EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A1219(10)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Deklarācijas

ĠU L 334, 19.12.2007, p. 149–167 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2007/826/oj

Related Council decision

22007A1219(10)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Deklarācijas

Official Journal L 334 , 19/12/2007 P. 0149 - 0167


20071122

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-Komunità",

u

IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA, minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala "l-Moldova",

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv,

XEWQANA li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi ta’ reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, il-preżenza, jew ir-residenza fit-territorji tal-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni fi spirtu ta’ kooperazzjoni;

BL-ENFASI li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet li l-Komunità, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Moldova għandhom skond il-Liġi Internazzjonali, u, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l- 4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tat- 28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Konvenzjoni ta’ l- 10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jidħlu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skond il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a) "Partijiet Kontraenti" għandha tfisser il-Moldova u l-Komunità;

(b) "Ċittadin tal-Moldova" għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tar-Repubblika tal-Moldova;

(ċ) "Ċittadin ta’ Stat Membru" għandha tfisser kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-għanijiet tal-Komunità, ta’ Stat Membru;

(d) "Stat Membru" għandha tfisser kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka;

(e) "Ċittadin ta’ pajjiż terz" għandha tfisser kull persuna b’nazzjonalità li m’hijiex tal-Moldova jew ta’ xi wieħed mill-Istati Membri;

(f) "Persuni mingħajr stat" għandha tfisser kull persuna li ma jkollhiex nazzjonalità;

(g) "Permess ta’ residenza" għandha tfisser permess ta’ kull tip maħruġ mill-Moldova jew minn wieħed mill-Istati Membri li jagħti dritt lil persuna sabiex tirresjedi fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan għandu jinkludi permessi temporanji biex jibqa’ fit-territorju tagħha/tiegħu marbuta ma’ l-ipproċessar ta’ talba għall-ażil jew applikazzjoni għal permess ta’ residenza;

(h) "Punt ta’ qsim tal-fruntiera" għandha tfisser kull punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova jew l-Istati Membri għall-finijiet ta’ qsim tal-fruntieri rispettivi tagħhom, inklużi ajruporti Internazzjonali;

(i) "Viża" għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Moldova jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Din m’għandhiex tinkludi il-viża tat-tranżitu ta’ l-ajruport;

(j) "L-Istat li jagħmel it-Talba" għandha tfisser l-Istat (il-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti talba għal riammissjoni skond l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(k) "L-Istat Mitlub" għandha tfisser l-Istat (il-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’talba għal riammissjoni skond l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(l) "Awtorità Kompetenti" għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Moldova jew ta’ xi wieħed mill-Istati Membri inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim skond l-Artikolu 19(1) lit. a) tiegħu.

(m) "Reġjun tal-fruntiera" għandha tfisser iż-żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera ta’ art komuni bejn Stat Membru u l-Moldova, kif ukoll it-territorji ta’ ajruporti Internazzjonali ta’ l-Istati Membri u tal-Moldova.

(n) "Tranżitu" għandha tfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju ta’ l-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat li jagħmel it-Talba għall-pajjiż tad-destinazzjoni.

TAQSIMA I

OBBLIGI TA’ RIAMMISSJONI MILL-MOLDOVA

Artikolu 2

Riammissjoni ta’ ċittadini proprji

1. Il-Moldova għandha taċċetta r-riammissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim, tal-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-Talba kemm-il darba, skond l-Artikolu 8, tingħata prova, jew ikun jista’ jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta’ prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini tal-Moldova.

2. Il-Moldova għandha taċċetta wkoll ir-riammissjoni ta’:

- it-tfal minuri mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, indipendentement mill-post tat-twelid tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt ta’ residenza indipendenti fl-Istat Membru li jagħmel it-Talba;

- il-konjugi, li jkollhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikollhom id-dritt li jidħlu u jibqgħu jew jieħdu d-dritt li jidħlu u jibqgħu fit-territorju tal-Moldova, sakemm dawn ma jkollhomx dritt ta’ residenza indipendenti fl-Istat Membru li jagħmel it-Talba.

