Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0879

    2006/879/KE: Deċiżjoni Nru 5/2006 tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi AKP-KE tas- 27 ta' Settembru 2006 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

    ĠU L 350, 12.12.2006, p. 13–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/879/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    13


    DEĊIŻJONI Nru 5/2006 TAL-KUMITAT TA' L-AMBAXXATURI AKP-KE

    tas-27 ta' Settembru 2006

    dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

    (2006/879/KE)

    IL-KUMITAT TA’ L-AMBAXXATURI AKP-KE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Kotonù” u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (6) ta' l-Anness III tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern tat-12 ta' Settembru 2000 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amministrazzjoni ta' Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta' Kotonù,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, elaborata bi ftehim maċ-Ċentru Tekniku għal Koperazzjoni Agrikola u Rurali

    Billi, wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kotonù, il-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ffissa s-sistema applikabbli għall-persunal taċ-Ċentru Tekniku għal Koperazzjoni Agrikola u Rurali, hawn taħt imsejħa “ċ-Ċentru”,

    ADOTTA DAWN IR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊENTRU TEKNIKU GĦAL KOPERAZZJONI AGRIKOLA U RURALI:

    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    1.   Dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dawn ir-Regolamenti”, huma b'dan stabbiliti b'kont meħud tan-natura internazzjonali u pubblika ta' l-attività taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriża, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”. B'mod partikolari, huma jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-persunal, il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-impjieg, il-gradazzjoni ta' pożizzjonijiet u t-terminazzjoni ta' servizz; il-kondizzjonijiet tax-xogħol; ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji soċjali, l-arranġamenti dixxiplinari u l-proċeduri ta' appell.

    2.   Il-Kunsill Amministrattiv taċ-Ċentru, hawn taħt imsejaħ “il-Kunsill Amministrattiv”, jista’ jadotta, fil-limiti ffissati minn dawn ir-Regolamenti, proposti jew emendi tar-regoli interni li huma sottomessi lilu mid-Direttur taċ-Ċentru, hawn taħt imsejjaħ “id-Direttur”, u li jimmiraw biex jiddefinixxu l-prinċipji mogħtija minn dawn ir-Regolamenti, din il-kapaċità titħaddem b’mod partikulari għall-aspetti espressivament previsti minn dawn ta’ l-aħħar.

    3.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi AKP-KE, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, u lill-Kummissjoni bil-proposti għar-regoli interni jew emendi għalihom li adotta mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 ġurnata ta' xogħol mid-data ta' l-adozzjoni tagħhom.

    Il-Kunsill Amministrattiv jista’, jekk jikkalkula li hu neċessarju, jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni proviżorja u kkondizzjonata tal-proposti tar-regoli interni li hu jadatta jew ta’ l-emendi li hu jkun għamel fihom. Id-data ta’ implimentazzjoni effettiva ma għandhiex tkun qabel id-data ta’ adotttament mill-Kunsill Amministrattiv.

    Fi żmien massimu ta’ tliet xhur li jibdew mid-data ta’ notifika, il-Kumitat għandu jew japprova r-regoli interni nnotifikati, jew jemendahom.

    4.   L-ambitu ġudizzjarju applikabbli għad-Direttur u għall-impjegati taċ-Ċentru skond l-Artikolu 2 hu kkostitwit mill-Ftehim ta’ Kotonù, il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn l-Olanda u ċ-Ċentru, ir-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament Intern taċ-Ċentru, ir-Regolamenti attwali u l-Annessi tagħhom, li jagħmlu parti integrali minnhom, ir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, ir-regoli interni adottati b’konformità mal-paragrafi 2 u 3 wara dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti, il-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur, kif ukoll il-kondizzjonijiet individwali eventwali stabbiliti bil-miktub, bl-approvazzjoni tal-Kunsill Amministrattiv, jew waqt l-ingaġġar jew wara li dan iseħħ.

    Artikolu 2

    1.   Dawn ir-Regolamenti jiddefinixxu l-kondizzjonijiet implimentati:

    għad-Direttur taċ-Ċentru;

    għall-impjegati taċ-Ċentru;

    għall-impjegati lokali taċ-Ċentru.

    2.   Hi meqjusa bħala impjegat taċ-Ċentru, skond ir-Regolamenti l-ġodda, kull persuna ingaġġata fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ żmien definit iffirmat mid-Direttur, skond l-Artikolu 6(2), punt a) u b), u b’konformità mal-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm previsti fihom.

    3.   Hi meqjus impjegat lokali taċ-Ċentru, skond din is-Sistema, kull persuna ingaġġata miċ-Ċentru fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ żmien definit bl-iskop tat-twettiq ta’ inkarigi manwali jew ta’ servizz f’kategorija li mhix prevista fl-Artikolu 7 u b’konformità ma’ l-użanzi lokali.

    4.   Kwalunkwe referenza f' dawn ir-Regolamenti lejn persuni tas-sess maskili għandha titqies li tirreferi wkoll għal persuni tas-sess femminili u viċi-versa, sakemm il-kuntest ma jindikax biċ-ċar mod ieħor.

    Artikolu 3

    -Kunsill Amministrattiv hu inkarigat li japprova, fuq proposta tad-Direttur, ir-reklutaġġ ta’ l-impjegati fil-gradi 2.A u 2.B u t-tiġdid, il-proroga jew it-tmiem tal-kuntratti ta’ l-impjegati, kif ukoll il-kondizzjonijiet speċjali individwali eventwali relatati ma’ wieħed jew diversi impjegati.

    Ir-reklutaġġ ta’ l-impjegati lokali u t-tiġdid, il-proroga u t-tmiem tal-kuntratti tagħhom huma deċiżi mid-Direttur skond il-proċeduri normali u b’konformità mar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    2.   Id-Direttur jitlob il-kunsens tal-Kunsill Amministrattiv dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mar-reklutaġġ ta’ l-impjegati, it-tiġdid, il-proroga jew it-tmiem tal-kuntratti tagħhom. Dawn il-kwistjonijiet għandhom jinkludu notevolment il-postijiet battala ta’ karigi, ir-regoli tal-pubblikazzjoni tal-postijiet battala ta’ karigi, il-kandidaturi aċċettati, kif ukoll il-metodi u l-kriterji ta’ selezzjoni tal-kandidati.

    Artikolu 4

    1.   Għandi jiġi stabbilit:

    Kumitat tal-Persunal,

    u

    Kumitat ta’ Reklutaġġ/Promozzjoni,

    li jassumi d-dmirijiet mogħtija lilhom taħt dawn ir-Regolamenti.

    Il-formazzjoni u l-klawsoli ta’ tħaddim ta’ dawn l-entitajiet huma ddeterminati b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness V.

    2.   Il-Kumitat tal-Persunal jirrappreżenta l-interessi tal-persunal fi ħdan iċ-Ċentru u jassigura kuntatt bejnu u bejn il-persunal. Hu jikkontribwixxi fit-tħaddim tajjeb tas-servizzi billi jippermetti li tintwera l-opinjoni tal-persunal u billi jesprimi lilu nnifsu dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernawh.

    Il-Kumitat tal-Persunal jista’ jissottometti lid-Direttur proposti ddestinati biex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal jew il-kondizzjonijiet ta’ għajxien b’mod ġenerali.

    3.   Id-Direttur għandu jkun informat bl-elezzjoni tal-Kumitat tal-Persunal, tal-kandidaturi ppreżentati u tar-riżultati ta’ l-iskrutinju.

    Id-Direttur jikkomunika lill-Kunsill Amministrattiv l-ismijiet tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal.

    Id-Direttur jagħti faċilitajiet xierqa lill-Kumitat tal-Persunal bl-għan li dan ikun jista’ jeżerċita dmirijietu.

    4.   Id-Direttur jinnomina lill-Kumitat ta’ Reklutaġġ/Promozzjoni għal kull post statutorju vakanti jew promozzjoni previsti fil-baġit (u li jwassal għal kuntratt ta’ żmien indefinit).

    Artikolu 5

    Iċ-Ċentru jista' juża s-servizzi ta' esperti sekondati jew esperti mħallsa minn partijiet terzi. Dawn l-esperti huma sottomessi għar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    Hu kkunsidrat bħala espert issekondat, kull uffiċjal nazzjonali jew internazzjonali jew maniġer fis-settur privat li jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn impjegat taċ-Ċentru, li hu trasferit temporanjament għaċ-Ċentru jew mibdul ma’ impjegat, bis-saħħa tar-regoli indikati fl-ewwel inċiż.

    TITOLU II

    ASSISTENZA

    KAPITOLU I

    Nomina — Klassifikazzjoni tal-karigi — Tabella tal-persunal

    Artikolu 6

    1.   Kull nomina ta’ impjegat ma jistax ikollha bħala għan ħlief li tipprovdi, skond il-kondizzjonijiet previsti f’dawn ir-Regolamenti, il-vaganza ta’ kariga inkluża fit-tabella tal-persunal annessa mal-baġit b’konformità ma' l-Artikolu 10.

    2.   L-impjegati statutorji għandhom jiġu ingaġġati fl-ambitu ta’ wieħed mit-tipi ta’ kuntratti msemmija hawn taħt:

    (a)

    Kuntratt għal żmien indefinit

    Kuntratt approvat mill-Kunsill Amministrattiv hu subordinat:

    għad-disponibbiltà tal-mezzi finanzjari

    għal prestazzjoni kontinwa sodisfaċenti skond l-Artikolu 30

    għall-kontinwità tad-dmirijiet eżerċitati mill-impjegat

    il-kapaċità ta' qadi tal-funzjonijiet skond il-kuntratt.

    Jeħtieġ li jkun innotat li ż-żmien ta’ kuntratt għal żmien indefinit ma jimplikax li dan hu xogħol permanenti.

    Kull kuntratt jista’ jkun mitmum bħala konsegwenza ta’ miżuri dixxiplinarji.

    (b)

    Kuntratt għal żmien indefinit

    Kuntratt approvat mid-Direttur għal impjegat ingaġġat bl-għan li jokkupa kariga prevista fit-tabella tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit taċ-Ċentru u li l-awtorità baġitarja kkwalifikat bħala temporanju. It-tul ta' żmien ta' tali kuntratti għandu jkun sa sentejn, rinnovabbli darbtejn biss, għal perijodu globali massimu ta' ħames snin.

    Kuntratt approvat mid-Direttur għal impjegat ingaġġat bl-għan li jokkupa kariga maħluqa fl-ambitu ta’ programmi jew ta’ fondi mmaniġġjati miċ-Ċentru.

    (ċ)

    Kuntratt għal tul ta’ żmien qasir

    Kuntratt approvat mid-Direttur għal impjegat ingaġġat bl-għan li jeżerċita dmirijiet, kemm part-time, kif ukoll full-time, iżda mhux assenjat f’kariga prevista fit-tabella tal-persunal annessa mat-taqsima tal-baġit taċ-Ċentru. Kuntratt simili jista’ jkollu tul massimu ta’ sena, hu mġedded biss darbtejn, u t-tul ta’ żmien totali tiegħu ma jistax jaqbeż sentejn.

    Il-kuntratt li jingaġġa membru tal-persunal, imfasal skond il-kampjun fl-Anness I, għandu jiddikjara d-data ta' meta l-kuntratt indefinit jidħol fis-seħħ, il-kategorija, il-livell u l-grad, u l-obbligu tal-membru tal-persunal li jikkonforma ma' dawn ir-Regolamenti. Is-snin fis-servizz fi mpjieg ieħor preċedenti bħala membru tal-persunal fiċ-Ċentru għandu jittieħed in konsiderazzjoni f' dan il-kuntratt.

    Artikolu 7

    1.   Il-karigi relatati ma’ dawn ir-Regolamenti huma kklassifikati, skond in-natura u l-livell tad-dmirijiet li għalihom jikkorrispondu, f’erba’ kategoriji, indikati f’ordni ġerarkika dixxendenti bl-ismijiet ta’ “Direttur”, “maniġer”, “impjegat klerikali” u “impjegat eżekuttiv”.

