EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006A1016(01)

Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea - Pielikumi - Annessi - Deklarācijas

ĠU L 285, 16.10.2006, p. 3–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/682/oj

Related Council decision
Related Council Act

22006A1016(01)

Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea - Pielikumi - Annessi

Official Journal L 285 , 16/10/2006 P. 0003 - 0046


Ftehim multilaterali

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo [1] dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn 'il quddiem imsejħa "Stati Membri tal-KE", u

Il-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Komunità", jew "il-Komunità Ewropea", u

R-REPUBBLIKA TA' L-ALBANIJA,

IL-BOSNJA U ĦERZEGOVINA,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-MONTENEGRO,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA, u

L-MISSJONI TA' AMMINISTRAZZJONI TEMPORANJA TAN-NAZZJONIJIET UNITI FIL-KOSOVO,

minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Partijiet Kontraenti",

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU n-natura integrata ta' l-avjazzjoni ċivili internazzjonali u filwaqt li jixtiequ joħolqu Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) bbażata fuq l-aċċess reċiproku tas-suq għas-swieq tat-trasport bl-ajru tal-Partijiet Kontraenti u l-libertà ta' stabbiliment, b'kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni, u l-osservanza ta' l-istess regoli – inkluż fl-oqsma tas-sikurezza, s-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, l-armonizzazzjoni soċjali u l-ambjent;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li r-regoli li jikkonċernaw l-ECAA għandhom japplikaw fuq bażi multilaterali fi ħdan l-ECAA u li, għalhekk, jeħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi f'dan ir-rigward;

FILWAQT LI JAQBLU li huwa xieraq li dawn ir-regoli ta' l-ECAA ikunu bbażati fuq il-leġislazzjoni rilevanti li hija fis-seħħ fi ħdan il-Komunità Ewropea, kif stabbilit fl-Anness I għal dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għal dawk li jinsabu fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li konformità sħiħa mar-regoli ta' l-ECAA tagħti d-dritt lill-Partijiet Kontraenti li jgawdu mill-benefiċċji ta' l-ECAA, inkluż l-aċċess għas-suq;

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM li konformità mar-regoli ta' l-ECAA, inkluż aċċess sħiħ għas-suq, ma tistax tinkiseb fi stadju wieħed, iżda pjuttost permezz ta' transizzjoni li tiġi ffaċilitata b'arranġamenti speċifiċi ta' tul limitat;

FILWAQT LI JISĦQU li, soġġett għal arranġamenti transitorji fejn meħtieġ, ir-regoli li jikkonċernaw l-aċċess għas-suq ta' trasportaturi ta' l-ajru għandhom jeskludu limitazzjonijiet dwar frekwenzi, kapaċità, rotot ta' l-ajru, tip ta' ajruplan jew restrizzjonijiet simili taħt ftehim bilaterali tat-trasport bl-ajru, u li trasportaturi ta' l-ajru m'għandhomx ikunu meħtieġa li jidħlu fi ftehim kummerċjali jew arranġamenti simili bħala kondizzjoni għall-aċċess għas-suq;

FILWAQT LI JISĦQU li t-trasportaturi ta' l-ajru għandhom jiġu ttrattati b'mod li ma jkunx diskriminatorju fir-rigward ta' l-aċċess tagħhom għall-infrastrutturi tat-trasport bl-ajru b'mod partikolari fejn dawn l-infrastrutturi huma limitati;

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM li fil-prinċipju l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u ċerti Partijiet Kontraenti oħra jipprovdu li, bil-ħsieb li jiġu żgurati żvilupp koordinat u liberalizzazzjoni progressiva tat-trasport bejn il-Partijiet għal dawk il-Ftehim kif adattati għall-ħtiġijiet kummerċjali reċiproċi, il-kondizzjonijiet ta' aċċess reċiproku għas-suq tat-trasport bl-ajru għandhom jiġu ttrattati permezz ta' ftehim speċjali;

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM ix-xewqa ta' kull waħda mill-Partijiet Assoċjati li tagħmel il-liġijiet tagħha dwar it-trasport bl-ajru u dwar kwistjonijiet relatati kompatibbli ma' dawk tal-Komunità Ewropea, inkluż fir-rigward ta' żviluppi leġislattivi tal-futur fi ħdan il-Komunità;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza ta' l-assistenza teknika f'din il-perspettiva;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li r-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Istati Membri tal-KE u n-Norveġja u l-Islanda għandhom ikomplu jiġu rregolati mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

FILWAQT LI JIXTIEQU jagħtu lok għal tkabbir sussegwenti taż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea;

FILWAQT LI JERĠGĦU JIFTAKRU fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea u l-Partijiet Assoċjati bil-ħsieb li jikkonkludu Ftehim dwar Ċerti Aspetti ta' Servizzi bl-Ajru li għandhom iwasslu biex ftehim bilaterali dwar servizz bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-KE u l-Partijiet Assoċjati jsiru konformi mad-dritt tal-Komunità Ewropea;

QABLU KIF ĠEJ:

OBJETTIVI U PRINĊIPJI

Artikolu 1

1. L-għan ta' dan il-Ftehim huwa l-ħolqien ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-ECAA. L-ECAA għandha tkun ibbażata fuq aċċess ħieles tas-suq, libertà ta' stabbiliment, kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni, u regoli komuni inkluż fl-oqsma tas-sikurezza, s-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru, fl-oqsma soċjali u ambjentali. Għal dan il-fini dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli applikabbli bejn il-Partijiet Kontraenti taħt il-kondizzjonijiet imsemmija aktar 'il quddiem. Dawn ir-regoli jinkludu d-disposizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni speċifikata fl-Anness I.

2. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw sal-punt li jikkonċerna t-trasport bl-ajru jew xi kwistjoni relatata msemmija fl-Anness I.

3. Dan il-Ftehim jikkonsisti f'Artikoli, li jittrattaw il-funzjonament ġenerali ta' l-ECAA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Prinċipali", f' Annessi, li fosthom l-Anness I fih il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea applikabbli bejn il-Partijiet Kontraenti fil-qafas tal-Ftehim Prinċipali, u fi Protokolli, li fosthom hemm mill-inqas wieħed għal kull Parti Assoċjata li jistabbilixxi l-arranġamenti transitorji li japplikaw għaliha.

Artikolu 2

1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) it-terminu "Ftehim" ifisser il-Ftehim Prinċipali, l-Annessi tiegħu, l-atti msemmija fl-Anness I kif ukoll il-Protokolli tiegħu;

(b) it-terminu "Parti Assoċjata" jfisser ir-Repubblika ta' l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, jew kwalunkwe Stat jew entità oħra li jkunu saru parti minn dan il-Ftehim skond l-Artikolu 32;

(ċ) "Parti Assoċjata addizzjonali" jew "l-UNMIK" li tfisser il-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999;

(d) it-terminu "Parti Kontraenti" jfisser, fir-rigward tal-Komunità u l-Istati Membri tal-KE, il-Komunità u l-Istati Membri tal-KE, jew il-Komunità, jew l-Istati Membri tal-KE. It-tifsira li għandha tingħata lil din l-espressjoni f'kull każ għandha tiġi mis-sens tad-disposizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim u mill-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u l-Istati Membri tal-KE kif isegwu mit-Trattat KE;

(e) it-terminu "Imsieħeb ta' l-ECAA" ifisser Parti Assoċjata, in-Norveġja jew l-Islanda;

(f) it-terminu "Trattat tal-KE" jfisser it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

(g) it-terminu "Ftehim taż-ŻEE" jfisser il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli u l-Annessi tiegħu ffirmat fit-2 ta' Mejju 1992 u li tiegħu l-Komunità Ewropea, l-Istati Membri tagħha, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja huma parti;

(h) it-terminu "Ftehim ta' Assoċjazzjoni" jfisser kull wieħed mill-Ftehim li jistabbilixxu assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, jew bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Parti Assoċjata rispettiva, min-naħa l-oħra;

(i) it-terminu "Trasportatur ta' l-ajru ta' l-ECAA" jfisser trasportatur ta' l-ajru, li huwa liċenzjat kif previst f'dan il-Ftehim skond id-disposizzjonijiet ta' l-atti rilevanti speċifikati fl-Anness I;

(j) it-terminu "Awtorità Kompetenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili" jfisser aġenzija jew entità governattiva li teżerċita dritt legali biex tevalwa l-konformità ta', tiċċertifika u tissorvelja l-użu jew bejgħ ta' prodotti jew servizzi jew liċenzji li jkunu parti mill-ġurisdizzjoni ta' Parti Kontraenti u tista' tieħu azzjoni ta' infurzar tal-liġi biex tiżgura li l-prodotti jew servizzi li jiġu kkummerċjalizzati fil-ġurisdizzjoni tagħha jkunu konformi ma' ħtiġiet legali;

(k) it-terminu "Konvenzjoni" jfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, miftuħa għall-firma f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, u l-emendi u l-Annessi tagħha;

(l) it-terminu "SESAR" ifisser l-implimentazzjoni teknika ta' l-Ajru Uniku Ewropew li jipprovdi riċerka, żvilupp u użu koordinat u sinkronizzat ta' tipi ġodda ta' sistemi ta' l-ATM;

(m) it-terminu "Pjan ta' Tmexxija ta' l-ATM" (Pjan ta' Tmexxija tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru) ifisser il-punt inizjali ta' SESAR;

(n) it-terminu "Stat Membru tal-KE" jfisser Stat Membru tal-Komunità Ewropea.

2. L-użu tat-termini "pajjiż", "ċittadin", "ċittadini" jew "territorju" għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' kull waħda mill-Partijiet Kontraenti taħt id-dritt internazzjonali.