3. Il-Moldova għandha tilqa’ mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità tal-Moldova sa minn meta jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew ta’ l-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn Stat Membru.

4. Wara li l-Moldova tagħti tweġiba pożittiva għat-talba ta’ riammissjoni, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Moldova għandha/għandu b’mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol, joħroġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ tliet xhur bħala minimu. Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Moldova għandha/għandu, fi żmien 14-il jum kalendarju, joħroġ dokument ta’ l-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk il-Moldova ma tkunx ħarġet id-dokument ta’ l-ivvjaġġar ġdid fi żmien 14-il jum kalendarju, hija tiġi meqjusa li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar standard ta’ l-UE għal finijiet ta’ espulsjoni [1]..

5. Fil-każ li l-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha n-nazzjonalità ta’ Stat terz b’żieda man-nazzjonalità tal-Moldova, l-Istat Membru li jagħmel it-Talba għandu jqis il-volontà tal-persuna li għandha tiġi riammessa fir-rigward ta’ l-għażla tiegħu/tagħha.

Artikolu 3

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

1. Il-Moldova għandha taċċetta mill-ġdid, fuq talba ta’ Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew li ma jkollhomx stat li ma jissodisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-Talba kemm-il darba, skond l-Artikolu 9, issir prova, jew ikun jista’ jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta’ prova prima facie miġjuba, li dawn il-persuni

(a) għandhom, jew fi żmien id-dħul kellhom, viża valida jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Moldova; jew

(b) ikunu daħlu illegalment u direttament mill-Moldova fit-territorju ta’ l-Istati Membri wara li jkunu waqfu fit-territorju tal-Moldova jew għaddew minnu.

2. L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 ma japplikax jekk

(a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu ta’ l-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Moldova; jew

(b) l-Istat li jagħmel it-Talba jkun ħareġ liċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu sakemm

- dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Moldova, b’perjodu itwal ta’ validità; jew

- il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat li jagħmel it-Talba ma tkunx/jkunx ġie/t akkwistat/a bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew

- dik il-persuna tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-viża.

3. Wara li l-Moldova tkun tat tweġiba pożittiva għat-talba ta’ riammissjoni, l-Istat li jagħmel it-Talba għandu jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata b’dokument ta’ l-ivvjaġġar standard ta’ l-UE għall-finijiet ta’ espulsjoni [1].

TAQSIMA II

OBBLIGI TA’ RIAMMISSJONI MILL-KOMUNITÀ

Artikolu 4

Riammissjoni ta’ ċittadini proprji

1. Stat Membru għandu jaċċetta mill-ġdid, fuq talba tal-Moldova u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Moldova kemm-il darba, skond l-Artikolu 8, issir prova, jew ikun jista’ jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta’ prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

2. Stat Membru għandu jaċċetta wkoll ir-riammissjoni ta’:

- it-tfal minuri mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, indipendentement mill-post tat-twelid tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt ta’ residenza indipendenti fil-Moldova;

- il-konjugi, li jkollhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikollhom id-dritt li jidħlu u jibqgħu jew jieħdu d-dritt li jidħlu u jibqgħu fit-territorju ta’ l-Istat Membru Mitlub, sakemm dawn ma jkollhomx dritt ta’ residenza indipendenti fil-Moldova;

3. Stat Membru għandu jilqa’ mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità ta’ Stat Membru sa minn meta jidħlu fit-territorju tal-Moldova, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew ta’ l-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Moldova.

4. Wara li l-Istat Membru Mitlub jagħti tweġiba pożittiva għat-talba ta’ riammissjoni, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta’ dak l-Istat Membru għandha/għandu b’mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol, toħroġ/joħroġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ tliet xhur bħala minimu. Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta’ dak l-Istat Membru għandha/għandu, fi żmien 14-il jum kalendarju, toħroġ/joħroġ dokument ta’ l-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità.

