-metodi ta' l-operat ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

    “66qa.

    32006 R 0736: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-metodi ta' l-operat ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni (ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Fl-Artikolu 14 il-kelmiet ‘jew ftehim bejn l-Istati EFTA u l-pajjiżi terzi’ għandhom jiżdiedu wara ‘ftehim Komunitarju’, u l-kelmiet ‘, kif adattat għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim,’ għandhom jiżdiedu wara ‘ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002’.

    (b)

    Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 17 għandu jiżdied dan li ġej:

    ‘Ir-rapport annwali li jippreżenta analiżi ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni għandu jintbagħat lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA.’”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 736/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

    (2)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

    (4)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top