EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0010

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 209, 9.8.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/10(2)/oj

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 10/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92, fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom għandhom joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksuba permezz ta' produzzjoni organika sabiex jiġu kkumerċjalizzati fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“—

32006 R 0956: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 956/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 175, tad-29.6.2006, p. 41).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 956/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, ladarba jsiru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 175, 29.11.2006, p 41.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


Top