5. Fil-każ li l-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha n-nazzjonalità ta’ Stat terz b’żieda ma’ dik ta’ l-Istat Membru Mitlub, il-Moldova għandu jqis il-volontà tal-persuna li għandha tiġi riammessa fir-rigward ta’ l-għażla tiegħu/tagħha.

Artikolu 5

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

1. Stat Membru għandu jaċċetta mill-ġdid, fuq talba tal-Moldova u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew li ma jkollhomx stat li ma jissodisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Moldova kemm-il darba, skond l-Artikolu 9, issir prova, jew ikun jista’ jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta’ prova prima facie miġjuba, li dawn il-persuni

(a) għandhom, jew fi żmien id-dħul kellhom, viża valida jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Membru Mitlub; jew

(b) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Moldova wara li jkunu waqfu fit-territorju ta’ l-Istat Membru Mitlub jew għaddew minnu.

2. L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 ma japplikax jekk

(a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu ta’ l-ajru minn ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru Mitlub; jew

(b) Il-Moldova tkun ħarġet liċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha sakemm

- dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta’ residenza, maħruġ mill-Istat Membru Mitlub, b’perjodu itwal ta’ validità; jew

- il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġ/a mill-Moldova tkun/jkun inkisbet/inkiseb bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew

- dik il-persuna tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-viża.

3. L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ il-viża jew il-permess ta’ residenza. Jekk tnejn jew aktar Stati Membri jkunu ħarġu viża jew permess ta’ residenza, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun għall-Istat Membru li joħroġ id-dokument bl-itwal perjodu ta’ validità jew, jekk wieħed jew aktar mid-dokumenti jkunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġa’ skadew, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun ta’ dak l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta’ skadenza l-aktar riċenti. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu prodotti, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa ta’ l-Istat Membru li minnu jkun sar l-aħħar ħruġ.

4. Wara li l-Istat Mitlub ikun ta tweġiba pożittiva għat-talba ta’ riammissjoni, il-Moldova għandha tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument ta’ l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritron tiegħu jew tagħha.

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA’ RIAMMISSJONI

Artikolu 6

Prinċipji

1. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, kull trasferiment ta’ persuna li ser tiġi riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi ta’ l-Artikoli 2 sa 5 għandu jeħtieġ is-sottomissjoni ta’ talba għal riammissjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mitlub.

2. Ebda talba għal riammissjoni ma tkun meħtieġa meta l-persuna li għandha tiġi riammessa jkollha dokument ta’ l-ivvjaġġar validu u, fil-każ li dik il-persuna tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew mingħajr stat, ikollha, fejn applikabbli, viża valida jew permess ta’ residenza validu ta’ l-Istat Mitlub.

3. Jekk persuna tinstab fir-reġjun tal-fruntiera (inklużi ajruporti) ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju ta’ l-Istat Mitlub, l-Istat li jagħmel it-Talba jista’ jissottometti talba ta’ riammissjoni fi żmien jumejn minn meta din il-persuna tkun ġiet misjuba (proċedura aċċellerata).

Artikolu 7

Kontenut tat-talba ta’ Riammissjoni

1. Safejn hu possibbli, it-talba għal riammissjoni għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi riammessa (per eżempju l-ismijiet mogħtija, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minuri mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi;

(b) tingħata indikazzjoni tal-mezzi li permezz tagħhom issir il-prova jew il-prova prima facie tan-nazzjonalità, it-tranżitu, ir-raġunijiet tar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza kontra l-liġi.

2. Safejn possibbli, it-talba ta’ riammissjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li ser tiġi trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun qablet b’mod espliċitu mad-dikjarazzjoni;

(b) kwalunkwe protezzjoni oħra, miżura ta’ sigurtà jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-każ ta’ trasferiment individwali.

3. Formola komuni li għandha tintuża għat-talbiet għal riammissjoni hija mehmuża bħala Anness 5 ma’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Mezzi ta’ prova dwar in-nazzjonalità

1. In-nazzjonalità skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista’ tiġi pprovata permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku n-nazzjonalità mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz.