    2.   Kull kategorija għandha gradi u kull grad għandu l-iskali.

    Il-kategoriji, il-livelli (b'doveri tipiċi li jikkorrispondu għalihom) u t-tarġiet jinsabu, flimkien ma' informazzjoni oħra, fit-tabella msemmija fl-Anness II. Skond din it-tabella, id-Direttur jiddeċiedi d-deskrizzjoni tad-dmirijiet u l-attribuzzjonijiet li jikkorrispondu ma’ kull kategorija fiċ-Ċentru.

    3.   Il-kategorija “professjonali” għandha tkun għal persunal li jwettaq doveri maniġerjali u ta' konsulenza fil-qasam ta' l-iżvilupp, li jirrikjedu edukazzjoni ta' livell universitarju. Din il-kategorija għandha erba’ gradi:

    (a)

    grad 2.A u grad 2.B li jikkorrispondu mad-dmirijiet ta’ “espert prinċipali”, li jeħtieġu diploma universitarja jew ekwivalenti, li tagħti aċċess għal studji post-universitarji, u esperjenza professjonali utli u speċifika ta’ minimu ta’ għoxrin u ħmistax-il sena rispettivament wara l-akkwist tad-diploma;

    (b)

    grad 2.C u grad 2.D li jikkorrispondu mad-dmirijiet ta’ “espert”, li jeħtieġu diploma universitarja jew ekwivalenti, li tagħti aċċess għal studji post-universitarji, u esperjenza professjonali utli u speċifika ta’ minimu ta’ għaxar u ħames snin rispettivament wara l-akkwist tad-diploma.

    Il-Kunsill Amministrattiv jiddefinixxi n-numru ta’ karigi fil-grad 2.A fuq proposta tad-Direttur.

    4.   Il-kategorija “impjegat klerikali” għandha tliet gradi:

    (a)

    żewġ gradi jikkorrispondu rispettivament mad-dmirijiet “ta’ assistent prinċipali” u “ta’ assistent tas-segretarjat”:

    grad 3.A li jeħtieġ diploma f’livell ta’ tagħlim superjuri jew kwalifika ekwivalenti fil-qasam ta’ kompetenza kkonċernata, u esperjenza professjonali utli ta’ minimu ta’ 10 snin wara l-akkwist tal-kwalifika;

    grad 3.B li jeħtieġ diploma f’livell ta’ tagħlim sekondarju jew kwalifika ekwivalenti, diploma minn skola ta’ taħriġ segretarjali rikonoxxuta, u esperjenza professjonali utli ta’ minimu ta’ ħames snin wara l-akkwist tal-kwalifika;

    (b)

    “”grad 3.C li jikkorrispondi mad-dmirijiet ta’ “segretarju”, li għandu d-dmirijiet li jeħtieġu diploma ta’ livell ta’ tagħlim sekondarju jew kwalifika ekwivalenti, u esperjenza professjonali utli ta’ minimu ta’ tliet snin wara l-akkwist tal-kwalifika.

    5.   Il-kategorija “impjegat eżekuttiv” għandha l-grad 4.A li jikkorrispondi mad-dmirijiet “ta’ impjegat tekniku”, li għandha inkarigi manwali u ta’ qadi, teħtieġ diploma f’livell ta’ tagħlim primarju, eventwalment komplut permezz ta’ kompetenzi tekniċi, u esperjenza professjonali minima ta’ sentejn.

    Artikolu 8

    1.   Il-klassifikazzjoni ta’ impjegat waqt in-nomina, li tiddefinixxi l-kategorija, il-grad u l-iskala, hi stabbilita mid-Direttur skond il-baġit u b’konformità mar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    2.   L-impjegat irreklutat hu kklassifikat fl-ewwel skala tal-grad tiegħu.

    Għaldaqstant, id-Direttur jista’, biex jikkunsidra l-formazzjoni u l-esperjenza professjonali speċifika tal-persuna kkonċernata, jagħtih skala addizzjonali f’dan il-livell billi jirreklutah fl-iskala 2.

    3.   L-assenjar ta’ impjegat għal xogħol li jikkorrispondi għal grad superjuri għal dak li għalih ikun innominat jeħtieġ l-emenda tal-kuntratt tiegħu.

    Artikolu 9

    1.   Id-Direttur għandu jassenja kull membru tal-persunal bi trasferiment għal postijiet ta' impjieg li jirrikjedu doveri tal-kategorija u tal-livell tiegħu, purament fl-interessi taċ-Ċentru u mingħajr ma tittieħed in konsiderazzjoni n-nazzjonalità.

    2.   L-assenjazzjoni ta' membru tal-persunal għal post ta' impjieg ta' kap jew deputat kap ta' unità f'kull livell għandu jkun għal raġjunijiet ta' funzjoni biss.

    3.   L-assenjar ta’ l-impjegati jirrifletti sakemm hu possibbli l-karattru konġunt taċ-Ċentru AKP-KE.

    Artikolu 10

    Tabella annessa mal-baġit annwali taċ-Ċentru tiffissa n-numru ta’ karigi f’kull kategorija u għal kull grad u tiddefinixxi l-postijiet battala eventwali ta’ karigi.

    KAPITOLU II

    Drittijiet u obbligi

    Artikolu 11

    1.   L-impjegat għandu jaqdi dmirijietu u jirregola l-aġir tiegħu billi jkollu biss quddiem għajnejh l-interess taċ-Ċentru, mingħajr ma’ jissoleċita jew jaċċetta istruzzjonijiet mill-ebda gvern jew awtorità, organizzazzjoni jew persuna esterjuri għaċ-Ċentru.

    2.   Bla permess tad-Direttur m'għandhom jaċċettaw, minn xi gvern jew xi sors barra miċ-Ċentru, l-ebda tip ta' favur, rigal jew ħlas taħt ebda forma, ħlief għal servizzi mogħtija jew qabel il-ħatra jew matul leave speċjali, u fir-rigward ta' tali servizzi.

    Artikolu 12

    1.   Il-persunal għandu jastjeni minn kull azzjoni u, b'mod partikolari, kull espressjoni pubblika ta' opinjoni, li tista' tirrifletti b'mod negattiv fuq il-pożizzjoni tiegħu jew fuq ir-reputazzjoni taċ-Ċentru.

    2.   Il-persunal m'għandux jidħol għal attivitajiet, kemm jekk bi ħlas jew le, li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza tiegħu jew ikunu ta' detriment għall-interessi taċ-Ċentru.

    Artikolu 13

    Jekk il-konjuġi legali ta' membru tal-persunal jew persuna li jgħix magħha l-membru tal-persunal fi stat ta' żwieġ għandha impjieg bi ħlas, il-membru tal-persunal għandu jinforma lid-Direttur.

    Jekk in-natura ta' l-impjieg tkun inkompatibbli ma' dik tal-membru tal-persunal jew ma' l-interessi taċ-Ċentru u jekk il-membru tal-persunal ma jistax jimpenja ruħu li dan jieqaf f'perijodu speċifikat u raġjonevoli, id-Direttur għandu jipproponi li l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjoni dwar jekk il-membru tal-persunal għandux ikompli fix-xogħol tiegħu, jiġi terminat il-kuntratt tiegħu, jew jiġi sospiż.

    Artikolu 14

    Membru tal-persunal li, fil-qadi tad-doveri tiegħu, huwa mitlub sabiex jiddeċiedi dwar materja li fir-rigward tagħha għandu interess personali fit-tmexxija jew fir-riżultati li jfixkel l-indipendenza tiegħu għandu jinforma lid-Direttur dwarha.

    Artikolu 15

    L-impjegat hu mistenni, wara l-waqfien ta’ dmirijietu, li jirrispetta l-obbligi tagħhu b’onestà u b’delikatezza fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni ta’ ċerti dmirijiet jew ta’ ċerti vantaġġi marbuta direttament jew indirettament maċ-Ċentru.

    Artikolu 16

    1.   Il-persunal għandu jeżerċita l-ikbar diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha li jsir jaf bihom matul jew in konessjoni mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu; hu ma għandu bl-ebda mod jiżvela lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika mhux awtorizzata kwalunkwe dokument jew informazzjoni li mhix diġa magħmula pubblika. Għandu jkompli jkun marbut b'dan l-obbligu wara li jħalli s-servizz għal perijodu ta' għaxar snin.

    2.   Il-persunal m'għandux, kemm waħdu jew flimkien ma oħrajn, jippubblika jew jikkaġuna l-pubblikazzjoni, mingħajr il-permess tad-Direttur, xi materja li għandha x'taqsam max-xogħol taċ-Ċentru. Din l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun irrifjutata ħlief meta l-pubblikazzjoni prevista hi ta’ natura li tista’ tikkawża danni għall-interessi taċ-Ċentru.

    Artikolu 17

    Id-drittijiet kollha, inklużi d-drittijiet ta' l-awtur u drittijiet ta' proprjetà intellettwali, f'kull kitba jew xogħol ieħor magħmul mill-persunal fil-qadi tad-doveri tagħhom għandhom ikunu proprjetà taċ-Ċentru.

    Artikolu 18

    Il-persunal għandu jirrisjedi jew fil-post ta' fejn huwa impjegat jew mhux aktar bogħod minn dak li huwa kumpatibbli mal-qadi xieraq tad-doveri tiegħu.

    Artikolu 19

    1.   Membru tal-persunal, hu x’inhu l-grad tiegħu, għandu jassisti u jagħti parir lis-superjuri tiegħu; għandu jkun responsabbli għall-qadi tad-doveri assenjati lilu.

    2.   Membru tal-persunal inkarigat minn xi fergħa tas-servizz għandu jkun responsabbli lejn is-superjuri tiegħu rigward l-awtorità mogħtija lilu u għat-twettiq ta' l-istruzzjonijiet mogħtija minnu. Ir-responsabbilità ta' dawk ta' taħtu ma teħilsu bl-ebda mod mir-responsabbiltajiet tiegħu.

    3.   Membru tal-persunal li jirċievi struzzjonijiet, li huwa jikkonsidra bħala irregolari jew li x'aktarx iwasslu għal diffikultajiet serji, għandu jinforma lis-superjur immedjat tiegħu b'dan, jekk meħtieġ, bil-miktub. Jekk huwa mbagħad jirċievi konferma bil-miktub ta' l-istruzzjonijiet mis-superjur tiegħu, għandu jeżegwihom, sakemm dawn ma jikkostitwixxux ksur tal-liġi kriminali jew ikunu jwasslu għal riskju eċċessiv għas-sigurtà personali. Jekk dan ta’ l-aħħar jikkonferma l-ordni bil-miktub, l-impjegat għandu jeżegwixxiha, sakemm din l-ordni ma tmurx kontra l-liġi kriminali jew ma twassalx għal riskju inaċċettabbli għas-sigurtà tiegħu.

    Artikolu 20

    1.   L-impjegat hu mistenni li jsewwi, fit-totalità jew in parti, il-ħsara li jġarrab iċ-Ċentru minħabba żbalji persunali serji li hu jista’ għamel fit-twettiq jew waqt it-twettiq ta’ dmirijietu.

    2.   Għandha tiġi meħuda deċiżjoni motivata mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur, skond il-proċedura stabbilita rigward materji dixxiplinarji.

    Artikolu 21

    1.   Il-privileġġi u l-immunitajiet li jibbenefikaw l-impjegati taċ-Ċentru huma mogħtija esklussivament fl-interess ta’ dan ta’ l-aħħar. Suġġetti għad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Ftehim ta’ Kotonù applikabbli għaċ-Ċentru u għall-persunal u, f’każ ta’ bżonn, il-Ftehem tal-Kwartieri Ġenerali, l-impjegat mhux eżentat li jonora l-obbligi privati tiegħu, lanqas milli josserva l-liġijiet u regolamenti tal-puliżija fis-seħħ.

    2.   Kull darba li dawn il-privileġġi u l-immunitajiet huma involuti, l-impjegat ikkonċernat għandu immedjatament jagħti rendikont lid-Direttur.