Artikolu 3

Id-disposizzjonijiet applikabbli ta' l-Atti msemmija jew li jinsabu jew fl-Anness I, adattati skond l-Anness II, jew fid-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti u jkunu, jew isiru, parti mill-ordinament legali intern tagħhom kif ġej:

(a) att li jikkorrispondi għal Regolament tal-Komunita' Ewropea għandu jsir parti mill-ordinament legali intern tal-Partijiet Kontraenti;

(b) att li jikkorrispondi għal Direttiva tal-Komunita' Ewropea għandu jħalli lill-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti jagħżlu l-forma u l-metodu ta' implimentazzjoni.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm ġenerali kif ukoll partikolari, biex jiżguraw it-twettiq ta' l-obbligi li joħorġu minn dan il-Ftehim u għandhom jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista' tipperikola t-twettiq ta' l-objettivi ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jaffettwaw ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE.

NON-DISKRIMINAZZJONI

Artikolu 6

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, u mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni speċjali li hemm fih, għandha tkun ipprojbita kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza.

DRITT TA' STABBILIMENT

Artikolu 7

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni u l-kondizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-atti rilevanti speċifikati fl-Anness I, m'għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-libertà ta' stabbiliment ta' ċittadini ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Msieħeb ta' l-ECAA fit-territorju ta' xi wieħed minnhom. Il-libertà ta' stabbiliment għandha tinkludi d-dritt li persuni jibdew u jmexxu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u li jistabbilixxu u jamministraw impriżi, b'mod partikolari kumpanniji jew ditti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-pajjiż għaċ-ċittadini tiegħu stess, fejn ikun effettwat tali stabbiliment. Dan għandu japplika wkoll għall-istabbiliment ta' aġenziji, fergħat jew sussidjarji minn ċittadini ta' kwalunkwe Stat Membru tal-KE jew Imsieħeb ta' l-ECAA stabbiliti fit-territorju ta' xi wieħed minnhom.

Artikolu 8

1. Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-atti rilevanti speċifikati fl-Anness I, kumpanniji jew ditti kostitwiti jew organizzati skond il-liġi ta' Stat Membru tal-KE jew ta' Msieħeb ta' l-ECAA u li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi ħdan l-ECAA għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal persuni fiżiċi li jkunu ċittadini ta' Stati Membri tal-KE jew Imsieħba ta' l-ECAA.

2. It-termini "kumpanniji jew ditti" jfissru kumpanniji jew ditti kostitwiti taħt liġi ċivili jew kummerċjali, inkluż għaqdiet kooperattivi, u persuni ġuridiċi oħrajn regolati minn dritt pubbliku jew privat, ħlief dawk li ma jagħmlux qligħ.

Artikolu 9

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 8 m'għandhomx japplikaw għal attivitajiet li, fit-territorju ta' kwalunkwe Parti Kontraenti, ikunu marbuta, anki okkażjonalment, mat-tħaddim ta' l-awtorità uffiċjali.

2. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri meħudin għat-twettiq tagħhom m'għandhomx jippreġudikaw l-applikabilità tad-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva tal-Partijiet Kontraenti rigward id-dħul, ir-residenza u l-impjieg jew li jipprovdu trattament speċjali għal ċittadini barranin għal raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

Artikolu 10

1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar favorevoli fi ftehim eżistenti u fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jabolixxu restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri li għandhom effett ekwivalenti, fuq it-trasferiment ta' tagħmir, provvisti, partijiet ta' makkinarju, u strumenti oħrajn meta dawn ikunu meħtieġa biex trasportatur ta' l-ajru ta' l-ECAA jkompli jipprovdi servizzi ta' trasport bl-ajru taħt il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-Ftehim.

2. L-obbligu msemmi f' Paragrafu 1 m'għandux iżomm lill-Partijiet Kontraenti milli jipprojbixxu jew jimponu restrizzjonijiet fuq dawk it-trasferimenti li jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika; i ta'ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti; jew tal-ħarsien ta' proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali. Madankollu tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

SIKUREZZA TA' L-AVJAZZJONI

Artikolu 11

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi xierqa biex jiġi żgurat li inġenji ta' l-ajru li jkunu reġistrati f'waħda mill-Partijiet Kontraenti, meta jinżlu f'ajruporti f'Parti Kontraenti oħra jkunu konformi ma' l-istandards ta' sikurezza internazzjonali stabbiliti skond il-Konvenzjoni u jkunu soġġetti għal spezzjonijiet tar-rampa mir-rappreżentanti awtorizzati ta' dik il-Parti Kontraenti l-oħra, li jsiru abbord u madwar l-inġenju ta' l-ajru biex jiġu verifikati kemm il-validità tad-dokumenti ta' l-inġenju ta' l-ajru u dawk ta' l-ekwipaġġ tiegħu kif ukoll il-kondizzjoni evidenti ta' l-inġenju ta' l-ajru u tat-tagħmir tiegħu.

2. Parti Kontraenti tista' titlob għal konsultazzjonijiet f'kull ħin dwar l-istandards ta' sikurezza applikati minn Parti Kontraenti oħra f'oqsma li m'humiex dawk li jaqgħu taħt l-atti msemmija fl-Anness I.

3. M'hemm xejn f'dan il-Ftehim li jista' jiġi interpretat li jillimita l-awtorità ta' xi Awtorità Kompetenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili milli tieħu l-miżuri xierqa u immedjati kollha kull meta jidhrilha li prodott jew servizz jista':

(i) jonqos milli jissodisfa l-istandards minimi li jistgħu jkunu stabbiliti skond il-Konvenzjoni, jew

(ii) ikun il-kawża ta' tħassib serju – li jirriżulta minn spezzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 1 – li inġenju ta' l-ajru jew it-tħaddim ta' inġenju ta' l-ajru ma jkunx konformi ma' l-istandards minimi stabbiliti skond il-Konvenzjoni, jew

(iii) ikun il-kawża ta' tħassib serju li hemm nuqqas ta' manteniment u amministrazzjoni effettivi ta' l-istandards minimi stabbiliti skond il-Konvenzjoni.

4. Fejn Awtorità Kompetenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili tieħu azzjoni skond il-paragrafu 3, hija għandha tinforma minnufih lill-Awtoritajiet Kompetenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili tal-Partijiet Kontraenti l-oħra bl-azzjoni li tkun ħadet, u tagħti r-raġunijiet ta' l-azzjoni tagħha.

5. Fejn miżuri meħudin skond paragrafu 3 ma jiġux imwaqqfa anki jekk il-bażi li fuqhom ikunu ttieħdu ma tkunx għadha teżisti, kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.

6. Kull emenda li ssir fid-dritt nazzjonali fir-rigward ta' l-istatus ta' l-Awtorità Kompetenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandha tkun notifikata mill-Parti Kontraenti konċernata lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

SIGURTÀ TA' L-AVJAZZJONI

Artikolu 12

1. Sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi mħarsa minn atti ta' indħil illegali, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-istandards bażiċi komuni u l-mekkaniżmi tal-monitoraġġ tal-konformità fuq is-sigurtà ta' l-avjazzjoni kif imniżżla fl-Anness I ikunu applikati f'kull ajruport li qiegħed fit-territorji tagħhom, skond id-disposizzjonijiet rilevanti msemmija f'dak l-Anness.

2. Il-Partijiet Kontraenti, jekk jiġu mitluba, għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lil xulxin biex ma jħallux li jseħħu atti ta' ħtif illegali ta' inġenji ta' l-ajru u atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta' dawn l-inġenji ta' l-ajru, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

3. Meta jseħħ inċident jew theddida ta' inċident ta' ħtif illegali ta' inġenju ta' l-ajru ċivili jew atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta' dawn l-inġenji ta' l-ajru, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti jew il-faċilitajiet ta' navigazzjoni bl-ajru, il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u miżuri xierqa oħra maħsubin biex itemmu malajr u mingħajr ħsara tali inċident jew it-theddida tiegħu.

4. Parti Assoċjata tista' tkun soġġetta għal spezzjoni mill-Kummissjoni Ewropea skond il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità Ewropea kif msemmija fl-Anness I, u tista' tiġi mitluba tieħu sehem fi spezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea f'Partijiet Kontraenti oħrajn.

ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TA' L-AJRU

Artikolu 13

1. Il-partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru bil-ħsieb li jestendu l-Ajru Uniku Ewropew għall-ECAA sabiex jitjiebu l-istandards attwali tas-sikurezza u l-effiċjenza globali ta' l-istandards tat-traffiku ta' l-ajru ġenerali fl-Ewropa, biex isir l-aħjar użu mill-kapaċità u biex jonqos id-dewmien.

2. Bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew fit-territorju tagħhom,

- fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet Assoċjati għandhom ma' l-ewwel opportunità jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw l-istrutturi istituzzjonali tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru tagħhom għall-Ajru Uniku Ewropew, b'mod partikolari billi jaħtru jew jistabbilixxu korpi nazzjonali rilevanti ta' sorveljanza li għall-inqas ikunu joperaw b'mod indipendenti mill-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru;

- il-Komunità Ewropea għandha ssieħeb lill-Partijiet Assoċjati ma' kull inizjattiva operattiva fl-oqsma tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ta' l-ispazju ta' l-ajru u ta' l-interoperabilità li toriġina mill-Ajru Uniku Ewropew, b'mod partikolari permezz ta' involviment bikri ta' l-isforzi rilevanti tal-Partijiet Kontraenti biex ikunu stabbiliti taqsimiet funzjonali ta' l-ispazju ta' l-ajru.