2. Prova prima facie tan-nazzjonalità skond l-Arikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista’ ssir partikolarment permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom iqisu li n-nazzjonalità tkun ġiet stabbilita, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor. Prova prima facie tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz.

3. Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta’ l-Istat Mitlub ikkonċernat għandha/għandu, meta mitlub/a, tagħmel/jagħmel l-arranġamenti ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba biex il-persuna li għandha tiġi riammessa tiġi intervistata mingħajr dewmien, mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih tkun saret it-talba, sabiex in-nazzjonalità tiegħu jew tagħha tiġi stabbilita.

Artikolu 9

Mezzi ta’ prova dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

1. Il-prova tar-raġunijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista’ b’mod partikolari ssir permezz tal-mezzi ta’ prova elenkati fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; din ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz. Kull prova bħal din għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku mill-Istati Membri u mill-Moldova mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar verifika.

2. Il-prova prima facie tar-raġunijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista’ b’mod partikolari ssir permezz tal-mezzi ta’ prova elenkati fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; din ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn prova prima facie bħal din hija preżentata, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom iqisu li r-raġunijiet ikunu ġew stabbiliti, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3. L-illegalità tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza għandha tkun stabbilita permezz tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata li fihom ma tirriżultax il-viża meħtieġa jew permess ieħor ta’ residenza fit-territorju ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba. Dikjarazzjoni mill-Istat li jagħmel it-Talba li l-persuna kkonċernata nstabet mingħajr id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta’ prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 10

Limiti ta’ żmien

1. L-applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba jkollha għarfien li ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma jissodisfax/tissodisfax, jew m’għadhux/hiex jissodisfa/tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn ikun hemm ostakli ta’ liġi jew ta’ fatt li jżommu t-talba milli ssir fil-ħin, it-terminu ta’ żmien għandu, fuq talba ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba, jiġi estiż iżda dan biss sakemm l-ostakli ma jibqgħux jeżistu.

2. Għandha ssir tweġiba bil-miktub għal talba ta’ riammissjoni

- fi żmien jumejn tax-xogħol, jekk it-talba tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (Artikolu 6(3));

- fi żmien ħdax-il jum fil-każijiet l-oħra kollha.

Dawn it-termini ta’ żmien jibdew jiddekorru mid-data tal-wasla tat-talba ta’ riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan it-terminu ta’ żmien, it-trasferiment ikun meqjus li jkun ġie miftiehem.

3. Fejn ikun hemm ostakli ta’ liġi jew ta’ fatt għat-tweġiba għat-talba fi ħdax-il jum tax-xogħol, dan it-terminu ta’ żmien jista’, fuq talba motivata kif xieraq, jiġi estiż b’massimu ta’ jumejn tax-xogħol. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan it-terminu ta’ żmien estiż, it-trasferiment ikun meqjus li jkun ġie miftiehem.

4. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal deċiżoni li tiċħad talba ta’ riammissjoni.

5. Wara li jsir il-ftehim jew, fejn applikabbli, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba, dan it-terminu ta’ żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħud sabiex jiġu ttrattati l-ostakli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Modalitajiet tat-trasferiment u modi ta’ trasportazzjoni

1. Qabel tintbagħat persuna lura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova u ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub u bil-quddiem rigward id-data tat-trasferiment, il-punt tal-qsim tal-fruntiera, l-iskorta li jista’ jkun hemm u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment.

2. It-trasportazzjoni tista’ ssir bl-ajru jew fuq l-art. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tal-Moldova jew ta’ l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew titjiriet charter. Fil-każ ta’ ritorni bi skorta, dawn l-iskorti m’għandhomx jiġu ristretti għal persuni awtorizzati ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba, bil-kundizzjoni li dawn ikunu persuni awtorizzati mill-Moldova jew kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 12

Riammissjoni bi żball

L-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim m’humiex sodisfatti.