    Artikolu 22

    1.   Iċ-Ċentru jassisiti l-impjegat f’kull proċeduri legali kontra min jagħmel atti ta’ theddid, insult, vjolazzjoni, inġurja, diffamazzjoni jew attakki lill-persuna jew lill-proprjetà li għalihom hu jew membri tal-familja tiegħu jkun/u l-mira, minħabba l-pożizzjoni jew id-dmirijiet tiegħu. Iċ-Ċentru jikkumpensa b’mod konġunt id-danni soffruti permezz ta’ dan lill-impjegat sakemm dan intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja ma kienx il-kawża tal-ħsara u ma kienx kapaċi jakkwista kumpens mill-persuna li kkawżatha.

    2.   Iċ-Ċentru għandu jiffaċilità t-taħriġ professjonali ta’ l-impjegat sakemm dan ikun kompatibbli ma’ l-eżiġenzi ta’ tħaddim tajjeb tas-servizzi u jikkonforma ma’ l-interessi taċ-Ċentru.

    Artikolu 23

    Membru tal-persunal għandu d-dritt li jeżerċita id-dritt ta’ assoċjazzjoni; jista' partikolarment ikun membru ta’ trade unions jew ta’ assoċjazzjonijiet tal-persunal. Il-fatt li hu jeżerċita dmirijiet f’organizzazzjonijiet ta’ din ix-xorta ma jista’ fl-ebda każ jikkawża ħsara lill-persuna kkonċernata.

    Artikolu 24

    1.   L-impjegati jistgħu jresqu lment quddiem id-Direttur dwar kwistjonijiet li jikkoċernaw dmirijiethom.

    2.   Kull deċiżjoni dwar individwu speċifiku li tiġi meħuda taħt dawn ir-Regolamenti għandha minnufih tiġi komunikata bil-miktub lill-membru tal-persunal.

    3.   Għandha tingħata raġuni għal kull deċiżjoni li taffettwa ħażin lill-impjegat.

    Artikolu 25

    1.   Ma jistax jinfetaħ ħlief fajl individwali wieħed għal kull impjegat. Il-fajl għandu jkollu:

    id-dokumenti kollha li jikkunċernaw l-istatus amministrattiv tiegħu u r-rapporti kollha dwar il-kompetenza, l-effiċjenza u l-kondotta tiegħu fis-servizz;

    il-kummenti magħmula mill-impjegat dwar l-imsemmija dokumenti.

    Kull impjegat għandu d-dritt li jkun jaf dwar id-dokumenti kollha li jinstabu fil-fajl tiegħu. Wara li jħalli dmirijietu, hu għandu jibqa’ jgawdi dan id-dritt għal perjodu massimu ta’ sentejn.

    Il-fajl personali għandu jkun kunfidenzjali u ma jista’ ikun ikkunsultat ħlief fl-uffiċċji ta’ l-Amministrazzjoni. Kopji ta’ ċerti dokumenti jingħataw lit-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol meta azzjoni li tikkonċerna l-impjegat titressaq quddiem it-tribunal u li dan ta’ l-aħħar jagħmel talba għalih.

    2.   Kull dokument li jidher fil-fajl personali ta’ l-impjegat u li jikkonċerna miżura dixxiplinarja li taqa’ taħt l-ewwel grad ta’ gravità skond l-Artikolu 55(2), għandu jkun annullat wara perjodu ta’ tliet snin jekk l-impjegat ikkonċernat ma kellu l-ebda miżura ġdida dixxiplinarja mressqa kontrih matul dan il-perjodu.

    KAPITOLU III

    Reklutaġġ — Evalwazzjoni perjodika — Avvanz professjonali — Tmiem tas-servizz/tmiem ta’ kuntratt — Tkeċċija

    Taqsima 1

    Reklutaġġ

    Artikolu 26

    1.   Ir-reklutaġġ ta’ l-impjegati għandu jimmira biex jassigura liċ-Ċentru s-servizzi ta’ persuni li għandhom l-kompetenza, effiċjenza u integrità ta’ l-ogħla kwalità.

    2.   L-impjegat hu magħżul abbażi ta’ kompetizzjoni, b’konformità mar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    3.   Il-proċedura ta’ reklutaġġ stabbilita mir-regoli interni indikati fil-paragrafu 2 għandha tkun miftuħa u trasparenti, filwaqt li toffri l-istess possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni u ta’ impjieg liċ-ċittadini kollha ta’ l-Istati firmatarji tal-Ftehim ta’ Kotonù.

    L-impjegat għandu jingħażel mingħajr konsiderazzjoni ta’ razza, reliġjon jew sess.

    L-ebda post ma għandu jkun merfugħ għal ċittadini ta’ Stat Membru speċifiku

    Permezz tal-livelli ekwivalenti ta’ kwalifika professjonali u ta’ esperjenza meħtieġa għan-nomina tal-post, ir-reklutaġġ għandu jitwettaq fuq bażi ġeografika wiesgħa kemm jista’ jkun possibbli fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati firmatarji tal-Ftehim ta’ Kotonù.

    Ir-reklutaġġ ta’ l-impjegati jirrifletti sakemm hu possibbli l-karattru konġunt taċ-Ċentru AKP-KE.

    Artikolu 27

    1.   Ħadd ma jista’ jkun impjegat:

    (a)

    jekk mhux ċittadin ta’ wieħed mill-Istati firmatarji tal-Ftehim ta’ Kotonù;

    (b)

    jekk ma jkunx f’sitwazzjoni regolari fir-rigward tal-liġijiet ta’ reklutaġġ li jikkonċernawh f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizz militari;

    (ċ)

    jekk ma joffrix il-garanziji ta’ kompetenzi u moralità meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu;

    (d)

    kien ingaġġat skond il-proċedura bbażata fuq kompetizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26 (2);

    (e)

    huwa b'saħħtu sabiex jaqdi d-doveri tiegħu, kif inhu stabbilit permezz ta' eżami mediku minn tabib maħtur miċ-Ċentru;

    (f)

    jipproduċi evidenza ta' għarfien sħiħ ta' lingwa miż-żewġ lingwi prinċipali li jaħdem bihom iċ-Ċentru (Franċiż jew Ingliż) u għarfien sodisfaċenti tal-lingwa l-oħra li biha jaħdem iċ-Ċentru safejn dan huwa meħtieġ għall-qadi tad-doveri tiegħu.

    2.   Qabel ma jibda x-xogħol tiegħu, kull membru tal-persunal għandu jipprovdi liċ-Ċentru bid-dokumenti li ġejjin:

    (a)

    ċertifikat mediku li jixhed li huwa kapaċi jwettaq id-doveri li għalihom ġie ingaġġat;

    (b)

    dokument li jiċċertifika li hu ssodisfa l-obbligi tiegħu fil-qasam tas-servizz militari;

    (ċ)

    Attestazzjoni li turi li hu ċittadin ta’ wieħed mill-Istati firmatarji tal-Ftehim ta’ Kotonù u li hu jgawdi mid-drittijiet ta’ ċittadinanza sħiħa;

    (d)

    dokumenti dwar l-istat ċivili tiegħu, u dwar dak tal-konjuġi legali tiegħu u tat-tfal dipendenti.

    3.   Fuq talba taċ-Ċentru, il-membri tal-persunal jaqblu li jagħmlu eżami mediku mill-uffiċċjal mediku taċ-Ċentru qabel ma jintemm il-perijodu ta' prova.

    Artikolu 28

    1.   Sabiex jintlew il-postijiet ta' impjieg battala, id-Direttur, wara li jikkunsidra l-possibiltajiet li jassenja l-membri tal-persunal miċ-Ċentru għal dawk il-postijiet permezz ta' trasferiment jew promozzjoni fil-livell jew kategorija skond is-sens ta' l-Artikoli 32 u 33, għandu jibda proċedura esterna ta' ingaġġar abbażi ta' kompetizzjoni skond ir-regoli msemmija fl-Artikoli 4 (1) u 26 (2) u fl-Anness V.

    2.   Il-proċedura ta’ reklutaġġ tista’ tinfetaħ ukoll bl-iskop li tinħoloq lista ta’ riżerva.

    Artikolu 29

    1.   Meta jkun irreklutat, l-impjegat hu mistenni jgħaddi minn perjodu ta’ prova ta’ sitt xhur.

    2.   Membru tal-persunal li x-xogħol tiegħu ma kienx adegwat għall-post tiegħu għandu jiġi mkeċċi. Għaldaqstant, id-Direttur jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, itawwal dan il-perjodu għal diversi drabi, għal perjodu addizzjonali totali li jkollu massimu ta’ sitt xhur.

    3.   Meta, matul il-perjodu ta’ prova jew ta’ prolongazzjonijiet eventwali tiegħu, l-impjegat/a ma j/tkunx j/tista’ j/taqdi dmirijietu/ha, minħabba mard, leave ta’ maternità jew aċċident, għal tul ta’ żmien kontinwu li jkun ta’ l-anqas xahar, id-Direttur jista’ jtawwal il-perjodu ta’ prova b’tul ta’ żmien ekwivalenti.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-tul ta’ żmien totali tal-perjodu ta’ prova ma għandu fl-ebda każ jaqbeż it-tnax-il xahar.

    5.   L-impjegat jista’ jirriżenja f’kull ħin matul il-perjodu ta’ prova billi jagħti avviż ta’ xahar, ħlief jekk ikun hemm ftehim li jiffissa tul ta’ żmien ieħor.

    Taqsima 2

    Evalwazzjoni perjodika — Progress professjonali

    Artikolu 30

    1.   Kull tnax-il xahar, fl-aħħar tas-sena kalendarja u soġġett għar-regoli ta' implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur, l-abiltà, l-effiċjenza u l-imġieba ta' membru tal-persunal għandha tkun soġġetta għal rapport ta' valutazzjoni mis-superjuri tiegħu.

    2.   Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi komunikat lill-membru tal-persunal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe kumment fuqhom li huwa jikkonsidra rilevanti.

    Artikolu 31

    1.   L-impjegat li jwettaq dmirijietu b’mod eċċellenti matul perjodu kontinwu u li jkun ilu ta’ l-anqas sentejn fl-istess grad u fl-istess skala, u li l-kuntratt tiegħu se jkun ikompli ta’ l-anqas xahar aktar minn dan il-perjodu, jista’ javvanza fl-iskala li jmiss ta’ dan il-grad.

    2.   Iż-żidiet fit-tarġa msemmija hawn fuq m'humiex awtomatiċi u għandhom jiġu deċiżi mid-Direttur abbażi ta' l-abiltà, l-effiċjenza u l-mġieba tal-membru tal-persunal kif ivvalutati mis-superjuri tiegħu u tat-tibdil fil-kumplessità tad-doveri tiegħu.

    Artikolu 32

    1.   Kull promozzjoni fil-livell ta' membru tal-persunal għandha ssir biss sabiex jimtlew postijiet battala permezz tal-ħatra mid-Direttur għall-livel immedjatament ogħla, skond regoli interni adottati mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur.

    2.   Il-ħatra ta' membru tal-persunal fil-livell immedjatment ogħla mill-kategorija li huwa fiha għandha ssir minn fost il-membri tal-persunal li spiċċaw perijodu minimu ta' żmien ta' servizz fil-livell tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-merti komparattivi tagħhom u r-rapporti tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom.

    3.   Membru tal-persunal jista' jiġi maħtur għall-kategorija immedjatment ogħla wara valutazzjoni kompetittiva minn fost il-membri tal-persunal li japplikaw, li għandhom it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa u spiċċaw perijodu minimu ta' żmien ta' servizz fil-livell tagħhom. L-impjegat hu nnominat fl-anqas grad fil-kategorija l-ġdida.

    4.   Biex ikollu d-dritt jgħaddi għall-grad jew kategorija li jmiss, l-impjegat għandu jwettaq dmirijietu għal mhux anqas minn sentejn fl-istess grad.

    Artikolu 33

    1.   Il-membru tal-persunal għandu jiġi klassifikat fit-taqrġa li s-salarju huwa l-eqreb għal dak li huwa kien qed jirċievi fil-livell ta' qabel.

    2.   Fl-ebda każ l-impjegat ma jirċievi fil-grad ġdid tiegħu salarju bażiku inferjuri għal dak li kien jirċievi fil-grad li kellu qabel.