3. Il-Komunità Ewropea għandha tara li l-Partijiet Assoċjati jkunu msieħba bis-sħiħ ma' l-iżvilupp ta' Pjan ta' Tmexxija ATM fi ħdan il-programm SESAR tal-Kummissjoni.

KOMPETIZZJONI

Artikolu 14

1. Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Anness III. Fejn regoli dwar kompetizzjoni u għajnuna mill-istat jkunu inklużi fi ftehim oħrajn bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar, bħal Ftehim ta' Assoċjazzjoni, dawn ir-regoli għandhom japplikaw bejn dawk il-Partijiet.

2. L-Artikoli 15, 16 u 17 m'għandhomx japplikaw fir-rigward tad-disposizzjonijiet li hemm fl-Anness III.

INFURZAR

Artikolu 15

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li d-drittijiet li joriġinaw minn dan il-Ftehim, u b'mod partikolari mill-atti speċifikati fl-Anness I, jistgħu jiġu invokati quddiem qrati nazzjonali.

2. Fil-każi li jistgħu jaffettwaw lis-servizzi ta' l-ajru attwali jew potenzjali, li jridu jiġu awtorizzati taħt dan il-Ftehim, l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għandhom igawdu mis-setgħat mogħtija speċifikament lilhom taħt id-disposizzjonijiet ta' l-atti msemmija jew li jinsabu fl-Anness I.

3. Il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-legalità ta' deċiżjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea taħt dan il-Ftehim, b'mod partikolari taħt l-atti speċifikati fl-Anness I, għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, hawn aktar 'il quddiem imsejħa "Qorti tal-Ġustizzja".

INTERPRETAZZJONI

Artikolu 16

1. Sakemm id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u d-disposizzjonijiet ta' l-atti speċifikati fl-Anness I huma sostanzjalment identiċi għar-regoli korrispondenti tat-Trattat tal-KE u għal atti adottati skond it-Trattat tal-KE, dawk id-disposizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati b'mod konformi mad-deċiżjonijiet u s-sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni Ewropea mogħtija qabel id-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi maħruġa wara d-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, l-implikazzjonijiet ta' deċiżjonijiet u sentenzi bħal dawn li joħorġu aktar tard għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li jkun żgurat li dan il-Ftehim jitħaddem kif jixraq. L-interpretazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Imsieħba ta' l-ECAA qabel id-data ta' l-iffirmar tal-Ftehim. Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kumitat Konġunt skond din il-proċedura għandhom ikunu konformi mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2. Meta tqum kwistjoni ta' interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, tad-disposizzjonijiet ta' l-atti speċifikati fl-Anness I jew ta' atti adottati skond l-istess Anness li jkunu sostanzjalment identiċi għar-regoli korrispondenti tat-Trattat tal-KE u għal atti adottati fl-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE, f'każ li jkun pendenti quddiem qorti jew tribunal ta' Msieħeb ta' l-ECAA, il-qorti jew tribunal, jekk tħoss li dan huwa meħtieġ biex jgħinha tagħti sentenza u skond l-Anness IV, għandha titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Imsieħeb ta' l-ECAA jista', permezz ta' deċiżjoni u skond l-Anness IV, jistipula sa liema punt u skond liema modalitajiet il-qrati u t-tribunali tiegħu għandhom japplikaw din id-disposizzjoni. Din id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lid-depożitarju u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Id-depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

3. Fejn, skond paragrafu 2, qorti ta' Parti Kontraenti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali, ma tkunx f'pożizzjoni li tagħmel referenza għall-Qorti tal-Ġustizzja, kull sentenza ta' din il-qorti għandha tkun mibgħuta minn din il-Parti Kontraenti lill-Kumitat Konġunt li għandu jaġixxi biex jippreserva l-interpretazzjoni omoġena ta' dan il-Ftehim. Jekk il-Kumitat Konġunt, fi żmien xahrejn wara li tkun tresqet quddiemu diskrepanza bejn il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u sentenza ta' qorti ta' din il-Parti Kontraenti, ma jkunx irnexxielu li jippreserva l-interpretazzjoni omoġena tal-Ftehim, jistgħu jiġu applikati l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 20.

LEĠISLAZZJONI ĠDIDA

Artikolu 17

1. Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Parti Kontraenti, soġġett għall-konformità mal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikolu 18 (4), li tadotta b'mod unilaterali leġislazzjoni ġdida jew temenda l-leġislazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew f'qasam relatat imsemmi fl-Anness I. Il-Partijiet Assoċjati m'għandhom jadottaw ebda leġislazzjoni bħal din ħlief jekk din tkun skond dan il-Ftehim.

2. Hekk kif Parti Kontraenti tkun adottat leġislazzjoni ġdida jew emenda għal-leġislazzjoni tagħha hija għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħha. Fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet Kontraenti, il-Kumitat Konġunt għandu fi żmien xahrejn minn dakinhar jara li jsir skambju ta' fehmiet dwar l-implikazzjonijiet ta' din il-leġislazzjoni ġdida jew emenda biex dan il-Ftehim ikun jista' jaħdem kif xieraq.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu:

(a) jew jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness I sabiex tiġi integrata fih, jekk ikun meħtieġ abbażi ta' reċiproċità, il-leġislazzjoni l-ġdida jew l-emenda konċernata; jew

(b) jadotta deċiżjoni li biha l-leġislazzjoni l-ġdida jew l-emenda konċernata għandha titqies bħala li hija skond dan il-Ftehim; jew

(ċ) jieħu deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura oħra li biha jkun salvagwardat it-tħaddim xieraq ta' dan il-Ftehim.

4. Fir-rigward tal-leġislazzjoni li tkun ġiet adottata bejn l-iffirmar ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ tiegħu u li biha jkunu ġew informati l-Partijiet Kontraenti l-oħra, id-data tar-referenza għandha tittieħed bħala d-data li fiha tkun waslet l-informazzjoni. Id-data li fiha l-Kumitat Konġunt jasal għal deċiżjoni ma tistax tkun aktar kmieni minn sittin jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

KUMITAT KONĠUNT

Artikolu 18

1. Hawnhekk qiegħed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt li għandu jkun responsabbli mill-ġestjoni ta' dan il-Ftehim u għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(2) u (3) u l-Artikoli 21 u 22. Għal dan il-fini għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fil-każi previsti f'dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Partijiet Kontraenti skond ir-regoli tagħhom stess.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jaġixxi b'unanimità. Madankollu, il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi proċedura ta' votazzjoni b'maġġoranza għal ċerti kwistjonijiet speċifiċi.

4. Għall-fini ta' l-infurzar xieraq ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw informazzjoni, inter alia, dwar leġislazzjoni ġdida jew deċiżjonijiet li jkunu rilevanti għal dan il-Ftehim, u, fuq talba ta' kwalunkwe Parti, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, inkluż dwar kwistjonijiet soċjali.

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

6. Imsieħeb ta' l-ECAA jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jippresiedu l-Kumitat Konġunt darba kull wieħed skond l-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

7. Il-president tal-Kumitat Konġunt għandu jsejjaħ li-laqgħat tal-Kumitat mill-inqas darba fis-sena sabiex jirrevedi t-tħaddim ġenerali ta' dan il-Ftehim u kull meta ċirkustanzi speċjali jkunu jitolbu dan, fuq talba ta' Parti Kontraenti. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina kontinwament l-iżvilupp tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dan il-għan il-Komunità Ewropea għandha tibgħat lill-Imsieħba ta' l-ECAA s-sentenzi kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja li huma rilevanti għat-tħaddim tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jaġixxi fi żmien tliet xhur sabiex jippreserva l-interpretazzjoni omoġena tal-Ftehim.

8. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi grupp ta' ħidma li jkun jista' jgħinu fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 19

1. Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha torbot lill-Partijiet Kontraenti. Kull meta deċiżjoni meħuda mill-Kumitat Konġunt ikun fiha ħtieġa ta' azzjoni li trid tittieħed minn Parti Kontraenti, il-Parti msemmija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa u tinforma l-Kumitat Konġunt b'dan.

2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnali Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Imsieħba ta' l-ECAA. Kull deċiżjoni għandha tiddikjara d-data ta' l-implimentazzjoni tagħha mill-Partijiet Kontraenti u kwalunkwe informazzjoni oħra li x'aktarx tista' tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi.

RIŻOLUZZJONI TA' KWISTJONIJIET

Artikolu 20

1. Il-Komunità, filwaqt li taġixxi ma' l-Istati Membri tal-KE, jew Imsieħeb ta' l-ECAA tista' ġġib kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa u li tkun tikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim quddiem il-Kumitat Konġunt, ħlief f'każi fejn proċeduri speċifiċi huma mniżżla f'dan il-Ftehim.

2. Meta tilwima tkun tressqet quddiem il-Kumitat Konġunt skond il-paragrafu 1, għandhom isiru konsultazzjonijiet immedjati bejn il-partijiet imdaħħla fit-tilwima. Fil-każi fejn il-Komunità Ewropea ma tkunx parti fit-tilwima, fil-konsultazzjonijiet jista' jiġi mistieden rappreżentant tal-Komunità minn waħda mill-partijiet fit-tilwima. Il-partijiet fit-tilwima jistgħu jagħmlu proposta ta' soluzzjoni li għandha tintbagħat minnufih lill-Kumitat Konġunt. Deċiżjonijiet meħudin mill-Kumitat Konġunt skond din il-proċedura għandhom jirrispettaw il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3. Jekk sa erba' xhur mid-data li l-kwistjoni tkun tressqet quddiemu l-Kumitat Konġunt ma jkunx irnexxielu jieħu deċiżjoni biex isolvi t-tilwima, il-partijiet fit-tilwima jistgħu jirreferu t-tilwima lill-Qorti tal-Ġustizzja, li d-deċiżjoni tagħha għandha tkun finali u vinkolanti. Il-modalitajiet, li skond dawn jistgħu jsiru tali referenzi lill-Qorti tal-Ġustizzja, jinsabu mniżżlin fl-Anness IV.

4. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jiħux deċiżjoni fuq kwistjoni li tkun ġiet riferuta lilu fi żmien erba' xhur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jieħdu miżuri xierqa ta' salvagwardja skond l-Artikoli 21 u 22 għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Wara dan il-perjodu kull Parti Kontraenti tista' tinħall mill-Ftehim b'effett immedjat. Parti Kontraenti m'għandhiex tieħu miżuri ta' salvagwardja dwar kwistjoni li tkun ġiet riferuta lill-Qorti tal-Ġustizzja skond dan il-Ftehim, ħlief fil-każi definiti fl-Artikolu 11(3) jew b'konformità ma' mekkaniżmi previsti f'atti individwali speċifikati fl-Anness I.

MIŻURI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 21

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) u l-valutazzjonijiet ta' sikurezza u sigurtà msemmija fil-Protokolli għal dan il-Ftehim, il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu ristretti, fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u t-tul tagħhom, għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni. Għandha tingħata prijorità lil tali miżuri b'mod li t-tħaddim ta' dan il-Ftehim ikun imfixkel mill-inqas.

Artikolu 22

1. Parti Kontraenti li tkun qed tikkunsidra tieħu miżuri ta' salvagwardja għandha tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom immedjatament jidħlu f'konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3), il-Parti Kontraenti konċernata ma tistax tieħu miżuri ta' salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1, ħlief jekk il-proċedura ta' konsultazzjoni skond il-paragrafu 2 tkun intemmet qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien imsemmi.

4. Il-Parti Kontraenti konċernata għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-Kumitat Konġunt il-miżuri meħuda u għandha tipprovdi kull informazzjoni rilevanti.

ŻVELAR TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 23

Ir-rappreżentanti, id-delegati u l-esperti tal-Partijiet Kontraenti, kif ukoll uffiċjali u impjegati oħra li jaġixxu taħt dan il-Ftehim għandhom jiġu mitluba, anki wara li jkunu waqfu mit-twettiq tad-doveri tagħhom, biex ma jiżvelawx informazzjoni koperta bl-obbligu tal-konfidenzjalità professjonali, b'mod partikolari informazzjoni dwar impriżi, ir-relazzjonijiet tagħhom ta' negozju u l-komponenti ta' l-ispejjeż tagħhom.

PAJJIŻI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 24

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-qafas tal-Kumitat Konġunt fuq talba ta' kwalunkwe Parti Kontraenti, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 25 u 26,

(a) dwar kwistjonijiet ta' trasport bl-ajru li jkunu ġew ittrattati minn organizzazzjonijiet internazzjonali; u

(b) dwar diversi aspetti ta' żviluppi possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti u pajjiżi terzi dwar it-trasport bl-ajru, u dwar it-tħaddim ta' l-elementi sinifikanti tal-ftehim bilaterali jew multilaterali li jkunu ġew konklużi f'dan il-qasam.

2. Il-konsultazzjonijiet previsti f' paragrafu 1 għandhom isiru fi żmien xahar mit-talba u malajr kemm jista' jkun f'każijiet urġenti.

Artikolu 25

1. Il-għanijiet prinċipali tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 24(1)(a) għandhom ikunu:

(a) li jiġi stabbilit b'mod konġunt jekk il-kwistjonijiet iġibux magħhom problemi ta' interess komuni; u

(b) skond in-natura ta' dawn il-problemi:

- li jiġi kkunsidrat b'mod konġunt jekk l-azzjoni tal-Partijiet Kontraenti fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali konċernati għandhiex tkun koordinata, jew

- li jiġi kkunsidrat b'mod konġunt kwalunkwe approċċ ieħor li jista' jkun xieraq.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom malajr kemm jista' jkun jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-miri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

Il-għanijiet prinċipali tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 24(1)(b) għandhom ikunu li jiġu eżaminati l-kwistjonijiet rilevanti u li jiġi kkunsidrat kwalunkwe approċċ li jista' jkun xieraq.

ARRANĠAMENTI TRANSITORJI

Artikolu 27

1. Il-Protokolli I sa IX jistabbilixxu l-arranġamenti transitorji u l-perjodi korrispondenti li japplikaw bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u l-Parti Assoċjata konċernata, min-naħa l-oħra. Fir-relazzjoni bejn in-Norveġja jew l-Islanda u Parti Assoċjata għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet bħal dawk bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u l-Parti Assoċjata konċernata, min-naħa l-oħra.

2. Matul il-perjodi transitorji msemmija fil-paragrafu 1 l-elementi rilevanti tar-reġim tat-trasport bl-ajru bejn żewġ Partijiet Assoċjati għandhom jiġu determinati abbażi ta' l-aktar Protokoll restrittiv miż-żewġ Protokolli li jirreferu għall-Partijiet Assoċjati konċernati.

3. It-transizzjoni gradwali ta' kull waħda mill-Partijiet Assoċjati għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-ECAA għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Komunità Ewropea f'kooperazzjoni mal-Parti Assoċjata konċernata. Meta Parti Assoċjata tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet għall-kompletar ta' perjodu transitorju skond kif imniżżel fil-Protokoll rilevanti jkunu ġew imħarsa, hija għandha tinforma lill-Komunità Ewropea biex titwettaq valutazzjoni.

4. Jekk il-Komunità Ewropea tiddetermina li l-kondizzjonijiet ġew imħarsa hija għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt u tiddeċiedi minn hemm 'il quddiem li l-Parti Assoċjata konċernata tikkwalfika biex tgħaddi għall-perjodu transitorju li jmiss jew għall-inklużjoni sħiħa fiż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea skond kif ikun il-każ.

5. Jekk il-Komunità Ewropea tiddetermina li l-kondizzjonijiet ma jkunux ġew imħarsa hija għandha tinforma b'dan lill-Kumitat Konġunt. Il-Komunità għandha tirrakkomanda lill-Parti Assoċjata konċernata titjib speċifiku u tiddetermina perjodu ta' implimentazzjoni li fih dan it-titjib ikun jista' jiġi implimentat b'mod raġonevoli. Qabel it-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni għandha ssir it-tieni valutazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, aktar valutazzjonijiet biex jinstab jekk it-titjib rakkomandat ġiex implimentat b'mod effettiv u sodisfaċenti.

RELAZZJONI MA' FTEHIM U ARRANĠAMENTI BILATERALI DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

Artikolu 28

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu dominanti fuq id-disposizzjonijiet rilevanti ta' ftehim u/jew arranġamenti bilaterali dwar it-trasport bl-ajru li jkunu fis-seħħ bejn il-Partijiet Assoċjati min-naħa waħda u l-Komunità Ewropea, Stat Membru tal-KE, in-Norveġja jew l-Islanda min-naħa l-oħra, kif ukoll bejn il-Partijiet Assoċjati.

2. Minkejja l-paragrafu 1, matul il-perjodi transitorji msemmija fl-Artikolu 27, id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-proprjetà, id-drittijiet tat-traffiku, il-kapaċità, il-frekwenzi, it-tip jew il-bdil ta' l-inġenji ta' l-ajru, it-tqassim tal-kodiċi u l-ipprezzar ta' ftehim jew arranġament bilaterali li jkun fis-seħħ bejn Parti Assoċjata u l-Komunità Ewropea, Stat Membru tal-KE, in-Norveġja jew l-Islanda jew bejn żewġ Partijiet Assoċjati, għandhom japplikaw bejn il-Partijiet li jagħmlu parti mill-Ftehim jekk dan il-ftehim u/jew arranġament bilaterali jkun aktar flessibbli, f'termini ta' libertà għat-trasportaturi bl-ajru konċernati, mid-disposizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli fir-rigward tal-Parti Assoċjata konċernata.

3. Tilwima bejn Parti Assoċjata u Parti Kontraenti oħra dwar jekk id-disposizzjonijiet tal-Protokoll humiex fir-rigward tal-Parti Assoċjata konċernata jew tal-ftehim u/jew arranġamenti bilaterali aktar flessibbli, bil-ħsieb għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-ECAA, għandha tiġi solvuta fil-qafas tal-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni tat-tilwim previst fl-Artikolu 20. It-tilwim dwar kif tkun determinata r-relazzjoni bejn Protokolli konfliġġenti għandu jiġi solvut bl-istess mod.

DĦUL FIS-SEĦĦ, REVIŻJONI, TERMINAZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għal ratifika jew approvazzjoni mill-firmatarji skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (depożitarju), li għandu jinnotifika b' dan lill-firmatarji l-oħra kollha kif ukoll lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-data li fiha jkunu ġew depożitati l-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE u mill-inqas minn Parti Assoċjata waħda. Għal kull firmatarju li jirratifika jew japprova dan il-ftehim wara din id-data, il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara li dan il-firmatarju jkun iddepożita l-istrument tar-ratifika jew l-approvazzjoni tiegħu.

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mill-inqas Parti Assoċjata waħda, jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament fosthom mid-data ta' l-iffirmar, skond l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, billi jinnotifikaw lid-depożitarju li għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tiegħu.

Artikolu 30

Reviżjoni

Dan il-Ftehim għandu jiġi rivedut fuq talba ta' kwalunkwe Parti Kontraenti u, f'kull każ, ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ.