F’dawn il-każi d-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mutatis mutandis u għandu jiġi pprovdut t-tagħrif disponibbli kollu li jirrigwarda l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna li għandha tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA’ TRANŻITU

Artikolu 13

Prinċipji

1. L-Istati Membri u l-Moldova għandhom jirrestrinġu t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat tad-destinazzjoni.

2. Il-Moldova għandha tippermetti t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk l-Istat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk il-Moldova titlob dan, kemm-il darba l-ivvjaġġar minn Stati oħra ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm u r-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni jkunu assigurati.

3. It-tranżitu jista’ jiġi rifjutat mill-Moldova jew minn Stat Membru:

(a) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat huwa f’riskju reali li jkun suġġett għal tortura jew trattament jew pieni inumani jew degradanti jew għall-piena tal-mewt jew għall-persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità u s-sħubija tiegħu f’xi grupp soċjali partikolari jew ta’ konvinzjoni politika partikolari fl-Istat tad-destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(b) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Mitlub jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(ċ) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubbliku jew interessi nazzjonali oħra ta’ l-Istat Mitlub.

4. Il-Moldova jew Stat Membru tista’ tirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew jiġu fid-deher aktar tard li jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jkunx/tkunx aktar assigurat/a. F’dan il-każ, l-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Il-proċedura tat-tranżitu

1. Talba għal operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mitlub u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew fuq l-art), Stati oħra ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm u d-destinazzjoni finali intiża;

(b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (eżempju l-isem mogħti, il-kunjom, il-kunjom tax-xbubija, ismijiet oħra użati/li bihom hija magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar);

(ċ) il-punt tal-qsim tal-fruntiera pprevedut, il-ħin tat-trasferiment u l-użu ta’ l-iskorti li jista’ jkun hemm;

(d) dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 13(2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skond l-Artikolu 13(3) ma tkun magħrufa.

Formola komuni li għandha tintuża għat-talbiet ta’ tranżitu hija mehmuża bħala l-Anness 6 ma’ dan il-Ftehim.

2. L-Istat Mitlub għandu, fi żmien erbat ijiem tax-xogħol, jinforma bil-miktub lill-Istat li jagħmel it-Talba bl-ammissjoni, u jikkonferma l-punt tal-qsim tal-fruntiera u l-ħin maħsub ta’ l-ammissjoni, jew jinfurmah bid-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ l-ammissjoni u r-raġunijiet għal din iċ-ċaħda.

3. Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li għandha tiġi riammessa u l-iskorti li jista’ jkun hemm għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiksbu viża ta’ tranżitu ta’ l-ajruport.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jassistu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, partikolarment permezz tas-sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ faċilitajiet xierqa għal dak l-iskop.

TAQSIMA V

SPEJJEŻ

Artikolu 15

Trasport u spejjeż tat-tranżitu

Mingħajr ħsara għad-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirkupraw l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mill-persuna li għandha tiġi riammessa jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport minfuqa li huma relatati mar-riammissjoni u l-operazzjonijiet ta’ tranżitu skond dan il-Ftehim sal-fruntiera ta’ l-Istat tad-destinazzjoni finali għandhom jitħallsu mill-Istat li jagħmel it-Talba.

TAQSIMA VI

IL-PROTEZZJONI TAD-DATA U L-KLAWSOLA TA’ NUQQAS TA’ EFFETT

Artikolu 16

Il-Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova jew Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Moldova u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE [2] u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottata skond din id-Direttiva. Għandhom japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

(a) id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod ġust u legali;

(b) id-data personali għandha tinġabar għall-għan speċifiku, espliċitu u leġittimu ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tistax terġa’ tiġi pproċessata mill-awtorità li tkun qed tikkomunikaha u lanqas mill-awtorità li tkun qed tirċiviha b’mod inkompatibbli ma’ dak l-għan;

(ċ) id-data personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni ma’ l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; partikolarment, data personali komunikata tista’ tikkonċerna biss dan li ġej:

