Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0018

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/18(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 18/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2006 tas-27 ta' Jannar 2006 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/171/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-iskop li tiġġedded il-validità tal-kundizzjonijiet għal deroga dwar l-ippakkjar tal-ħġieġ relatat mal-livelli għoljin ta' konċentrazzjoni ta' metall stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim,

    IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 7d (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/171/KE) tal-Kapitolu XVII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    “, kif emendat b'li ġej:

    32006 D 0340: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 (ĠU L 125, tat-12 ta' Mejju 2006, p. 43).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2006/340/KE fil-lingwa Iżlandiż u dik norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġunrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 92, tat-30.3.2006, p. 26.

    (2)  ĠU L 125, 12.5.2006, p. 43.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top