    3.   Fl-ebda każ l-impjegat ma għandu jkun ippenalizzat finanzjarjament f’każ fejn, fin-nuqqas ta’ promozzjoni, hu kellu jibbenefika minn skala ta’ mertu fil-grad li kellu qabel. Jekk ikun meħtieġ, l-impjegat jirċievi skala addizzjonali fid-data li fiha hu kien se jkollu d-dritt għal skala ta’ mertu fil-grad preċedenti tiegħu.

    Taqsima 3

    Waqfien mid-dmirijiet — Tmiem ta’ kuntratt

    Artikolu 34

    Apparti f’każ ta’ mewt, id-dmirijiet ta’ l-impjegat jiġu fit-tmiem:

    1.

    Wara perjodu ta’ avviż ta’ riżenja li jsegwi r-riżenja ta’ l-impjegat. It-tul ta’ żmien ta’ dan l-avviż ta’ riżejna ma għandux ikun la anqas minn tliet xhur, lanqas aktar minn sitt xhur, ħlief jekk ikun hemm ftehim li jiffissa tul ta’ żmien iqsar;

    2.

    Wara t-tmiem il-perjodu ta’ l-avviż ta’ riżenja li jsegwi n-notifika mogħtija miċ-Ċentru.

    It-tul tal-perijodu ta' notifika għandu jkun ta' xahar għal kull sena ta' servizz komplut, suġġett għal minimu ta' tliet xhur u massimu ta' disa' xhur. Madankollu, il-perijodu tan-notifika m'għandux jibda matul il-leave tal-maternità jew il-leave tal-mard, sakemm tali leave tal-mard ma jeċċedix tliet xhur. Barra minn hekk, dan ikun iddifferit matul il-leave ta’ maternità jew mediku, suġġett għall-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq;

    3.

    Fl-aħħar tax-xahar li fih l-impjegat jagħlaq l-età ta’ 65 sena.

    4.

    Fl-interess tal-ħidma effiċjenti taċ-Ċentru, il-kuntratt ta’ impjegat jista’ jkun mitmum f’każ ta’ inkompetenza jew ta’ servizz insuffiċjenti fl-ambitu ta’ dmirijietu, b’konformità ma’ l-Artikolu 55 ta’ dawn ir-Regolamenti.

    5.

    F’każ li ċ-Ċentru jingħalaq minħabba, per eżempju, nuqqas ta’ finanzjament suffiċjenti, l-impjegat għandu dritt għal kumpens ta’ salarju gross bażiku ta’ xahar għal kull sena sħiħa ta’ servizz u li ma jaqbiżx aktar minn tnax-il xahar. Din ix-xorta ta’ kalkulazzjoni hi bbażata fuq l-aħħar salarju gross bażiku ta’ xahar ta’ l-impjegat.

    6.

    F’każ ta’ sensja ta’ kariga, l-impjegat ikkonċernat jirċievi l-avviż ta’ riżenja previst fil-paragrafu 2 u għandu d-dritt għall-kumpens indikat fil-paragrafu 5.

    Artikolu 35

    Il-kuntratt tal-membru tal-persunal jista' jiġi terminat mingħajr notifika fuq l-inizjattiva tad-Direttur:

    (a)

    matul jew fl-aħħar tal-perjodu ta’ prova, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 29(2);

    (b)

    fil-każ li l-impjegat jieqaf milli jwettaq il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1);

    (ċ)

    fil-każ indikat fl-Artikolu 36;

    (d)

    fil-każ indikat fl-Artikolu 37.

    Artikolu 36

    1.   Wara li tkun tlestiet il-proċedura dixxiplinarja prevista fil-Kapitolu VI ta’ dan it-Titolu, il-kuntratt ta’ l-impjegat jista’ jkun mitmum mingħajr avviż ta’ riżenja minħabba raġuni dixxiplinarja f’każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligi li l-impjegat hu mistenni josserva, imwettaq b’mod intenzjonat jew b’negliġenza. Id-deċiżjoni li twassal għat-tmiem tittieħed mid-Direttur, wara li l-persuna kkonċernata jkollha l-opportunità li tippreżenta d-difiża tagħha.

    2.   Qabel it-tmiem, l-impjegat jista’ jkun sospiż skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 57.

    3.   F’każ ta’ revoka b’konformità mal-paragrafu 1, id-Direttur jista’ jipproponi lill-Kunsill Amministrattiv biex jiddeċiedi li jirtira lill-persuna interessata d-dritt intier jew in parti għall-kumpensi u ħlas lura ta’ l-ispejjeż previsti mir-regoli indikati fl-Artikoli 46 u 52.

    Artikolu 37

    1.   Il-kuntratt tal-membru tal-persunal għandu jiġi terminat mingħajr notifika miċ-Ċentru fejn id-Direttur isib li, fil-waqt ta' l-ingaġġar tiegħu, il-persuna konċernata b'mod intenzjonat tat informazzjoni falza dwar l-abiltajiet professjonali tagħha jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 (1).

    2.   F'dan il-każ, it-terminazzjoni tal-kuntratt għandu jiġi ddikjarat mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur, wara li l-persuna konċernata tkun instemgħet u wara li tkun tlestiet il-proċedura dixxiplinarja stabbilita fil-Kapitolu VI ta' dan it-Titolu.

    3.   Qabel it-tmiem, l-impjegat jista’ jkun sospiż skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 57.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 36(3), għandhom japplikaw.

    KAPITOLU IV

    Kondizzjonijiet tax-xogħol

    Taqsima 1

    Tul ta' żmien tax-xogħol

    Artikolu 38

    1.   L-impjegat attiv għandu jkun f’kull ħin għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru.

    Għaldaqstant, il-ħin normali ta’ xogħol ma għandux jaqbeż is-seba’ u tletin siegħa u nofs fil-gimgħa, imwettqa b’konformità ma’ skeda ta’ ħin ġeneralment iffissat mill-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur.

    2.   Għal raġunijiet iġġustifikati b’mod korrett, id-Direttur jista’ jawtorizza lill-impjegat biex iwettaq l-attività fuq bażi part-time jekk hu jikkalkula li miżura ta’ din ix-xorta tkun fl-interess taċ-Ċentru.

    Il-klawsoli ta’ l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni huma ffissati mill-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur.

    Artikolu 39

    1.   L-impjegat jista’ jkun meħtieġ li jaħdem is-sahra f’każijiet ta’ urġenza jew pressjoni ta’ xogħol eċċezzjonali. Ix-xogħol billejl, kif ukoll ix-xogħol nhar ta’ Ħadd jew f’festi pubbliċi, ma jistax ikun awtorizzat ħlief skond il-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur.

    2.   It-total ta’ sigħat ta’ sahra li impjegat jista’ jkun mitlub jagħmel ma għandux jaqbeż il-mija u ħamsin siegħa maħduma fuq perjodu ta’ sitt xhur.

    3.   Is-sahra maħduma mill-impjegati ta’ kategoriji “maniġer” u “impjegat klerikali” ma għandhomx dritt la ta’ kumpens, lanqas ta’ remunerazzjoni.

    Skond il-kondizzjonijiet iffissati mill-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni indikati fil-paragrafu 1, is-sigħat ta’ sahra maħduma mill-impjegati fil-kategorija ta’ “impjegat awżiljarju” għandhom id-dritt ta’ mistrieħ ta’ kumpens jew, jekk in-neċessitajiet tas-servizz ma jippermettux kumpens fiż-żmien is-sitt xhur li jsegwu dak li fih is-sigħat ta’ sahra kienu maħduma, għal għoti awtomatiku ta’ pagament għal kull siegħa li jkun iffissat fil-klawsoli msemmija.

    Taqsima 2

    Leave

    Artikolu 40

    1.   L-impjegat għandu dritt, għal kull sena kalendarja, għal leave annwali minimu ta’ erba’ u għoxrin ġurnata ta’ xogħol u massimu ta’ tletin ġurnata ta’ xogħol, b’konformità mal-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur. Dawn ta’ l-aħħar jiffissaw il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tal-ġranet tal-leave minn sena kalendarja għall-oħra.

    2.   Barra mil-leave annwali, l-impjegat jista’ jitlob u jingħata b’mod eċċezzjonali leave speċjali mid-Direttur. Il-klawsoli ta’ għoti ta’ dan il-leave huma ffissati mir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq il-proposta tad-Direttur.

    Artikolu 41

    Independentement mil-leave previst fl-Artikolu 40, impjegata mara għandha d-dritt, jekk tippreżenta ċertifikat mediku, għal leave għal maternità b’remunerazzjoni sħiħa, li jibda’ normalment sitt ġimgħat qabel id-data mistennija tal-ħlas indikata fiċ-ċertifikat u jispiċċa normalment għaxar ġimgħat wara d-data tal-ħlas, mingħajr ma dan il-leave jista’ jkun anqas minn sittax-il ġimgħa.

    Għaldaqstant, fuq parir mediku, il-leave għal maternità ta’ l-impjegata kkonċernata jista’ jibda f’anqas minn sitt gimgħat qabel id-data mistennija tal-ħlas, biex b’hekk jispiċċa f’dan il-każ wara perjodu ta’ għaxar ġimgħat wara d-data tal-ħlas flimkien mal-ġranet li l-persuna kkonċernata kompliet taħdem fis-sitt ġimgħat ta’ qabel id-data li fil-fatt fiha tkun welldet.

    L-impjegat raġel għandu d-dritt għal leave paternali ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol li jrid jeħodhom fiż-żmien sitt ġimgħat mid-data tat-twelid tat-tarbija.

    Artikolu 42

    Membru tal-persunal li jipprovdi evidenza ta' inkapaċità li jaqdi d-doveri tiegħu minħabba mard jew inċident għandu jkun intitolat awtomatikament għal leave tal-mard, skond ir-regoli interni adottati mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur. Fid-diskrezzjoni tiegħu, iċ-Ċentru jista' jiddeċiedi li jikseb opinjoni ta' espert mediku.

    Artikolu 43

    Il-leave annwali ta’ l-impjegat awtorizzat li jwettaq l-attività tiegħu fuq bażi part-time hu mnaqqas bin-nofs matul dan iż-żmien ta’ din l-attività. Il-frazzjonijiet tal-ġranet deduċibbli huma kkalkulati pro rata, b’konformità mal-klawsoli ta’ implimentazzjoni interni stabbiliti mid-Direttur.

    Artikolu 44

    1.   Ħlief fil-każ ta’ mard jew aċċident, l-impjegat ma jistax ikun assenti mingħajr ma jkun awtorizzat minn qabel mis-superjur ġerarkiku tiegħu. Mingħajr preġudizzju fl-applikazzjoni eventwali tad-dispożizzjonijiet previsti mil-lat dixxiplinarju, kull assenza irregulari pprovata b’mod konkret tkun imnaqqsa miż-żmien tal-leave tal-persuna kkonċernata. F’każ li ma jkunx baqagħlu leave, l-impjegat jitlef awtomatikament il-benefiċcju tar-remunerazzjoni tiegħu għall-perjodu ekwivalenti.

    2.   Meta impjegat jixtieq li jmur iqatta’ l-leave mediku f’lokalità differenti minn dik li fiha jaħdem, hu mistenni li jkollu bil-quddiem l-awtorizzazzjoni tad-Direttur.

    3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-impjegat jista’ jitlob biex jibbenefika bl-approvazzjoni tad-Direttur minn leave mingħajr remunerazzjoni għal raġunijiet ta’ natura personali. It-tul ta’ żmien tal-leave ma għandux jaqbeż is-sena għal kull perjodu ta’ ħmistax-il sena.

    L-impjegat ma jibbenefika mill-ebda żieda fl-iskala matul dan il-perjodu ta’ leave mingħajr remunerazzjoni, li mhux ikkunsidrat fil-perjodu minimu indikat fl-Artikolu 31(1) u (2).

    Ir-regoli li japplikaw għal-leave mingħajr remunerazzjoni huma stabbiliti fir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    4.   Fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ tmintax-il xahar ta’ servizz kontinwu, l-impjegat/a, ir-raġel/il-mara legali tiegħu/tagħha u t-tfal li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha għandhom id-dritt għal vjaġġ bir-ritorn lejn il-lokalità ta’ oriġini tagħhom, b’konformità mar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    Taqsima 3

    Festi pubbliċi

    Artikolu 45

    Il-lista tal-festi pubbliċi hi deċiża mid-Direttur.