- id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ttrasferita (eżempju ismijiet mogħtija, kunjomijiet, kwalunkwe ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom tkun magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-status ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità preżenti u kwalunkwe nazzjonalità preċedenti);

- il-passaport, il-karta ta’ l-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità li toħroġ id-dokument, il-post tal-ħruġ);

- waqfiet u itinerarji;

- informazzjoni oħra meħtieġa sabiex il-persuna li għandha tiġi ttrasferita tiġi identifikata jew sabiex jiġu eżaminati r-rekwiżiti ta’ riammissjoni skond dan il-Ftehim.

(d) id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, aġġornata.

(e) id-data personali għandha tinżamm b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal żmien li ma jkunx iktar milli huwa meħtieġ għall-għan li għalih id-data tkun ġiet miġbura jew li għalih tkun ġiet proċessata iktar;

(f) kemm l-awtorità li tikkomunika u kif ukoll l-awtorità li tkun qed tirċievi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw kif ikun xieraq ir-rettifika, it-tħassir jew it-twaqqif ta’ data personali fejn l-ipproċessar ma jkunx jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari minħabba li d-data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża, jew tkun eċċessiva fl-isfond ta’ l-għan ta’ l-ipproċessar. Din tinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe rettifika, tħassir jew twaqqif lill-Parti l-oħra.

(g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika bl-użu tad-data kkomunikata u bir-riżultati miksuba minnha;

(h) id-data personali tista’ tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil korpi oħra tinħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika;

(i) l-awtoritajiet li jikkomunikaw u li jirċievu huma obbligati li jagħmlu reġistrazzjoni bil-miktub tal-komunikazzjoni u tal-ksib tad-data personali.

Artikolu 17

Klawsola ta’ nuqqas ta’ effett

1. Dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u l-Moldova taħt il-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn

- il-Konvenzjoni tat- 28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal- 31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;

- konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talbiet għall-ażil sottomessi;

- il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l- 4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

- il-Konvenzjoni ta’ l- 10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti;

- konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu;

- konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali u ftehimiet dwar ir-riammissjoni ta’ ċittadini barranin.

2. Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jimpedixxi r-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħra.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 18

Kumitat konġunt tar-riammissjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn issa ‘l quddiem indikat bħala "l-Kumitat") li ser ikollu, b’mod partikolari, il-kompitu

(a) li jimmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b) li jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Ftehim;

(ċ) li jkollu skambji regolari ta’ l-informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni li jkunu saru minn Stati Membri individwali u l-Moldova skond l-Artikolu 19;

(d) li jirrakomanda emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2. Id-deċiżjonijiet tal-kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti.

3. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u l-Moldova; il-Komunità tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni.

4. Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti.

5. Il-kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 19

Protokolli ta’ implimentazzjoni

1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Moldova, il-Moldova u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta’ implimentazzjoni li jkopri regoli dwar

(a) it-titolu ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-punti tal-qsim tal-fruntiera u l-punti ta’ l-iskambju tal-kuntatt;

(b) il-modalitajiet tar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata;

(ċ) il-kundizzjonijiet ta’ trasferimenti skortati, inkluż it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jsiru bi skorta;

(d) metodi u dokumenti addizzjonali għal dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-Ftehim.

2. Il-Protokolli ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li l-kumitat tar-riammissjoni, imsemmi fl-Artikolu 18, ikun ġie notifikat.

3. Il-Moldova taqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni magħmul ma’ Stat Membru partikolari għandha tiġi applikata wkoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan ta’ l-aħħar.

Artikolu 20

Relazzjoni mal-ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni jew arranġamenti ta’ l-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kull ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, taħt l-Artikolu 19, bejn Stati Membri individwali u l-Moldova, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ta’ l-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Applikazzjoni territorjali

1. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tal-Moldova u għat-territorju li fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikabbli.

2. Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ, terminu ta’ żmien u tmiem

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien mhux limitat.