Artikolu 31

Terminazzjoni

1. Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lid-depożitarju, li għandu jinnotifika b'din it-terminazzjoni lill-Partijiet Kontraenti l-oħra kif ukoll lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili. Jekk dan il-Ftehim jiġi denunzjat mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE dan għandu jieqaf milli jibqa fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika. Jekk il-Ftehim jiġi denunzjat minn Parti Kontraenti oħra dan għandu jieqaf milli jibqa fis-seħħ biss fir-rigward ta' din il-Parti Kontraenti sena wara d-data tan-notifika. Madankollu, servizzi ta' l-ajru li jkunu joperaw fid-data ta' l-iskadenza ta' dan il-Ftehim jistgħu jkomplu sa l-aħħar ta' l-iskeda ta' l-istaġun ta' l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) li fih taqa' dik id-data ta' skadenza.

2. Ma' l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' Parti Assoċjata, dik il-Parti għandha awtomatikament tieqaf milli tkun Parti Assoċjata taħt dan il-Ftehim u għandha minflok issir Stat Membru tal-KE.

3. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa fis-seħħ jew għandu jiġi sospiż fir-rigward ta' Parti Assoċjata, jekk il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni korrispondenti ma jibqax fis-seħħ jew jiġi sospiż.

Artikolu 32

Tkabbir ta' l-ECAA

Il-Komunita' Ewropea tista' ssaqsi kwalunkwe Stat jew entità li jkun lest li jagħmel il-liġijiet tiegħu dwar it-trasport bl-ajru u dwar kwistjonijiet relatati kompatibbli ma' dawk tal-Komunità, u li miegħu il-Komunità tkun stabbiliet jew qiegħda tistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni ekonomika mill-qrib, bħal Ftehim ta' Assoċjazzjoni, biex jieħu sehem fl-ECAA. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jemendaw dan il-Ftehim għaldaqstant.

Artikolu 33

L-ajruport ta' Ġibiltà

1. Huwa mifhum li l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

2. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-ajruport ta' Ġibilità għandha tiġi sospiża sakemm jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti li hemm fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987.

Artikolu 34

Lingwi

Dan il-Ftehim huwa magħmul f'kopja oriġinali waħda fil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Partijiet Kontraenti l-oħra li mhumiex il-Komunita' Ewropea u l-Istati Membri tagħha, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku bl-istess mod.

B'XHIEDA TA' DAN il-plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, li huma debitament awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim:

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

Za Českou republiku

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Eesti Vabariigi nimel

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Latvijas Republikas vārdā

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Lietuvos Respublikos vardu

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

A Magyar Köztársaság részéről

+++++ TIFF +++++

Għar-Repubblika ta' Malta

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Za Republiko Slovenijo

+++++ TIFF +++++

Za Slovenskú republiku

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Për Republikën e Shqipërisë

+++++ TIFF +++++

Za Bosnu i Hercegovinu

За Босну и Херцеговину

Za Bosnu i Hercegovinu

+++++ TIFF +++++

За Република България

+++++ TIFF +++++

Za Republiku Hrvatsku

+++++ TIFF +++++

За Бивша Югославска Република Македония

Fyrir hönd Lyðveldisins Íslands

+++++ TIFF +++++

Za Republiku Crnu Goru

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

For Kongeriket Norge

+++++ TIFF +++++

Pentru România

+++++ TIFF +++++

За Републику Србију

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

For the United Nations Interim Administration in Kosovo

+++++ TIFF +++++

REPUBLIC OF MACEDONIA

MINISTRY OF TRANSPORT AND COMMUNICATIONS

Luxembourg, 9 June 2006

Dear Sirs,

Hereby I declare that the final text from 22 May 2006 of the Multilateral ECAA Agreement is acceptable for the Government of the Republic of Macedonia.

With this letter, the Government of the Republic of Macedonia considers itself as signatory of the Multilateral Agreement between the Republic of Albania, Bosnia and Herzegovina, the Republic of Bulgaria, the Republic of Croatia, the European Community and its Member States, the Republic of Iceland, the Republic of Macedonia, the Kingdom of Norway, Serbia and Montenegro, Romania and United Nations Interim Administration Mission in Kosovo on the Establishment of a European Common Aviation Area.

However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the abovementioned Agreement, having in view that the constitutional name of my country is Republic of Macedonia.

Please accept, Sirs, the assurances of my highest consideration.

Xhemali MEHAZI

Minister of Transport and Communications

+++++ TIFF +++++

THE COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION AND THE EUROPEAN COMMISSION

Luxembourg, 9 June 2006

Mr. Xhemali Mehazi,

Minister of Transport and Communications

of the former Yugoslav Republic of Macedonia,

Sir,

The European Community and its Member States take note of your letter of today's date and confirms that your letter and this reply shall together take the place of the signature of the Multilateral Agreement between the Republic of Albania, Bosnia and Herzegovina, the Republic of Bulgaria, the Republic of Croatia, the European Community and its Member States, the Republic of Iceland, the former Yugoslav Republic of Macedonia, the Kingdom of Norway, Serbia and Montenegro, Romania and the United Nations Interim Administration Mission in Kosovo on the Establishment of a European Common Aviation Area (ECAA). However, this cannot be construed as acceptance or recognition by the European Community and its Member States, in whatever form or content of a denomination other than the "former Yugoslav Republic of Macedonia".

Please accept, Sir, the assurance of our highest consideration.

On behalf of the European Community and its Member States

+++++ TIFF +++++

[1] Skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

--------------------------------------------------

ANNESS I

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Id-"Disposizzjonijiet applikabbli" ta' l-atti tal-Komunità Ewropea li ġejjin għandhom japplikaw skond il-Ftehim Prinċipali u l-Anness II dwar modifiki orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa IX ta' wara: Fejn ikun meħtieġ, modifiki speċifiċi għal kull att individwali huma mniżżla hawnekk:

A. AĊĊESS GĦAS-SUQ U KWISTJONIJIET ANĊILLARI

Nru 2407/92

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar ta' trasportaturi ta' l-ajru

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18 u l-Anness ħlief għar-referenza fl-Artikolu 13(3) sa l-Artikolu 226 (ex 169) tat-Trattat tal-KE

Nru 2408/92

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji

kif emendat jew modifikat b'

- l-Artikolu 29 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja;

- id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li temenda l-Protokoll 47 u ċerti Annessi tal-Ftehim taż-ŻEE;

- l-Artikolu 20 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-modifiki għat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea min hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003".

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15 u l-Annessi I, II u III

Nru 2409/92

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi ta' l-ajru.

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità

kif emendat bi

- ir-Regolament (KE) Nru 894/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

- ir-Regolament (KE) Nru 1554/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

- ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, u 14a(2)

Fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2), it-terminu "il-Kummissjoni" għandu jaqra "il-Kumitat Konġunt".

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-ground handling fl-ajruporti tal-Komunità

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25 u l-Anness

Fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10, it-terminu "Stati Membri" għandu jaqra "Stati Membri tal-KE".

Fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2), it-terminu "il-Kummissjoni" għandu jaqra "il-Kumitat Konġunt".

Nru 785/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8, u 10(2)

B. ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TA' L-AJRU

Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, 6, u 9 sa 14

Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, l-Annessi I u II

Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja)

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11

Nru 552/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament ta' l-interoperabilità)

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa V

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 ta' l-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi ħtiġiet komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa V

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-arja

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Anness

Ċ. SIKUREZZA TA' L-AVJAZZJONI

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

kif emendat b':

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 tat-13 ta' Novembru 1996 li jemenda għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1069/1999 tal-25 ta' Mejju 1999 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill 3922/91

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2871/2000 tat-28 ta' Diċembru 2000 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

- ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, 12 sa 13 bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 (2), it-tieni sentenza, l-Annessi I sa III

Fir-rigward l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12, "Stati Membri" għandha taqra "Stati Membri tal-KE".

Nru 94/56

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta' Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjonijiet ta' aċċidenti u inċidenti ta' l-avjazzjoni ċivili

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12

Fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet ta' l-Artikoli 9 u 12, it-terminu "il-Kummissjoni" għandu jaqra "il-Partijiet Kontraenti l-oħrajn kollha ta' l-ECAA".

Nru 1592/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

kif emendat b':

- ir-Regolament (KE) Nru 1643/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jadatta l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 57, l-Annessi I u II

Nru 2003/42

Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorenza fl-avjazzjoni ċivili

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

kif emendat b':

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Anness. Il-perjodi transitorji msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Konġunt.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-komposizzjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7 u l-Anness

Nru 488/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 tal-21 ta' Marzu 2005 dwar ħlasijiet u piżijiet imposti mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni

Nru 2111/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta' l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Anness

D. SIGURTÀ TA' L-AVJAZZJONI

Nru 2320/2002

Ir-Regolament (KE) Nru. 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili

kif emendat b':

- ir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12 u l-Anness

Nru 622/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

kif emendat b':

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004 tal-15 ta' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 ta' l-24 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2005 tas-6 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5 u l-Anness

Nru 1217/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 ta' l-4 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

Nru 1486/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1486/2003 tat-22 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta' ta' l-avjazzjoni ċivili

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16

Nru 1138/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2004 tal-21 ta' Ġunju 2004 li jistabbilixxi definizzjoni komuni tal-partijiet kritiċi taż-żoni ta' sigurtà ristretti fl-ajruporti

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

E. AMBJENT

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE ta' l-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

Nru 92/14

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE tat-2 ta' Marzu 1992 fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

kif emendata b':

- id-Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE tat-30 ta' Marzu 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE

- id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/28/KE tal-21 ta' April 1999 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2001 tal-21 ta' Mejju 2001 li jemenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11 u l-Anness

Nru 2002/30

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità

Kif emendata jew modifikata bl-Artikolu 20 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, l-Annessi I u II

Nru 2002/49

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I sa VI

F. ASPETTI SOĊJALI

Nru 1989/391

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, u 18-19

Nru 2003/88

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, 21 sa 24 u 26 sa 29

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA)

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

G. ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10

Nru 92/59

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/59/KEE tad-29 ta' Ġunju 1992 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodott

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10 u l-Anness

Fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10, it-terminu "il-Kummissjoni" għandu jaqra "il-Partijiet Kontraenti l-oħrajn kollha ta' l-ECAA".