    KAPITOLU V

    Remunerazzjoni u spejjeż

    Artikolu 46

    1.   Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli interni adottati mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur, u sakemm mhux previst mod ieħor, membru tal-persunal għandu jkun intitolat għal remunerazzjoni relatata mal-kategorija, il-livell u t-tarġa tiegħu fuq il-fatt biss ta' l-impjieg tiegħu.

    Ma jistax jirrinunzja għal dan id-dritt.

    2.   Ir-remunerazzjoni tinkludi salarju bażiku, sussidji għal familja u kumpensi.

    Artikolu 47

    Ir-remunerazzjoni għandha tkun murija u mħallsa f’euro.

    Artikolu 48

    Il-Kunsill Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, fuq proposta tad-Direttur, li jaġġusta fuq bażi annwali r-remunerazzjonijiet ibbażati fuq il-metodoloġija mifthema mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għal impjegati Komunitarji.

    Artikolu 49

    Is-salarji bażiċi ta’ xahar huma ffissati għal kull kategorija, kull grad u kull skala, b’konformità mat-tabella li tidher fl-Anness II.

    Artikolu 50

    1.   Is-sussidji għal familja li għalihom l-impjegat għandu dritt huma ffissati mir-regoli interni msemmija fl-Artikolu 46 u jinkludu:

    (a)

    sussidju għal ħtiġijiet tad-dar;

    (b)

    l-allowance għat-tfal dipendenti;

    (ċ)

    l-allowance għall-edukazzjoni.

    2.   Membru tal-persunal li jirċievi l-allowances tal-familja msemmija f'dan l-Artikolu huwa meħtieġ li jiddikjara allowances ta' l-istess tip imħallsa x'imkien ieħor, u dawn l-allowances jitnaqqsu minn dawk imħallsa taħt dawn ir-Regolamenti.

    3.   L-allowance għat-tfal dipendenti tista' tkun irduppjata permezz ta' deċiżjoni speċjali u debitament ġustifikata mid-Direttur meħuda abbażi ta' dokumenti mediċi sostanzjanti mfassla minn tabib maħtur miċ-Ċentru, li jiċċertifika li t-tifel in kwistjoni jwassal għal piż finanzjarju iebes fuq il-membru tal-persunal minħabba diżabilità fiżika jew mentali li jsofri minnha t-tifel.

    Artikolu 51

    Jekk membru tal-persunal imut matul iż-żmien ta' l-impjieg tiegħu, il-konjuġi legali li jibqa' ħaj jew it-tfal dipendenti għandhom jirċievu r-remunerazzjoni globali tal-mejjet sat-tmiem tas-sitt xahar wara dak tal-mewt.

    Artikolu 52

    Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli interni msemmija fl-Artikolu 46, membru tal-persunal għandu jkun intitolat għal rimborż ta' l-ispejjeż li ħallas hekk kif beda x-xogħol, ġie trasferit, meta kien fuq home leave perjodiku jew fit-tmiem tal-kuntratt tiegħu, kif ukoll l-ispejjeż li jkun ħallas fit-twettiq, jew in konnessjoni mat-twettiq tad-doveri tiegħu, bla ħsara għall-Artikolu 36 (3).

    Artikolu 53

    1.   F'każ ta' mewt tal-membru tal-persunal, tal-konjuġi legali jew tat-tfal dipendenti, l-ispejjeż imħallsa rigward it-trasport tal-ġisem mill-post tax-xogħol tal-membru tal-persunal għall-post ta' oriġini għandhom jiġi rimborżati miċ-Ċentru. Jista' jingħata avvanz għal dan il-għan miċ-Ċentru.

    Jitħallsu biss lura miċ-Ċentru, l-ispejjeż tal-vjaġġ u l-ispejjeż relatati mat-trasport ta’ l-affarijiet personali u l-baġalji personali tal-persuni li jibqgħu ħajjin imsemmija fil-paragrafu preċedenti li jirritornaw lura lejn il-lokalità ta’ oriġini ta’ l-impjegat mejjet/mejta.

    2.   Jekk il-membru tal-persunal imut waqt missjoni, l-ispejjeż imħallsa fir-rigward tat-trasport tal-ġisem mill-post tal-mewt għall-post ta' oriġini tal-membru tal-persunal għandu jiġi rimborżat miċ-Ċentru.

    Artikolu 54

    Kull somma żejda mħallsa għandha tiġi mogħtija lura jekk min irċeviha kien jaf bl-irregolarità tal-ħlas jew jekk tali irregolarità kienet tant ovvja li ma setax ma jkunx jaf dwarha. Il-klawsoli ta’ ħlas lura huma deċiżi mid-Direttur.

    KAPITOLU VI

    Miżuri dixxiplinari

    Artikolu 55

    1.   Kull nuqqas imwettaq b’mod volontarju jew b’negliġenza fl-obbligi li għalihom l-impjegat mistenni jikkonforma skond dawn ir-Regolamenti, iġiegħluh jiffaċċja sanzjonijiet dixxiplinarji.

    2.   Is-sanzjonijiet dixxiplinarji huma li ġejjin:

    sanzjonijiet li jaqgħu taħt l-ewwel grad ta’ gravità:

    (a)

    twissija bil-miktub;

    (b)

    ċanfira.

    sanzjonijiet li jaqgħu taħt it-tieni grad ta’ gravità:

    (a)

    żgradar fl-iskala;

    (b)

    żgradar ta’ grad jew kategorija;

    (ċ)

    tkeċċija mill-kariga.

    3.   L-istess nuqqas ma jistax iwassal għal aktar minn sanzjoni dixxiplinarja waħda.

    Artikolu 56

    1.   Id-Direttur jista’ joħroġ sanzjoni ta’ twissija u ta’ ċanfira, mingħajr ma jikkonsulta lill-Kunsill Amministrattiv, fuq proposta tas-superjur ġerarkiku ta’ l-impjegat jew fuq inizjattiva personali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun mismugħa minn qabel. Hi tista’, jekk tixtieq, tirribatti għat-twissija jew ċanfira. Ir-risposta tagħha għandha tkun imdaħħla fil-fajl personali tagħha.

    2.   Il-miżuri l-oħra għandhom ikunu mposti mill-Bord Eżekuttiv wara li tkun tlestiet il-proċedura dixxiplinari stabbilita fl-Artikolu 58. Din il-proċedura tista' tinbeda mid-Direttur jew mill-Bord Eżekuttiv wara li jisma' lill-persuna konċernata.

    Artikolu 57

    1.   F’każ ta’ żball gravi allegat kontra impjegat, kemm jekk ikun nuqqas fl-obbligi professjonali jew ksur ta’ liġi komuni, id-Direttur jista’ jiddeċiedi li jissospendi lil dak li jikkaġuna n-nuqqas. Din id-deċiżjoni tittieħed bħala prevenzjoni u għandha tintervieni mhux aktar tard minn erbat ijiem ta’ xogħol li jibdew jingħaddu mill-jum li jsegwi dak li fih in-nuqqas ta’ inkriminazzjoni jkun magħruf.

    2.   Id-deċiżjoni li tissospendi għandha tispeċifika jekk il-persuna kkonċernata għandhiex tkompli, matul il-perjodu ta’ żmien ta’ din is-sospensjoni, tirċievi r-remunerazzjoni tagħha jew tiddetermina l-ammont li għandu jinżamm minnha u li dan ma għandux ikun aktar min-nofs is-salarju bażiku tiegħu.

    3.   Meta l-ebda deċiżjoni ma’ ttieħdet fir-rigward ta’ l-impjegat wara xahrejn li jibdew jingħaddu mill-ġurnata li fiha tibda sseħħ id-deċiżjoni ta’ sospensjoni, iż-żamma ta’ din is-sospensjoni għandha tkun ikkonfermata mill-Kunsill Amministrattiv.

    4.   Meta l-ebda deċizjoni ma’ tittieħed fir-rigward ta’ l-impjegat wara erba’ xhur li jibdew jingħaddu mill-ġurnata li fiha tibda sseħħ id-deċizjoni ta’ sospensjoni, il-persuna ikkonċernata għandha tirċievi mill-ġdid remunerazzjoni sħiħa.

    5.   Meta, fit-tmiem tal-proċedura dixxiplinarja, il-persuna kkonċernata ma tkun ingħatat l-ebda sanzjoni jew tkun biss il-mira ta’ twissija bil-miktub jew ċanfira, hi jkollha dritt li tiħallas lura l-flus miżmuma mir-remunerazzjoni tagħha.

    6.   Għaldaqstant, meta l-impjegat ikun il-mira ta’ proċeduri kriminali għall-istess fatti, is-sitwazzjoni tiegħu ma tkunx definittivament ittrattata ħlief wara li jkun ingħata l-verdett finali tal-qorti li quddiemha jkun tressaq il-każ.

    Artikolu 58

    1.   Proċedura dixxiplinari għandha tinbeda mid-Direttur u għandha tinvolvi Kumitat ad hoc ta' investigazzjoni li għandu jipprovdi lid-Direttur b'rapport, li għandu jiddikjara b'mod ċar il-fatti fl-ilment u, jekk opportun, iċ-ċirkostanzi li fihom seħħu.

    Dan ir-rapport għandu jiġi komunikat lill-President tal-Bord Eżekuttiv, li għandu jinnotifika lill-membru tal-persunal konċernat bil-miktub.

    Kull notifika li ma tistax tiġi komunikata minħabba xi għemil tal-membru tal-persunal u kull rifjut mill-membru tal-persunal biex jiffirma irċevuta tan-notifika għandhom jgħoddu bħala notifika.

    2.   Il-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-Kumitat ad hoc ta' investigazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli interni adottati mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur.

    TITOLU III

    ID-DIRETTUR

    Artikolu 59

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti li jistitwixxu d-drittijiet u l-obbligi għall-impjegat huma applikabbli mutatis mutandis għad-Direttur.

    2.   Fejn, fl-ambitu ta’ dawn ir-Regolamenti, ikun previst li d-Direttur għandu jieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ impjegati u impjegati lokali, il-Kunsill Amministrattiv għandu jieħu l-istess deċiżjonijiet fir-rigward tad-Direttur.

    L-istess, fil-każ fejn hu previst li l-impjegati u l-impjegati lokali għandhom jagħtu informazzjoni lid-Direttur, dan ta’ l-aħħar għandu jagħti l-istess informazzjoni lill-Kunsill Amministrattiv.

    TITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI, TASSAZZJONI U APPELLI

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet soċjali

    Taqsima 1

    Sigurtà soċjali

    Artikolu 60

    1.   Rigward dak li jikkonċerna l-iskema ta’ sigurtà soċjali, l-impjegat, id-Direttur u, fejn hemm bżonn, il-membri tal-familja tagħhom rikonoxxuti miċ-Ċentru jistgħu jagħżlu bejn l-iskema ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu ċ-Ċentru għandu l-kwartieri ġenerali, l-iskema ta’ l-Istat fejn huma jkunu l-aħħar abitaw, dak ta’ l-Istat li tiegħu huma ċittadini jew kull skema privata li magħha ċ-Ċentru ffirma konvenzjoni.

    Għaldaqstant din l-għażla ma tistax tkun magħmula ħlief darba waħda fit-tliet xhur li jsegwu d-data ta’ reklutaġġ u tidħol fis-seħħ fid-data ta’ meta l-impjegat jibda dmirijietu.

    2.   L-impjegat, u d-Direttur, il-mara/ir-raġel legali tagħhom, meta dawn ta’ l-aħħar ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-istess benefiċċji ta’ l-istess tip u l-istess livell implimentati mid-dispożizzjonijiet legali jew regolamentari l-oħra kollha, u t-tfal dipendenti tagħhom fis-sens tar-regoli interni, huma koperti kontra r-riskji ta’ mard. Il-grad ta’ kopertura għal dawn ir-riskji hu definit fir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    3.   Il-kontribuzzjoni neċessarja biex tkun assigurata l-kopertura kontra r-riskji tal-mard għandha tkun imħallsa mill-affiljat u miċ-Ċentru, b’konformità mar-regoli interni indikati fil-paragrafu 2.