4. Kull Parti Kontraenti tista’ twaqqaf dan il-Ftehim billi b’mod uffiċjali tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax applikabbli wara sitt xhur mid-data ta’ dik in-notifika.

Artikolu 23

Annessi

L-Anness 1 sa 6 għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, fl-għaxar jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u sebgħa bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan, l-Ungeriż u il-Moldovan, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Pentru Comunitatea Europeană

Pentru Comunitatea Europeană

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За Република Молдова

Por la República de Moldova

Za Moldavskou republiku

For Republikken Moldova

Für die Republik Moldau

Moldova Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας

For the Republic of Moldova

Pour la République de Moldova

Per la Repubblica di Moldova

Moldovas Republikas vārdā

Moldovos Respublikos vardu

A Moldovai Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Moldova

Voor de Republiek Moldavië

W imieniu Republiki Mołdowy

Pela República da Moldávia

Pentru Republica Moldova

Za Moldavskú republiku

Za Republiko Moldavijo

Moldovan tasavallan puolesta

För Republiken Moldavien

Pentru Republica Moldova

+++++ TIFF +++++

[1] Skond l-għamla stipulata fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat- 30 ta’ Novembru 1994.

[2] Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 1

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA MEQJUSA PROVA TAN-NAZZJONALITÀ (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (1))

- passaporti ta’ kwalunkwe għamla (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz u, fejn applikabbli, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi passaporti tat-tfal);

- karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe għamla;

- kotba ta’ reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani;

- ċertifikati ta’ ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħra li jsemmu jew jindikaw b’mod ċar iċ-ċittadinanza.

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 2

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA MEQJUSA BĦALA PROVA PRIMA FACIE TAN-NAZZJONALITÀ (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2))

- fotokopji ta’ kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim;

- kotba tas-servizz militari u karti ta’ l-identità militari;

- dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula għall-finijiet tal-proċedura aċċellerata mill-persunal ta’ l-awtorità tal-fruntiera jew xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

- liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom;

- ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom;

- karti ta’ l-identità ta’ kumpanniji jew fotokopji tagħhom;

- dikjarazzjonijiet bil-miktub minn xhieda;

- dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-persuna kkonċernata u l-lingwa minnu jew minnha mitkellma, inkluż permezz ta’ riżultat ta’ eżami uffiċjali;

- kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata.

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 3

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI PROVA TAR-RAĠUNIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U PERSUNI MINGĦAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1))

- viża jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Mitlub;

- timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew provi oħra tad-dħul/tluq (eż. fotografiċi);

- dokumenti bl-isem, ċertifikati jew fatturi ta’ kwalunkwe tip (eż. kont ta’ lukanda, karti ta’ appuntament ma’ tobba/dentisti, karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet ta’ kiri ta’ vetturi, irċevuti tal-karti ta’ kreditu eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata kienet fit-territorju ta’ l-Istat Mitlub;

- biljetti bl-isem, u/jew listi ta’ passiġġieri bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew b’bastiment li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat Mitlub;

- dikjarazzjonjiet uffiċjali magħmula minn persunal ta’ l-awtorità tal-fruntiera li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 4

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI PROVA PRIMA FACIE TAR-RAĠUNIJIETGĦAR-RIAMMISSJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U PERSUNI MINGĦAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2))

- informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ kurjer jew aġenzija ta’ l-ivvjaġġar;

- dikjarazzjoni uffiċjali fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi mill-persuna kkonċernata, il-membri tal-familja jew persuni li jivvjaġġaw magħha;

- dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula minn xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

- informazzjoni marbuta ma’ l-identità u/jew persuna li ġiet ipprovduta minn organizzazzjoni Internazzjonali (eż. il-UNHCR);

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 5

[Emblema tar-Repubblika tal-Moldova]

(Post u data)

(Titolu ta’ l-awtorità

li tagħmel it-talba)

Referenza:

Għal:

PROĊEDURA AĊĊELLERATA

(Titolu ta’ l-awtorità mitluba)