Nru 95/46

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 34

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill 2027/97/KE tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti

kif emendat b':

- ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord u fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17

H. LEĠISLAZZJONI OĦRA

Nru 2299/1989

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/1989 ta' l-24 ta' Lulju 1989 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata

kif emendat b':

- ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3089/93 tad-29 ta' Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 323/1999 tat-8 ta' Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 22 u l-Anness

Nru 91/670

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8 u l-Anness

Nru 3925/91

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

Nru 437/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.

kif emendat b':

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru. 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Annessi I sa III

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

Disposizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 14(1)(b) u (2)

--------------------------------------------------

ANNESS II

ADATTAZZJONIJIET ORIZZONTALI U ĊERTI REGOLI TA' PROĊEDURA

Id-disposizzjonijiet ta' l-atti speċifikati fl-Anness I għandhom japplikaw skond il-Ftehim u punti l-1 sa 4 ta' dan l-Anness, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Anness I. L-adattazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall-atti individwali huma stabbiliti fl-Anness I.

Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli skond ir-regoli ta' proċedura stabbiliti fil-punti 5 u 6 ta' dan l-Anness.

1. PARTIJIET INTRODUTTORJI TA' L-ATTI

Il-preamboli ta' l-atti speċifikati m'humiex adattati għall-finijiet tal-Ftehim. Huma rilevanti sal-punt meħtieġ sabiex id-disposizzjonijiet li jinsabu f'dawn l-atti jiġu interpretati u applikati kif jixraq fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim.

2. TERMINOLOĠIJA SPEĊIFIKA TA' L-ATTI

It-termini li ġejjin użati mill-atti speċifikati fl-Anness I għandhom jaqraw kif ġej:

(a) it-terminu "Komunità" għandu jaqra "Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea";

(b) it-termini "Dritt Komunitarju", "Leġislazzjoni Komunitarja", "Strumenti tal-Komunità" u "Trattat tal-KE" għandhom jaqraw "Ftehim ta' l-ECAA";

(ċ) it-terminu "ajruport tal-Komunità" għandu jaqra "ajruport li jinsab fiż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea";

(d) it-terminu "Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej" jew "Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea" għandu jaqra "Ġurnali Uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti";

(e) it-terminu "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandu jaqra "trasportatur ta' l-ajru ta' l-ECAA";

3. REFERENZI GĦAL STATI MEMBRI

Mingħajr preġudizzju għal punt 4 ta' dan l-Anness, kull meta l-atti speċifikati fl-Anness I għal dan il-Ftehim ikun fihom referenzi għal "Stat/i Membru/i", għandu jinftiehem li r-referenzi, minbarra l-Istati Membri tal-Komunità tal-KE, jinkludu l-Imsieħba ta' l-ECAA ukoll.

4. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KUMITATI TAL-KOMUNITA' EWROPEA U KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET ASSOĊJATI

L-esperti tal-Partijiet Assoċjati għandhom jiġu kkonsultati mill-Kummissjoni Ewropea u għandhom jingħataw l-opportunità li jressqu l-pariri tagħhom kull darba li l-atti speċifikati fl-Anness I jipprovdu għall-konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-Kumitati tal-Komunità Ewropea u għall-opportunità biex iressqu l-parir jew il-fehma tagħhom.

Kull konsultazzjoni għandha tikkonsisti f'laqgħa waħda mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea u għandha ssir fi ħdan il-Kumitat Konġunt fuq l-istedina tal-Kummissjoni Ewropea qabel ma ssir il-konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Komunità Ewropea rilevanti. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lil kull Parti Assoċjata mill-inqas ġimgħatejn qabel il-laqgħa, sakemm ċirkustanzi speċifiċi ma jeħtiġux avviż ta' żmien iqsar.

Il-Partijiet Assoċjati għandhom jiġu mistiedna jressqu l-opinjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu kont sew tal-parir mogħti mill-Partijiet Assoċjati.

Id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq m'għandhomx japplikaw għall-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni stabbiliti f'dan il-Ftehim li għandhom jiġu regolati mill-proċeduri speċifiċi ta' konsultazzjoni stabbiliti fl-Anness III.

5. KOOPERAZZJONI U SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tas-setgħat rilevanti ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti, tali awtoritajiet għandhom, jekk jiġu mitluba, jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħaddim xieraq ta' dan il-Ftehim.

6. REFERENZA GĦAL-LINGWI

Il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jużaw, fil-proċeduri stabbiliti fl-ambitu ta' dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għall-Anness IV, kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' xi Parti Kontraenti oħra. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti huma konxji li l-użu ta' l-Ingliż jiffaċilita dawk il-proċeduri. Jekk tintuża lingwa, li ma tkunx lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, f'dokument uffiċjali, għandha tiġi preżentata simultanjament traduzzjoni f'lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jittieħed kont ta' dak li hemm previst fis-sentenza ta' qabel. Jekk Parti Kontraenti tkun bi ħsiebha tuża, fi proċedura orali, lingwa li mhix lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, dik il-Parti Kontraenti għandha tiżgura li jsir interpretar simultanju bl-Ingliż.

--------------------------------------------------

ANNESS III

REGOLI DWAR IL-KOMPETIZZJONI U L-GĦAJNUNA TA' L-ISTAT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 14

Artikolu 1

Monopolji ta' l-Istat

Parti Assoċjata għandha taġġusta b'mod progressiv kwalunkwe monopolju ta' l-Istat ta' tip kummerċjali sabiex tiżgura li, sa l-aħħar tat-tieni perjodu msemmi fil-Protokoll għal dan il-Ftehim li fih il-miżuri transitorji fir-rigward ta' din il-Parti Assoċjata, ma tkun teżisti l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-kondizzjonijiet li bihom merkanzija tinkiseb u titqiegħed fis-suq. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi infurmat dwar il-miżuri adottati biex jinkiseb dan l-objettiv.

Artikolu 2

Approssimazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-Istat u l-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza ta' l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti dwar l-għajnuna ta' l-Istat u l-kompetizzjoni tal-Partijiet Assoċjati ma' dik tal-Komunità Ewropea. Il-Partijiet Assoċjati għandhom jipprovaw jiżguraw li l-liġijiet eżistenti u futuri tagħha dwar l-għajnuna ta' l-Istat u l-kompetizzjoni jsiru kompatibbli b'mod gradwali ma' l-acquis tal-Komunità Ewropea.

2. Din l-approssimazzjoni għandha tibda mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u għandha testendi b'mod gradwali għall-elementi kollha ta' l-għajnuna ta' l-Istat u d-disposizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità Ewropea msemmija f'dan l-Anness sa l-aħħar tat-tieni perjodu msemmi fil-Protokoll għal dan il-Ftehim li jinkludi l-miżuri transitorji fir-rigward ta' din il-Parti Assoċjata. Il-Parti Assoċjata għandha tiddefinixxi wkoll, bi ftehim mal-Kummissjoni Ewropea, il-modalitajiet għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-azzjonijiet ta' l-infurzar tal-liġi li għandhom jittieħdu.

Artikolu 3

– Regoli ta' kompetizzjoni u disposizzjonijiet ekonomiċi oħrajn

1. Il-prattiċi li ġejjin huma inkompatibbli mat-tħaddim xieraq ta' dan il-Ftehim, peress li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn tnejn mill-Partijiet Kontraenti jew aktar:

(i) kull ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn għaqdiet ta' impriżi u prattika bejn impriżi flimkien li l-objettiv jew l-effett tagħhom huwa l-prevenzjoni, r-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(ii) l-abbuż minn impriża waħda jew aktar ta' pożizzjoni dominanti fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti kollha kemm huma jew f'parti sostanzjali minnhom;

(iii) kwalunkwe għajnuna ta' l-Istat li tkun ta' distorsjoni jew thedded li tkun ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew ċerti prodotti.

2. Kwalunkwe prattika li tmur kontra dan l-Artikolu għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-kriterji li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli fil-Komunità Ewropea, b'mod partikolari mill-Artikoli 81, 82, 86 u 87 tat-Trattat KE u l-istrumenti interpretattivi adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea.

3. Kull Parti Assoċjata għandha tiżgura li korp pubbliku li jopera b'mod indipendenti jiġi mogħti s-setgħat meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tal-paragrafu 1 (i) u (ii), fir-rigward ta' impriżi privati u pubbliċi u impriżi li jkunu ġew mogħtija drittijiet speċjali.

4. Kull Parti Assoċjata għandha tinnomina jew tistabbilixxi awtorità li topera b'mod indipendenti, li tkun mogħtija s-setgħat meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tal-paragrafu 1 (iii). Din l-awtorità għandha jkollha, inter alia, is-setgħat li tawtorizza skemi ta' għajnuna ta' l-Istat u għotjiet ta' għajnuna individwali skond il-paragrafu 2, kif ukoll is-setgħat biex tordna r-radd lura ta' għajnuna ta' l-Istat mogħtija bi ksur tal-liġi.

5. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura t-trasparenza fil-qasam ta' l-għajnuna ta' l-Istat billi, inter alia, tipprovdi rapport annwali regolari, jew ekwivalenti tiegħu, lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, billi timxi fuq il-metodoloġija u l-preżentazzjoni ta' l-istħarriġ tal-Komunità Ewropea dwar l-għajnuna ta' l-Istat. Fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet Kontraenti, Parti Kontraenti oħra għandha tipprovdi informazzjoni fuq każi individwali partikolari ta' għajnuna pubblika.