    Artikolu 61

    1.   Il-membri tal-persunal, id-Deputat Direttur u d-Direttur għandhom ikunu assigurati mid-data tad-dħul fis-servizz tagħhom kontra r-riskju ta' perikli fuq ix-xogħol u ta' inċidenti, suġġetti għar-regoli interni msemmija fl-Artikolu 60. Għandhom jikkontribwixxu għall-ispiża ta' l-assigurazzjoni kontra dawn ir-riskji.

    2.   Ir-riskji li mhumiex koperti, il-benefiċċji ggarantiti u l-ispejjeż koperti huma speċifikati fir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 62

    1.   F’każ ta’ twelid ta’ tarbija ta’ impjegat, jew tad-Direttur, sussidju uniku ta’ rata waħda jingħata lill-persuna li effettivament tkun qed tiegħu ħsieb din it-tarbija, b’konformità mar-regoli interni indikati fl-Artikolu 60.

    2.   Min jirċievi s-somma mat-twelid ta' tarbija irid jiddikkjara kwalunkwe somma ta' l-istess natura li jkun irċieva minn sorsi oħra għall-istess tarbija; tali somma għandha mbagħad tiġi mnaqqsa mis-somma msemmija f'paragrafu 1. Din is-somma titħallas darba biss jekk kemm-il darba ż-żewġ ġenituri huma potenzjalment eliġibbli għaliha bħala membri tal-persunal taċ-Ċentru.

    Taqsima 2

    Fond providenti

    Artikolu 63

    1.   B’konformità mar-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur, iċ-Ċentru għandu jwaqqaf fond providenti għall-impjegati u d-Direttur. Il-klawsoli ta’ kontribuzzjoni obbligatorja u volontarja tal-fond għall membri tal-persunal u għaċ-Ċentru, kif ukoll il-klawsoli dwar il-likwidazzjoni tal-fondi tal-persunal ikkonċernat li jħallu ċ-Ċentru, huma ffissati f’dawn ir-regoli.

    2.   Il-kontribuzzjoni neċessarja biex jitwaqqaf il-fond providenti għandha tkun imħallsa mill-affiljati u miċ-Ċentru, b’konformità mar-regoli interni indikati fil-paragrafu 1.

    Taqsima 3

    Bonus ta' Tmiem Definittiv u Volontarju tas-Servizz

    Artikolu 64

    1.   Membru tal-persunal li l-kuntratt tiegħu huwa terminat bħala riżultat ta' ftehim bejn il-membru tal-persunal u ċ-Ċentru, u li serva fiċ-Ċentru għal minn ta' l-anqas ħames snin, jista' jirċievi, permezz ta' deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv u abbażi ta' rapport imfassal mid-Direttur, bonus ta' tmiem definittiv u volontarju tas-servizz skond ir-regoli interni adottati mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur.

    2.   Dan il-bonus tat-tmiem ta' l-impjieg mhux awtomatiku, u l-interessi u l-għanijiet taċ-Ċentru għandhom ikunu kkunsidrati meta jiġi deċiż dwar jekk għandux jingħata. Il-ħlas għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mid-Direttur u skond ir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   L-ebda bonus tat-tmiem ta' l-impjieg m'għandu jitħallas fejn il-kuntratt huwa terminat, kif stabbilit fl-Artikoli 36 u 37.

    4.   Id-Direttur ma jibbenefikax mill-bonus ta’ tluq.

    5.   Dan il-bonus tat-tmiem ta' l-impjieg għandu jkun inkompatibbli mal-kumpens imsemmi fl-Artikolu 34 (5).

    KAPITOLU II

    Dispożizzjonijiet fiskali

    Artikolu 65

    1.   Id-Direttur u l-impjegati taċ-Ċentru huma sottomessi, għal benefiċċju taċ-Ċentru, għal taxxa fuq ir-remunerazzjoni mħallsa minnu.

    Il-klawsoli ta’ implimentazzjoni tat-taxxa huma stipulati fl-Anness III. Il-Kumitat għandu s-saħħa li jemenda l-Anness jekk dan ikun meħtieġ.

    2.   It-taxxa għandha tinġabar miċ-Ċentru permezz ta’ tnaqqis minn ras il-għajn. Il-qligħ mit-taxxa jitniżżel bħala dħul fil-baġit taċ-Ċentru.

    KAPITOLU III

    Mezzi biex jitressqu l-appelli

    Artikolu 66

    1.   L-impjegat u d-Direttur jistgħu jressqu quddiem l-awtorità kompetenti talba biex tittieħed deċiżjoni fir-rigward tagħhom. L-awtorità kompetenti tinnotifika d-deċiżjoni ġustifikata lill-persuna kkonċernata fiż-żmien xahrejn li jibdew mid-data li fiha tkun magħmula t-talba. Jekk wara li jgħaddi dan it-tul ta’ żmien ma jkunx hemm tweġiba għat-talba, dan għandu jfisser b’mod impliċitu li t-talba ma tkunx ġiet milqugħa, għalhekk jista’ jitressaq ilment skond il-paragrafu 2 hawn taħt.

    2.   L-impjegat u d-Direttur jistgħu jressqu quddiem l-awtorità kompetenti ilment li jikkonċerna att li jikkawżalhom danni, sew fejn l-awtorità kompetenti ħadet deċiżjoni fir-rigward tagħhom, sew fejn hi naqset li tieħu miżura imposta minn dawn ir-Regolamenti. L-ilment hu dokument bil-miktub li jitlob li soluzzjoni amikevoli tinstab għat-tilwima in kwistjoni. Dan għandu jitressaq fi żmien xahrejn, fin-nuqqas ta’ dan, id-dritt għall-ilment jintilef. It-tul ta’ żmien għandu jibda:

    fid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data li fiha dan ta’ l-aħħar irċieva tali notifika, jekk il-miżura tolqot persuna speċifikata; madankollu, jekk att li jolqot persuna speċifikata jinvolvi wkoll persuna oħra, il-perijodu għandu jibda jitqies fir-rigward ta’ dik il-persuna l-oħra fid-data li fiha tirċievi notifika tiegħu,

    jingħadd mid-data li fiha jiskadi t-tul ta’ żmien tat-tweġiba meta l-ilment jikkonċerna deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ talba skond il-paragrafu 1.

    L-awtorità kompetenti tinnotifika d-deċiżjoni raġunata lill-persuna fiż-żmien xahrejn li jibdew mill-jum li fih ikun sar l-ilment. Jekk wara li jgħaddi dan it-tul ta’ żmien ma jkunx hemm tweġiba għall-ilment dan għandu jfisser b’mod impliċitu li l-ilment ma kienx ġie milqugħ, għalhekk jista’ jitressaq appell skond l-Artikolu 67 hawn taħt.

    Il-proċedura li biha l-awtorità kompetenti tagħti d-deċiżjoni raġunata tagħha hi stabbilita fir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministattiv fuq proposta tad-Direttur.

    L-awtorità kompetenti skond dan l-Artikolu hi:

    id-Direttur għall-impjegati;

    il-Kunsill Amministrattiv għad-Direttur u għall-każijiet ta’ lmenti kontra miżura dixxiplinarja meħuda mid-Direttur;

    il-Kumitat għal każijiet ta’ lmenti kontra miżura dixxiplinarja meħuda mill-Kunsill Amministrattiv fir-rigward tad-Direttur.

    Artikolu 67

    1.   It-tilwim bejn l-impjegati u ċ-Ċentru, kif ukoll dawk bejn id-Direttur jew/u ċ-Ċentru għandu jkun solvut permezz ta’ konċiljazzjoni, b’konformità mal-proċeduri li jidhru fl-Anness IV. Għaldaqstant, jekk l-ebda ftehim mhu possibbli, l-impjegat għandu d-dritt li jirreferi għat-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

    2.   It-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, hawn taħt imsejjaħ “it-Tribunal Amministrattiv”, għandu l-kompetenza ġuridika fit-tilwim bejn iċ-Ċentru u l-aġenti tiegħu dwar il-legalità ta’ att li jwassal għal danni lill-persuna kkonċernata skond l-Artikolu 66(2).

    3.   L-appell quddiem it-Tribunal Amministrattiv mhux possibbli ħlief jekk:

    l-awtorità kompetenti kellha diġà lment bis-saħħa ta’ l-Artikolu 66(2), fiż-żmien previst mill-imsemmi Artikolu;

    l-ilment ma kienx aċċettat permezz ta’ deċiżjoni espliċita jew impliċita;

    il-konċiljazzjoni tkun falliet.

    4.   L-appelli skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu ppreżentati fi żmien tliet xhur. Dan it-tul ta’ żmien jibda’:

    jingħadd mid-data ta’ notifika tad-deċiżjoni meħuda, mogħtija bħala tweġiba għall-ilment;

    fid-data ta’ skadenza tal-perijodu preskritt għat-tweġiba, fejn l-appell huwa kontra deċiżjoni impliċita li tirrifjuta lment sottomess skond l-Artikolu 66(2); madankoll, fejn ilment jiġi rifjutat b’deċiżjoni espressa wara li jiġi rifjutat b’deċiżjoni impliċita iżda qabel ma jkun skada l-perijodu biex isir appell, il-perijodu biex isir appell għandu jerġa’ jibda jitqies mill-ġdid.

    TITOLU V

    IMPJEGATI LOKALI

    Artikolu 68

    1.   L-impjegati lokali huma ingaġġati mid-Direttur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ xogħol għal tul ta’ żmien definit.

    2.   Bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 6 sa 10, 29, 31 sa 37, 40 sa 43 u 46 sa 50, kif ukoll tal-Kapitolu VI, it-Titolu II japplika mutatis mutandis għall-impjegati lokali.

    Artikolu 69

    Il-kondizzjoni ta’ xogħol ta’ l-impjegati lokali, u b' mod partikolari dak li jikkonċerna:

    (a)

    il-mod ta' ingaġġ u t-tmiem tal-kuntratti,

    (b)

    il-leave,

    u

    (ċ)

    il-grad u r-remunerazzjoni,

    għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur abbażi tar-regoli u l-prattiki eżistenti fil-lokalità fejn l-impjegat hu mitlub li jwettaq dmirijietu.

    Artikolu 70

    Iċ-Ċentru jassumi, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, il-kontribuzzjonijiet li jaqgħu fuq min iħaddem bis-saħħa tar-regoli li jeżistu fil-lokalità fejn l-impjegat lokali hu mitlub li jwettaq dmirijietu.

    Artikolu 71

    Kwalunkwe membru tal-persunal lokali jista' jippreżenta lid-Direttur talba sabiex jieħu deċiżjoni dwaru. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-persuna konċernata b'din id-deċiżjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan, fi żmien xahar mid-data minn meta tkun saret it-talba. F’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, l-impjegat jista’ jressaq appell b’konformità ma’ l-Artikolu 72.

    Artikolu 72

    It-tilwim bejn iċ-Ċentru u l-impjegat lokali huma ppreżentati quddiem il-ġuridizzjoni kompetenti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-lokalità fejn l-impjegat lokali jwettaq dmirijietu.

    TITOLU VI

    IMPJEGATI LI JAQDU DMIRIJIETHOM BARRA PAJJIŻHOM

    Artikolu 73

    Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-impjegati li jaqdu dmirijiethom barra pajjiżhom għandhom ikunu koperti mir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    TITOLU VII

    REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-PERSUNAL LI HUWA TRASFERIT TEMPORANJAMENT GĦAĊ-ĊENTRU

    Artikolu 74

    Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-persuni minn organizzazzjonijiet jew intrapriżi, li huma trasferiti temporanjament fis-CDE fl-ambitu ta’ ftehimiet ta’ koperazzjoni u ta’ skambji speċjali, għandhom ikunu koperti mir-regoli interni adottati mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tad-Direttur.

    TITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 75

    Dawn ir-Regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien tad-Deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi AKP-KE li japprovawhom.

    Artikolu 76

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussel, nhar is-27 ta' Settembru 2006.

    Għall-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi

    Il-President

    René MAKONGO


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4).