+++++ TIFF +++++

APPLIKAZZJONI GĦAL RIAMMISSJONI

skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim tal-

18 ta’ Settembru 2007

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A. DETTALJI PERSONALI

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2. Kunjom ix-xbubija:

3. Data u post tat-twelid:

Ritratt

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.):

5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom huwa/hija magħruf/a jew psewdonimi):

6. Nazzjonalità u lingwa:

7. Status ċivili:

Jekk miżżewweġ/miżżewġa: isem tal-konjugi

Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm)

8. L-aħħar indirizz fl-Istat li jagħmel it-talba:

B. DETTALJI PERSONALI TAL-KONJUGI (JEKK APPLIKABBLI)

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2. Kunjom ix-xbubija:

3. Data u post tat-twelid:

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.):

5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom huwa/hija magħruf/a jew psewdonimi):

6. Nazzjonalità u lingwa:

miżżewweġ:

miżżewġa għażeb

armla

xebba divorzjat

a armel

+++++ TIFF +++++

C. DETTALJI PERSONALI TAT-TFAL (JEKK APPLIKABBLI)

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2. Data u post tat-twelid:

3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.):

4. Nazzjonalità u lingwa:

D. ĊIRKOSTANZI SPEĊJALI DWAR IL-PERSUNA LI QED TIĠI TRASFERITA

1. Stat ta’ saħħa

(Eż. referenza possibbli għal kura medika speċjali; isem Latin tal-marda li tittieħed):

2. Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża

(eż. suspettata b’reat serju; imġiba aggressiva):

E. MEZZI TA’ PROVA MEHMUŻA

(Nru. tal-Passaport)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li toħroġ id-dokument)

(data ta’ l-iskadenza)

(Nru. tal-karta ta’ l-identità)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li toħroġ id-dokument)

(data ta’ l-iskadenza)

(Nru. tal-liċenzja tas-sewqan)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li toħroġ id-dokument)

(data ta’ l-iskadenza)

(Nru. ta’ dokument uffiċjali ieħor)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li toħroġ id-dokument)

(data ta’ l-iskadenza)

F. OSSERVAZZJONIJIET

(Firma) (Siġill/timbru)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

20071122

ANNESS 6

[Emblema tar-Repubblika tal-Moldova]

(Post u data)

(Titolu ta’ l-awtorità li tagħmel it-talba)

Referenza:

Għal:

(Titolu ta’ l-awtorità mitluba)

+++++ TIFF +++++

TALBA GĦAL TRANŻITU

skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim tal-

18 ta’ Settembru 2007

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A. DETTALJI PERSONALI

1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2. Kunjom ix-xbubija:

3. Data u post tat-twelid:

Ritratt

4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.):

5. Magħruf/a ukoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom magħruf/a jew psewdonimi):

6. Nazzjonalità u lingwa:

7. Tip u numru tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar:

B. JEKK MEĦTIEĠ, ĊIRKOSTANZI SPEĊJALI DWAR IL-PERSUNA TRASFERITA

1. Stat ta’ saħħa

(Eż. referenza possibbli għal kura medika speċjali; isem Latin tal-marda li tittieħed):

2. Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża

(eż. suspettata b’reat serju; imġiba aggressiva):

C. OPERAZZJONI TA’ TRANŻITU

1. Tip ta’ tranżitu

2. L-Istat tad-destinazzjoni finali

3. Stati oħra ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm

4. Il-punt propost tal-qsim tal-fruntiera, id-data proposta, il-ħin tat-trasferiment propost u l-iskorti li jista’ jkun hemm

5. Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali

(L-Artikolu 13 paragrafu 2)

Bl-ajru

fuq l-art

iva

le

+++++ TIFF +++++

6. Għarfien ta’ kwalunkwe raġuni għal ċaħda ta’ tranżitu

(L-Artikolu 13 paragrafu 3)

D. OSSERVAZZJONIJIET

iva

le

(Firma) (Siġill/timbru)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top