6. Kull Parti Assoċjata għandha tistabbilixxi inventarju komprensiv ta' skemi ta' għajnuna istitwiti qabel l-istabbiliment ta' l-awtorità msemmija fil-paragrafu 4 u għandha ġġib dawn l-iskemi ta' għajnuna konformi mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

7. (a) Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(iii), il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li matul il-perjodi msemmija fil-Protokoll għal dan il-Ftehim li fih il-miżuri transitorji fir-rigward ta' Parti Assoċjata, kwalunkwe għajnuna pubblika mogħtija minn din il-Parti Assoċjata għandha tiġi vvalutata billi jiġi kkunsidrat li dik il-Parti Assoċjata għandha tkun meqjusa bħala żona identika għal dawk iż-żoni tal-Komunità Ewropea deskritti fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(b) Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu msemmi fil-Protokoll għal dan il-Ftehim li fih il-miżuri transitorji fir-rigward ta' Parti Assoċjata, din il-Parti għandha tissottometti lill-Kummissjoni Ewropea il-figuri 'per capita' tal-Prodott Gross Domestiku tagħha armonizzati fuq il-livell ta' NUTS II (Nomenklatura ta' l-Unitajiet Statistiċi Territorjali). L-awtorità msemmija fil-paragrafu 4 u l-Kummissjoni Ewropea għandhom imbagħad jeżaminaw flimkien l-eliġibilità tar-reġjuni tal-Parti Assoċjata kif ukoll l-intensitajiet massimi ta' l-għajnuna fir-rigward tagħhom bl-għan li ssir mappa ta' l-għajnuna reġjonali fuq il-bażi tal-linji ta' gwida rilevanti tal-Komunità Ewropea.

8. Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti jidhrilha li prattika partikolari hija inkompatibbli mat-termini tal-paragrafu 1, hija tista' tieħu l-miżuri xierqa wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jew wara tletin jum ta' xogħol minn meta tkun saret it-talba għal tali konsultazzjoni.

9. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni filwaqt li jieħdu kont tal-limitazzjonijiet imposti mill-ħtiġiet tal-kunfidenzjalità professjonali u tan-negozju.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

REFERENZI GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

1. Prinċipji ġenerali li jirrigwardaw l-Artikolu 16 tal-Ftehim

1. Safejn ikun xieraq għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja min hawn 'il quddiem "il-Qorti tal-Ġustizzja", għar-referenzi għad-deċiżjonijiet preliminari fi ħdan il-Komunità Ewropea. Minbarra d-deċiżjoni preliminari, il-qorti jew tribunal tal-Parti Kontraenti għandu japplika l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.

2. Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom l-istess drittijiet biex iressqu l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja bħall-Istati Membri tal-KE.

2. Limitu u modalitajiet tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2) tal-Ftehim

1. Meta, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 16(2), Parti Kontraenti tadotta deċiżjoni dwar il-limitu u l-modalitajiet ta' referenzi lill-Qorti tal-Ġustizzja, dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika li jew:

(a) kwalunkwe qorti jew tribunal ta' dik il-Parti Kontraenti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha m'hemmx rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali għandha titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni preliminari fuq kwistjoni mqajma f'każ pendenti quddiemha u li tikkonċerna l-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 16(2) jekk dik il-qorti jew tribunal tqis li deċiżjoni dwar il-kwistjoni hija meħtieġa biex hi tkun tista' tiddeċiedi, jew

(b) kwalunkwe qorti jew tribunal ta' dik il-Parti Kontraenti tista' titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni preliminari fuq kwistjoni mqajma quddiema u li tikkonċerna l-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 16(2) jekk dik il-qorti jew tribunal tqis li deċiżjoni dwar il-kwistjoni hija meħtieġa biex hi tkun tista' tiddeċiedi, jew

2. Il-modalitajiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16(2) għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fid-disposizzjonijiet legali li jirregolaw il-funzjonament tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE, l-Istatut u r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll il-każistika ta' din ta' l-aħħar. Fil-każ li tieħu deċiżjoni dwar il-modalitajiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni, il-Parti Kontraenti għandha wkoll tikkunsidra l-gwida prattika maħruġa mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Avviż ta' Informazzjoni dwar referenzi minn qrati nazzjonali għal deċiżjonijiet preliminari.

3. Referenzi skond l-Artikolu 20(3) tal-Ftehim

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha titratta tilwim imressaq quddiema skond l-Artikolu 20(3) bl-istess mod bħal dak imressaq lilha skond l-Artikolu 239 tat-Trattat tal-KE.

4. Referenzi għall-Qorti tal-Ġustizzja u lingwi

Il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jużaw, fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliti fl-ambitu tal-Ftehim, kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' Parti Kontraenti oħra. Jekk lingwa li ma tkunx lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea tintuża f'dokument uffiċjali, għandha tiġi sottomessa simultanjament traduzzjoni fil-lingwa Franċiża. Jekk Parti Kontraenti jkollha l-ħsieb li, fi proċedura orali, tuża lingwa li mhix lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, il-Parti Kontraenti għandha tiżgura li jkun hemm interpretar simultanju bil-Franċiż.

--------------------------------------------------

ANNESS V

PROTOKOLL I

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-istati membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Albanija, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-protokoll ikunu ġew sodisfatti mir-Repubblika ta' l-Albanija, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Albanija", kif ivverifikat b'valutazzjoni mwettqa mill-Unjoni Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika ta' l-Albanija, kif ivverifikat b'valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju ir-Repubblika ta' l-Albanija għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' l-ajru fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju nazzjonali, tistabbilixxi korp nazzjonali ta' sorveljanza għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(v) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju r-Repubblika ta' l-Albanijagħandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Albanija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fl-Albanija u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati mll-Albanija jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Albanija m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn Stati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mll-Albanija għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku msemmija fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fll-Albanija u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mll-Albanija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fl-Albanija.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tar-Repubblika tas-Serbja u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mll-Albanija jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju.

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju r-Repubblika tas-Serbja għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Albanija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn, jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa tal-Albanija.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Albanija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn, jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL II

Arranġamenti transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll mill-Bosnja u Ħerzegovina kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

(2) It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll mill-Bosnja u Ħerzegovina kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju l-Bosnja u Ħerzegovina għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), id-Direttiva 96/67/KE (dwar il-groundhandling), ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' l-ajru fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness I;

(iv) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(v) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III għal dan il-Ftehim, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Bosnja u Ħerzegovina għandha

(i) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju nazzjonali, tistabbilixxi korp nazzjonali ta' sorveljanza għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru tagħha fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(ii) tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bosnja u Ħerzegovina għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fil-Bosnja u Ħerzegovina u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati mill-Bosnja u Ħerzegovina jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bosnja u Ħerzegovina m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn Stati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bosnja u Ħerzegovina għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku msemmija fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fil-Bosnja u Ħerzegovina u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bosnja u Ħerzegovina għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fil-Bosnja u Ħerzegovina.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Bosnja u Ħerzegovina u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Bosnja u Ħerzegovina jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju.

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju l-Bosnja u Ħerzegovina għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tal-Bosnja u Ħerzegovina fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Bosnja u Ħerzegovina biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa tal-Bosnja u Ħerzegovina.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Bosnja u Ħerzegovina biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL III

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodu transitorju

1. Il-perjodu transitorju għandu jestendi mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tal-Bulgarija, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Bulgarija", kif ivverifikat b'valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea, u mhux aktar tard mid-dħul tal-Bulgarija fil-Komunitajiet Ewropej.

2. Fil-każ tal-Bulgarija, ir-referenzi għat-"tieni perjodu transitorju" f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi tiegħu għandhom ifissru l-perjodu transitorju msemmi f 'paragrafu 1.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

Sa l-aħħar tal-perjodu transitorju l-Bulgarija għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I kif previst fl-Artikolu 3 tal-Ftehim Prinċipali.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

matul il-perjodu tansitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bulgarija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fil-Bulgarija u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fil-Bulgarija u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Bulgarija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fil-Bulgarija.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tal-perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Bulgarija u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Bulgarija jew miċ-ċittadini tagħha mill-bidu tal-perjodu transitorju.

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fl-aħħar tal-perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tal-Bulgarija fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sikurezza l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Bulgarija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

Sa l-aħħar tal-perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Bulgarija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL IV

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tal-Kroazja, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Kroazja", kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll mill-Kroazja kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju l-Kroazja għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), id-Direttiva 96/67/KE (dwar il-groundhandling), ir-Regolament (KEE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament (KEE) Nru 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness I għal dan il-Ftehim;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju nazzjonali, tistabbilixxi korp nazzjonali ta' sorveljanza għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru tagħha fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(v) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III ta' dan il-Ftehim, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kroazja għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel u t-tieni perjodi transitorji trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Kroazja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fil-Kroazja u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Kroazja għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku kif previst fil-paragrafu (1) (a);

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fil-Kroazja u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Kroazja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fil-Kroazja.

(ċ) Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati mill-Kroazja jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-Kroazja m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn Stati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Kroazja u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Kroazja jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju.

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju, il-Kroazja għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tal-Kroazja fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Kroazja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa tal-Kroazja.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-Kroazja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL V

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha taħdem biex timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), id-Direttiva 96/67/KE (dwar il-groundhandling), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness I;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju nazzjonali, tistabbilixxi korp nazzjonali ta' sorveljanza għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru tagħha fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(v) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III ta' dan il-Ftehim, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn Stati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku kif previst fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju.