    ANNESS I

    ĊENTRU TEKNIKU TA’ KOPERAZZJONI AGRIKOLA U RURALI (CDE)

    KUNTRATT (*) MAGĦMUL MA’:

     

    Sinjura/Sinjur

     

    Imwieled(a) f’

     

    Ta’ nazzjonalità

     

    Li għandu/ha l-karta ta’l-identità Nru

     

    Maħruġa f’

    Skond l-informazzjoni li int tajt waqt il-preżentazzjoni tal-kandidatura tiegħek u wara l-proċedura ta’ reklutaġġ ibbażata fuq kompetizzjoni, iċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CDE), ippreżentat mid-Direttur tiegħu, …, bis-saħħa ta’l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru …tal-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi AKP-KE li jiffissa r-Regolamenti applikabbli għall-persunal taċ-Ċentru, iddeċieda li jingaġġak bħala impjegat taċ-Ċentru.

    Il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg tiegħek huma dawn li ġejjin.

    1.

    TUL TA’ ŻMIEN

    Dan il-kuntratt għandu jidħol fis-seħħ fi … għal tul ta’ żmien indefinit fl-ambitu ta’ l-Anness III tal-Ftehim ta’ Kotonù.

    2.

    PERJODU TA’ PROVA

    L-ewwel sitt xhur ta’ ingaġġ huma kkunsidrati bħala perjodu ta’ prova. Matul dan il-perjodu, kull parti tista’ ttemm dan il-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata u mingħajr avviż minn qabel. Dan il-perjodu ta’ prova mhux applikabbli ħlief għall-ewwel ingaġġ.

    3.

    LOKALITÀ

    Il-lokalità ta’ assenjazzjoni hi attwalment … Għaldaqstant, int tista’ tkun assenjat(a) f’lokalità oħra fl-interess purament taċ-Ċentru.

    4.

    KLASSIFIKAZZJONI

    Kategorija:

    Grad:

    Skala:

    Inti taqbel li tkun assenjat(a) mid-Direttur, kull darba li dan ta’ l-aħħar jikkunsidra meħtieġ skond il-ħtiġijiet taċ-Ċentru, f’kariġa li teżiġi t-twettiq tad-dmirjiet fil-livell tal-kategorija u l-grad tiegħek u li jista’ jwassal għal tibdil fi dmirijietek.

    5.

    TUL TA’ ĦIN TAX-XOGĦOL MATUL IL-ĠIMGĦA

    It-tul ta’ ħin tax-xogħol matul il-ġimgħa hu ta’ seba’ u tletin siegħa u nofs.

    6.

    TMIEM TAD-DMIRIJIET WARA PERJODU TA’ AVVIŻ TA’ RIŻENJA

    B’konformità ma’ l-Artikolu 34 ta’ dawn ir-Regolamenti applikabbli għall-persunal taċ-Ċentru, kull parti tista’ ttemm dan il-kuntratt permezz ta’ ittra rreġistrata.

    7.

    REGOLAMENTI APPLIKABBLI GĦALL-PERSUNAL

    Iż-żewġ partijiet jagħrfu li huma marbutin bli ġej:

    (a)

    l-Istatuti u r-Regoli ta’ Proċedura taċ-Ċentru, ir-Regolamenti applikabbli għall-persunal taċ-Ċentru u l-Ftehim tal-Kwartier Ġenerali;

    (b)

    ir-regoli interni kollha maħruġa miċ-Ċentru b’konformità mar-Regolamenti msemmija hawn fuq li int tiddikjara l-għarfien tagħhom, l-emendi eventwali magħmula lil dawn ir-Regolamenti ma jistgħux ikunu evokati kontrik ħlief jekk ikunu ġew innotifikati lilek;

    (c)

    il-kondizzjonijiet individwali eventwali ffissati miċ-Ċentru għalik, b’konformità ma’ l-Artikolu 1(5), tar-Regolamenti msemmija hawn fuq.

    Mad-dħul fis-servizz int tirrinunzja b’mod espliċitu l-vantaġġi previsti mir-Regolamenti msemmija hawn fuq li diġà int stajt akkwistajt permezz ta’ kuntratt preċedenti konkluż maċ-Ċentru.

    Is-snin ta’ servizz permezz ta’ ingaġġ preċedenti bħala impjegat taċ-Ċentru jingħataw konsiderazzjoni fl-ambitu ta’ dan il-kuntratt.

    8.

    TILWIM

    Tilwim eventwali bejnek u ċ-Ċentru għandu jkun solvut permezz ta’ konċiljazzjoni jew imressaq quddiem it-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’konformità ma’ l-Artikolu 67 ta’ dawn ir-Regolamenti applikabbli għall-persunal.

    It-tilwim ma jistax jiġi riżolt b'xi mod ieħor.

    9.

    DIKJARAZZJONIJIET

    L-Anness A (dikjarazzjoni amministrattiva) u l-Anness B (dikjarazzjoni dwar il-familja) jagħmlu parti integrali minn dan il-kuntratt.

    Brussell,

    Għaċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali

    Id-Direttur

    Għad-Direttur taċ-Ċentru;

    Naċċetta b’mod formali dan il-kuntratt u l-kondizzjonijiet stipulati fih.

    Irċevejt u ħadt tan-nota ta' l-Istatuti u r-Regoli ta' Proċedura taċ-Ċentru, ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru u r-regoli interni taċ-Ċentru.

    Naċċetta li nosserva r-regoli stabbiliti mir-Regolamenti applikabbli għall-persunal dwar il-ftehim għat-tilwim li jista’ jkolli maċ-Ċentru u nirrinunzja b’mod espliċitu kull forma oħra ta’ ftehim, fosthom l-appell lil kull entità ġudizzjarja oħra.

    Data:

    Firma ta’ l-impjegat


    (*)  Il-kuntratt tipiku għandu jkun adottat għall-kuntratti ta’ tul ta’ żmien definit u ta’ tul ta’ żmien qasir indikati fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti sabiex ikunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet applikabbli għal dawn it-tipi ta’ kuntratti u biex jippermettu li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet individwali waqt il-konklużjoni tal-kunratt

    ANNESS A TA’ L-ANNESS I

    DIKJARAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Kunjom:

    Isem/Ismijiet:

    Data ta’ twelid:

    Sitwazzjoni familjari:

    Data tal-kuntratt:

    Data li fiha l-kuntratt jidħol fis-seħħ:

    Tul ta’ żmien tal-kuntratt:

    Lokalità ta’ oriġini:

    Reżidenza għal finijiet ta’ xogħol:

    Kategorija, grad u skala:

    Salarju bażiku fix-xahar:

    Klawsoli speċjali:

    Firma ta’ l-impjegat

    Id-Direttur

    ANNESS B TA’ L-ANNESS I

    DIKJARAZZJONI DWAR IL-FAMILJA

    Kunjom:

    Isem/Ismijiet:

    Lokalità u data ta’ twelid:

    PERSUNI DIPENDENTI

    Isem/ismijiet:

    Lokalità u data ta’ twelid:

    Parentela:

    Stat ċivili:

    Ta’ nazzjonalità

    L-iffirmat/a hawn taħt j/tiċċertifika li l-informazzjoni mogħtija hawn taħt hi korretta

    Firma ta’ l-impjegat

    Id-Direttur

    Data


    ANNESS II

    TABELLA TAL-GROSS BAŻIKU FIX-XAHAR TAS-SALARJI (F’EURO)

    Valida mill-1 ta’ Jannar 2003 (indiċi ta’ Ġunju 2003)

    Kategorija

    Grad

    Kariga bażika

    direttur

     

     

     

    1

    2

    3

    4

    5

     

    1.

    Id-Direttur

    1.A

    Id-Direttur

    12 899,93

     

     

     

     

     

    2.

    Amministrattiv

    2.A

    Espert prinċipali

    9 180,47

    9 732,92

    10 281,99

     

     

     

    2.B

    Espert prinċipali

    7 345,74

    7 785,67

    8 263,10

    8 740,52

    9 255,49

     

    2.C

    Espert

    6 424,96

    6 830,79

    7 233,20

    7 639,03

    8 085,13

     

    2.D

    Espert

    5 143,70

    5 453,04

    5 783,82

    6 131,11

    6 500,99

     

    3.

    Klerikali

    3.A

    Assistent Prinċipal

    4 296,95

    4 533,61

    4 811,90

    5 122,23

    5 435,98

     

    3.B

    Assistent klerikali

    3 304,56

    3 505,82

    3 710,38

    3 928,65

    4 150,31

     

    3.C

    Segretarju

    2 387,19

    2 533,84

    2 680,48

    2 827,12

    3 011,27

     

    4.

    Impjegat awżiljariju

    4.A

    Impjegat tekniku

    1 947,27

    2 056,39

    2 165,54

    2 278,06

    2 424,71

     

    Bl-eċċezzjoni ta’ l-grad 1.A, in-numru ta’ l-impjegati fl-iskala superjuri ta’ kull grad ma għandux jaqbeż il-25 % tan-numru ta’ karigi statutorji f’dan il-grad.


    ANNESS III

    KLAWSOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAT-TAXXI STABBILITI

    GĦALL-BENEFIĊĊJU TAĊ-ĊENTRU

    1.

    Dawn li ġejjin għandhom iħallsu t-taxxa għall-benefiċċju taċ-Ċentru msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal: the Director and the staff of the Centre, excluding local staff.

    It-taxxa għandha tiħallas kull xahar, skond is-salarji u emolumenti ta’ kull tip imħallsa miċ-Ċentru lil kull persuna suġġetta għat-taxxa.

    Għaldaqstant huma esklużi mill-ammont tat-taxxa bażika, somom ta’ flus u rikumpensi, kemm jekk somma waħda jew le, li jirrappreżentaw il-kumpens tal-ħlasijiet involuti minħabba twettiq ta’ dmirijiet.

    2.

    Is-sussidji familjari u l-benefiċċji soċjali għandhom ikunu mnaqqsa mill-ammont tat-taxxa bażika.

    3.

    Tnaqqis ta’ 10 % għall-ispejjeż professjonali u persunali għandu jingħata fuq l-ammont ottenut wara l-applikazzjoni tal-punti 1 u 2.

    Għal kull tifel/tifla jew persuna dipendenti fuq il-persuna suġġetta għat-taxxa, għandu jingħata tnaqqis addizzjonali ekwivalenti għad-doppju ta’ l-ammont ta’ sussidju għat-tifel/tifla dipendenti mogħti lill-persuna suġġetta għat-taxxa.

    Għall-kalkolu ta’ l-ammont tat-taxxa bażika, tnaqqis addizzjonali ta’ 16 % għandu jingħata fuq il-gross tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat espatrijat; it-tnaqqis minimu skond din id-dispożizzjoni ma jistax ikun inferjuri għal 200 euro.

    L-ammonti kollha mogħtija lil persuna taxxabbli skond il-leġiżlazzjoni soċjali li għalija hu sottomess huma mnaqqsa mill-ammont tat-taxxa bażika, b’konformità ma’ l-Artikoli 60 u 63 u mar-regoli interni korrispondenti.

    4.

    It-taxxa għandha tkun ikkalkulata fuq l-ammont taxxabbli ottenut bl-implimentazzjoni tal-punt 3 filwaqt li ma jkunx ikkusidrat kull ammont li ma jaqbiżx l-104 euro u billi tkun implimentat ir-rata ta’:

    0 % għall-ammonti ta’ inqas minn

    EUR 104

     

     

    8 % għall-ammonti bejn

    EUR 105

    u

    1 605

    10 % għall-ammonti bejn

    EUR 1 606

    u

    2 212

    12,5 % għall-ammonti bejn

    EUR 2 213

    u

    2 536

    15 % għall-ammonti bejn

    EUR 2 537

    u

    2 880

    17,5 % għall-ammonti bejn

    EUR 2 881

    u

    3 478

    20 % għall-ammonti bejn

    EUR 3 479

    u

    3 515

    22,5 % għall-ammonti bejn

    EUR 3 516

    u

    3 840

    25 % għall-ammonti bejn

    EUR 3 841

    u

    4 152

    27,5 % għall-ammonti bejn

    EUR 4 153

    u

    4 475

    30 % għall-ammonti bejn

    EUR 4 476

    u

    4 789

    32,5 % għall-ammonti bejn

    EUR 4 790

    u

    5 113

    35 % għall-ammonti bejn

    EUR 5 114

    u

    5 424

    40 % għall-ammonti bejn

    EUR 5 425

    u

    5 748

    45 % għall-ammont ta’ aktar minn

    EUR 5 749 .

