Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0017

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/17(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 17/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 (1).

    (2)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti wara l-punt 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/83/KE, imħassra) fil-Kapitolu XVI ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    “ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut ta' l-atti li ġejjin:

    14.

    32006 H 0406: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (ĠU L 158, ta' l-10 ta' Ġunju 2006, p. 18).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2006/406/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 366, 21.12.2006, p. 66.

    (2)  ĠU L 158, 10. 6.2006, p. 18.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top