Artikolu 4

L-applikazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Minkejja l-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll, mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha

(i) tapplika fil-prattika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(ii) timponi li t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-prattika jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 261/2004;

(iii) ittemm il-kuntratt bejn il-Gvern ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Linji ta' l-Ajru tal-Maċedonja (MAT) jew iġġibu konformi mad-dritt Komunitarju.

Artikolu 5

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza, il-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 6

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I tal-Ftehim Prinċipali għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, il-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn, jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL VI

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tas-Serbja kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tas-Serbja kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju r-Repubblika tas-Serbja għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), id-Direttiva 96/67/KE (dwar il-groundhandling), ir-Regolament (KEE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' l-ajru fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness I;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju għar-Repubblika tas-Serbja, tistabbilixxi korp ta' sorveljanza għar-Repubblika tas-Serbja għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru tar-Repubblika tas-Serbja fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(v) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III ta' dan il-Ftehim, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju r-Repubblika tas-Serbja għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tas-Serbja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fir-Repubblika tas-Serbja u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mir-Repubblika tas-Serbja jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tas-Serbja m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tas-Serbja għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku kif previst fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fir-Repubblika tas-Serbja u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tas-Serbja għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fir-Repubblika tas-Serbja.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tar-Repubblika tas-Serbja u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mir-Repubblika tas-Serbja jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju r-Repubblika tas-Serbja għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Repubblika tas-Serbja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa tar-Repubblika tas-Serbja.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Repubblika tas-Serbja biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL VII

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tal-Montenegro kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll mir-Repubblika tal-Montenegro kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju r-Repubblika tal-Montenegro għandha

(i) tkun membru sħiħ ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56/KE (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), id-Direttiva 96/67/KE (dwar il-groundhandling), ir-Regolament (KEE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' l-ajru fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness I;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju għar-Repubblika tal-Montenegro, tistabbilixxi korp ta' sorveljanza għar-Repubblika tal-Montenegro għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru, tibda l-organizzazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru tar-Repubblika tal-Montenegro fi blokk jew blokok funzjonali, u tapplika użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru;

(v) tirratifika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III ta' dan il-Ftehim, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju r-Repubblika tal-Montenegro għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tal-Montenegro għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fir-Repubblika tal-Montenegro u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mir-Repubblika tal-Montenegro jew miċ-ċittadini tagħha u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tal-Montenegro m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tal-Montenegro għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku kif previst fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fir-Repubblika tal-Montenegro u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Repubblika tal-Montenegro għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fir-Repubblika tal-Montenegro.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tar-Repubblika tal-Montenegro u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mir-Repubblika tal-Montenegro jew miċ-ċittadini tagħha mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju r-Repubblika tal-Montenegro għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Montenegro fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

(3) Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Repubblika tal-Montenegro biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa tar-Repubblika tal-Montenegro.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Repubblika tal-Montenegro biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL VIII

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodu transitorju

1. Il-perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll mir-Rumanija, kif ivverifikat b'valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. Fil-każ tar-Rumanija, ir-referenzi għat-"tieni perjodu transitorju" f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi tiegħu għandhom ifissru l-perjodu transitorju msemmi taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

Sa l-aħħar tal-perjodu transitorju r-Rumanija għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 3

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

matul il-perjodu tansitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Rumanija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt fir-Rumanija u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fir-Rumanija u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mir-Rumanija għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fir-Rumanija.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tal-perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tar-Rumanija u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mir-Rumanija jew miċ-ċittadini tagħha mill-bidu tal-perjodu transitorju.

Artikolu 4

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fl-aħħar tal-perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni tar-Rumanija fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sikurezza, il-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Rumanija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 5

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

Sa l-aħħar tal-perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, il-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mir-Rumanija biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

PROTOKOLL IX

Arranġamenti Transitorji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-KE, min-naħa waħda, u l-Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Kompetenzi ta' l-UNMIK

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"UNMIK", kif joħorġu mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

Artikolu 2

Perjodi transitorji

1. L-ewwel perjodu transitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta' dan il-Protokoll mill-UNMIK kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

2. It-tieni perjodu transitorju għandu jestendi mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta' dan il-Protokoll mill-UNMIK kif ivverifikat minn valutazzjoni mwettqa mill-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet dwar it-transizzjoni

1. Sa l-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju l-UNMIK għandha

(i) timplimenta, mingħajr preġudizzju għall-istatus tagħha taħt id-dritt internazzjonali, il-Ħtiġiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti (JARs) adottati mill-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Konġunti u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni kif prevista fl-Anness I;

(ii) tapplika d-Dokument 30 ta' l-ECAC u għandha tipprova timplimenta l-leġislazzjoni kollha dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni prevista fl-Anness I;

(iii) tapplika r-Regolament (KEE) Nru 3925/91 (dwar l-eliminazzjoni tal-kontrolli applikabbli għall-bagalji tal-kabina u ta' l-istiva), ir-Regolament (KEE) Nru 2409/92 (dwar nolijiet u rati għas-servizzi ta' l-ajru), id-Direttiva 94/56 (dwar investigazzjonijiet ta' aċċidenti), ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 (dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' l-ajru fl-eventwalità ta' aċċidenti), id-Direttiva 2003/42/KE (dwar rapporti ta' okkorrenza), ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (dwar meta ma jitħallewx jitilgħu abbord), id-Direttiva 2000/79/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol fl-avjazzjoni ċivili) u d-Direttiva 2003/88/KE (dwar il-ħinijiet tax-xogħol) kif previst fl-Anness għal dan il-Ftehim;

(iv) tifred lill-fornitur tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru mill-korp regolatorju, tistabbilixxi jew tinnomina korp ta' sorveljanza għas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru;

(v) tapplika fil-prattika l-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal);

(vi) tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim Prinċipali jew fl-Anness III, skond liema minnhom ikun japplika.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-UNMIK għandha tapplika dan il-Ftehim inkluża l-leġislazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 4

Arranġamenti transitorji

1. Minkejja l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim Prinċipali,

(a) Matul l-ewwel perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-UNMIK għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn kwalunkwe punt f'Kosovo u kwalunkwe punt fi Stat Membru tal-KE;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati mill-UNMIK jew miċ-ċittadini tal-Kosovo u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-UNMIK m'għandhomx ikunu fil-maġġoranza proprjetà ta', jew effettivament ikkontrollati minn Stati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom.

(b) Matul it-tieni perjodu transitorju:

(i) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-UNMIK għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku kif previst fil-paragrafu (1) (a) i.;

(ii) it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fil-Kosovo u Partijiet Assoċjati oħrajn u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fi Stat Membru tal-KE;

(iii) it-trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati mill-UNMIK għandhom jitħallew jeżerċitaw drittijiet tat-traffiku bla limitu bejn punti fi Stati Membri tal-KE differenti u għandhom jitħallew jaqilbu, fi kwalunkwe punt, minn inġenju ta' l-ajru għal ieħor bil-kondizzjoni li t-titjira tkun parti minn servizz li jservi xi punt fil-Kosovo.

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "trasportatur ta' l-ajru tal-Komunità" għandha tfisser trasportatur ta' l-ajru liċenzjat minn Stat Membru tal-KE, min-Norveġja jew mill-Islanda.

3. L-Artikoli 7 u 8 tal-Ftehim Prinċipali m'għandhomx japplikaw sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-UNMIK u tal-Komunità li joħorġu liċenzji operattivi skond l-atti msemmija fl-Anness I tal-Ftehim Prinċipali, rispettivament, għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-Istati Membri tal-KE jew miċ-ċittadini tagħhom u għal trasportaturi li huma fil-maġġoranza proprjetà ta' jew effettivament ikkontrollati mill-UNMIK jew miċ-ċittadini tal-Kosovo mill-aħħar ta' l-ewwel perjodu transitorju.

Artikolu 5

Konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali

Fejn il-leġislazzjoni mniżżla fl-Anness I tal-Ftehim Prinċipali tipprovdi għall-obbligu li ssir parti minn konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali, għandu jitqies l-istatus speċjali ta' l-UNMIK taħt id-dritt internazzjonali.

Artikolu 6

Sikurezza ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu ta' l-ewwel perjodu transitorju l-UNMIK għandha tagħmilha ta' osservatur fix-xogħol ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

2. Fl-aħħar tat-tieni perjodu transitorju l-Kumitat Konġunt stabbilit skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Prinċipali għandu jiddetermina l-istatus u l-kondizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni ta' l-UNMIK fl-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

3. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet ta' sikurezza, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-UNMIK biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sikurezza. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

Artikolu 7

Sigurtà ta' l-avjazzjoni

1. Fil-bidu tat-tieni perjodu transitorju l-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif prevista fl-Anness I tal-Ftehim Prinċipali għandha titpoġġa għad-disposizzjoni ta' l-awtorità xierqa ta' l-UNMIK.

2. Sa l-aħħar tat-tieni perjodu transitorju, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sigurtà, l-Komunità Ewropea tista' titlob li l-permess għal trasportatur ta' l-ajru liċenzjat mill-UNMIK biex jopera fuq rotot ta' l-ajru lejn, minn jew fi ħdan il-Komunità Ewropea jkun soġġett għal valutazzjoni speċifika ta' sigurtà. Tali valutazzjoni għandha ssir bil-ħeffa mill-Komunità Ewropea sabiex jiġi evitat kull dewmien bla bżonn fl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku.

--------------------------------------------------

Top