     

     

    L-ammont tat-taxxa għandu jittella' jew jitniżżel għall-eqreb unit.

    L-ammonti ta’ taxxi indikati hawn fuq huma dawk implimentati fl-1 ta’ Lulju 2003.

    5.

    Permezz ta’ deroga għall-punti 3 u 4, l-ammonti mħallsa bħala kumpens tas-sigħat ta’ sahra għandhom ikunu assessjati għall-finijiet tat-taxxa bir-rata li, għax-xahar ta’ qabel il-pagament, kienet implimentata għall-ogħla ammont taxxabbli tar-remunerazzjoni ta’ l-impjegat.

    Il-pagamenti magħmulin minħabba t-tmiem tas-servizz huma imposti, wara l-implimentazzjoni tat-tnaqqis indikati fl-ewwel tliet inċiżi tal-punt 3, b’rata ugwali għaż-żewġ terzi tal-proporzjon eżistenti fiż-żmien li fih isir l-aħħar pagament ta’ l-aħħar salarju, bejn:

    l-ammont tat-taxxa li trid titħallas,

    u

    l-ammont bażiku tat-taxxa kif inhu definit fil-punti 1, 2 u 3.

    6.

    Meta l-pagament taxxabbli jkopri perjodu ta’ inqas minn xahar, ir-rata tat-taxxa hi dik li hi implimentata għall-pagament ekwivalenti għal xahar.

    Meta l-pagament taxxabbli ikopri perjodu ta’ aktar minn xahar, it-taxxa għandha tkun ikkalkulata bħallikieku dan il-pagament kien imqassam b’mod regolari fuq ix-xhur li hu jkopri.

    Il-pagamenti korrettivi li ma jkoprux ix-xahar li fih huma mħallsa għandhom ikunu suġġetti għat-taxxa li kien ikollhom iħallsu li kieku kienu magħmula fid-dati proprji tagħhom.

    7.

    Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar kull dispożizzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet previsti f’dan l-Anness.

    Id-Direttur taċ-Ċentru għandu jassigura l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    Fejn hemm bżonn, hu għandu jagħmel analoġija għar-regolamenti implimentati fil-każ ta’ funzjonarji tal-Komunitajiet Ewropej, u notevolment għar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li tiffissa l-kondizzjonijiet u l-proċedura ta’ implimentazzjoni tat-taxxa stabbilita għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (1).


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1750/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 15).


    ANNESS IV

    KONĊILJAZZJONI

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    Il-ftehim dwar tilwim bejn l-impjegati taċ-Ċentru, id-Direttur fuq naħa, u ċ-Ċentru fuq in-naħa l-oħra, jista’ jsir permezz ta’ konċiljazzjoni b’konformità ma’ dawn ir-regoli ta’ proċedura.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, ħlief jekk il-kuntest jeħtieġ interpretazzjoni differenti, wieħed għandu jifhem:

    Stat AKP: Stat li jappartieni għall-grupp ta’ l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku firmatarji tal-Ftehim ta’ Kotonù;

    Stat Membru: Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea;

    It-Tribunal: it-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

    Il-Ftehim: il-Ftehim ta’ Partenarjat AKP-KE ta’ Kotonù;

    Il-Kunsill tal-Ministri: il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE indikat fil-Ftehim ta’ Kotonù;

    Il-Kumitat: il-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi AKP-KE;

    Il-Kunsill Amministrattiv: il-Kunsill Amministrattiv taċ-Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali;

    Iċ-Ċentru: iċ-Ċentru Tekniku ta’ Koperazzjoni Agrikola u Rurali;

    Ir-Regolamenti tal-Persunal: ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali taħt il-Ftehim ta' Kotonù;

    Min qed jagħmel it-talba: il-parti li tibda l-proċedura ta’ konċiljazzjoni, billi tinnotifika lill-parti l-oħra bit-talba ta’ konċiljazzjoni u bir-rikjesti tiegħu;

    Il-Konvenut: il-parti tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni li kontra tagħha r-rikjesti huma magħmula;

    Il-Parti: fl-ambitu ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni, min qed jagħmel it-talba jew il-konvenut f’din il-proċedura.

    Artikolu 3

    Notifika u komputazzjoni tat-tul ta’ żmien

    1.   Kull notifika prevista minn dan ir-Regolament ta’ proċedura għandha ssir permezz ta’ ittra rreġistrata jew bit-twassil fiżiku, akkumpanjata f’kull każ b’talba għal dikjarazzjoni ffirmata li turi d-data ta’ meta tasal l-ittra. In-notifika tkun meqjusa li waslet fil-ġurnata fejn in-notifika tkun imwassla b’dan il-mod. Kull nuqqas attribwit lid-destinatarju jew kull rifjut ta’ ffirmar ta’ ittra rreġistrata għandha titqies bħala notifika.

    2.   Għall-komputazzjoni tat-tul ta’ żmien skond dan ir-Regolament ta’ proċedura, it-tul ta’ żmien in kwistjoni jibda jgħodd mill-għada tal-ġurnata li fiha n-notifika, il-komunikazzjoni jew il-proposta titwassal fid-destinazzjoni tagħha. Jekk l-aħħar ġurnata tat-tul ta’ żmien tkun ġurnata ta’ festa pubblika jew li fiha ma jsirx xogħol fl-indirizz imsemmi fl-imsejħa notifika, komunikazzjoni jew proposta, it-tul ta’ żmien jittawwal sa l-ewwel ġurnata ta’ xogħol li jmiss. Il-ġranet ta’ festi pubbliċi u li fihom ma jsirx xogħol li jaħbtu matul it-tul ta’ żmien jingħaddu xorta waħda.

    Artikolu 4

    Konċiljazzjoni

    1.   F’kull mument qabel rikors quddiem it-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, kull persuna li għandha d-dritt li titlob dan il-ftehim għat-tilwima tista’ titolbu permezz ta’ konċiljazzjoni b’konformità ma’ dawn ir-regoli ta’ proċedura.

    2.   Jekk it-tilwima tkun bejn id-Direttur jew iċ-Ċentru, min jagħmel it-talba għandhu jindirizza lill-Kumitat it-talba għan-nomina ta’ konċiljatur.

    In-nomina għandha tkun magħmula mill-Kumitat f’tul ta’ żmien massimu ta’ sittin ġurnata wara l-wasla tat-talba.

    3.   Jekk it-tilwima tkun bejn impjegat jew/u ċ-Ċentru, min jagħmel it-talba għandhu jindirizza lill-Kunsill Amministrattiv it-talba għan-nomina ta’ konċiljatur. In-nomina għandha ssir f’tul ta’ żmien massimu ta’ ħamsa u erbgħin ġurnata.

    4.   Ħadd ma jista’ jkun innominat konċiljatur, jekk ma jkollux in-nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati firmatarji tal-Ftehim.

    5.   Fi żmien tletin ġurnata li jibda jingħadd mal-wasla tan-notifika għan-nominazzjoni tal-konċiljatur, il-parti li titlob il-konċiljazzjoni tinnotifika t-talba tagħha lill-parti l-oħra u lill-konċiljatur.

    It-talba tikkonsisti f’dikjarazzjoni dwar il-każ magħmula minn dak li jkun qed jitlob konċiljazzjoni, akkumpanjata b’kopji ta’ karti u dokumenti rilevanti.

    6.   Fi żmien tletin ġurnata li jibda jingħadd mal-wasla tan-notifika tat-talba, il-parti l-oħra għandha tippreżenta lill-konċiljatur u lil min qed jagħmel it-talba tweġiba għad-dikjarazzjoni dwar il-każ.

    7.   L-azzjonijiet tal-konċiljatur għandhom ikunu informali u malajr kemm jista’ jkun biex jippermettu ftehim ġust u oġġettiv għat-tilwima u jkunu fondati fuq smigħ ġust tal-partijiet kollha. Kull parti tista’ tkun irrappreżentata jew assistita minn mandatarju li jidher f’isimha.

    8.   Wara li jkun eżamina l-kwistjoni, il-konċiljatur jippreżenta l-klawsoli tal-ftehim lill-partijiet.

    9.   Jekk jintlaħaq ftehim, il-konċiljatur jistabbilixxi u jiffirma proċess verbali tal-ftehim. Dan il-proċess verbali għandu jkun iffirmat mill-partijiet kollha, biex b’hekk juru li hu aċċettat minnhom. Il-proċess verbali tal-ftehim iffirmet b’ dan il-mod jorbot lill-partijiet.

    10.   Kopji tal-proċess verbali tal-ftehim iffirmat b’dan il-mod huma mogħtija lill-partijiet.

    11.   Jekk l-ebda ftehim ma jseħħ sa erba’ xhur li jibdew min-nomina tal-konċiljatur, il-partijiet huma fil-libertà li jissottomettu t-tilwima quddiem it-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. F’dan il-każ, xejn minn dak li ġara waqt il-proċedura quddiem il-konċiljatur ma jaffettwa b’kwalunkwe mod id-drittijiet ta’ kull waħda mill-partijiet quddiem it-Tribunal.

    12.   Jekk il-proċedura ta’ konċiljazzjoni tfalli, il-kwistjoni tista’ titressaq quddiem it-Tribunal Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol f’mhux aktar tard minn tliet xhur.


    ANNESS V

    FORMAZZJONI U L-KLAWSOLI TAT-TĦADDIM TA’ L-ENTITAJIET PREVISTI FL-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENTI APPLIKABBLI GĦALL-PERSUNAL

    TAQSIMA 1

    Kumitat tal-Persunal

    Il-Kumitat tal-Persunal hu fformat minn membri li t-tul ta’ żmien tal-mandat tagħhom hu ffissat għal tliet snin. Kull impjegat għandu d-dritt li jivvota u li jippreżenta l-kandidatura tagħhom fl-elezzjoni, li għandha sseħħ b’vot sigriet.

    Il-kondizzjonijiet ta’ l-elezzjoni tal-Kumitat tal-Persunal u l-klawsoli tat-tħaddim tiegħu huma ffissati mill-Assemblea Ġenerali ta’ l-impjegati skond ir-Regoli ta’ Proċedura ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Persunal.

    Il-formazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għandha tkun tali mod li hi tassigura r-rappreżentanza ta’ kull kategorija indikata fl-Artikolu 7 u għandha tirrifletti kemm jista’ jkun possibbli l-karattru konġunt ta’ l-AKP-UE taċ-Ċentru.

    Il-validità ta’ l-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal hi valida jekk ikun hemm parteċipazzjoni ta’ żewġ terzi ta’ l-eletturi. Għaldaqstant, meta l-kworum ma jintlaħaqx, il-validità, wara t-tieni vot għandha tkun tiswa fil-każ li jkun hemm parteċipazzjoni tal-maġġoranza ta’ l-eletturi.

    Id-dmirjiet imwettqa mill-membri tal-Kumitat tal-Persunal u mill-impjegati nnominati mill-Kumitat tal-Persunal f’entità mwaqqfa skond ir-Regolamenti applikabbli għall-Persunal jew miċ-Ċentru huma kkunsidrati bħala partijiet mis-servizzi li huma mistennija li jassiguraw. Il-persuna kkonċernata ma tistax tbati preġudizzji minħabba l-qadi ta’ dawn id-dmirijiet.

    TAQSIMA 2

    Kumitat ta’ Reklutaġġ/Promozzjoni,

    Id-Direttur jinnomina Kumitat ta’ reklutaġġ/promozzjoni għal kull kariga vakanti jew promozzjoni prevista mill-baġit.

    Il-Kumitat tal-Persunal hu rrappreżentat fih bħala osservatur.

    Il-formazzjoni u l-klawsoli ta’ tħaddim tal-Kumitat ta’ Reklutaġġ/Promozzjoni huma ffissati fir-regoli interni.


    Top