This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005A1021(01)
Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tunisia, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia,the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union
Protokoll Għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, min-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka
Protokoll Għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, min-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka
ĠU L 278, 21.10.2005, p. 3–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 30–35
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2005/721/oj
Protokoll Għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, min-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka
Official Journal L 278 , 21/10/2005 P. 0003 - 0008
Official Journal L 173 , 27/06/2006 P. 0030 - 0035
Protokoll Għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, min-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA GRIEGA, IR-REPUBBLIKA TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA’ L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA TAL-PORTUGALL, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ, minn hawn 'il quddiem imsejħin "l-Istati Membri tal-KE", rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u L-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "Komunità", rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-waħda, u r-REPUBBLIKA TUNIŻINA, hawn taħt imsejħa "it-Tuniżija" min-naħa l-oħra, BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika Tuniżina, min-naħa l-oħra, hawn taħt imsejjaħ "Ftehim Ewro-Mediterranju", kien iffirmat fi Brussel fis- 17 ta' Lulju 1995 u daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Marzu 1998; BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (hawn taħt imsejjaħ "Trattat ta’ l-Adeżjoni") kien iffirmat f’Ateni fis- 16 ta’ April 2003 u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Mejju 2004; BILLI b'konformità ma’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003, l-adeżjoni tal-partijiet kontraenti l-ġodda għall-Ftehim Ewro-Mediterranju hi approvata permezz tal-konklużjoni tal-Protokoll għal dan il-Ftehim; BILLI l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju seħħu sabiex jassiguraw li kienu kkunsidrati l-interessi reċiproki tal-Komunità u tat-Tuniżija, JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuniżija, min-naħa l-oħra, u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim u d-dikjarazzjonijiet komuni, dikjarazzjonijiet unilaterali u skambji ta’ ittri. Artikolu 2 Sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara l-iskadenza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jirriferu għall-Komunità Ewropea għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-Komunità Ewropea, li ħadet id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar. KAPITOLU 1 EMENDI MAGĦMULA GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU U NOTEVOLMENT GĦALL-PROTOKOLLI TIEGĦU Artikolu 3 Prodotti agrikoli 1 Fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti bit-test li ġej: "1. L-importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat, li jaqa' taħt il-kowds NM 15091010 u 15091090, miksub kompletament mit-Tuniżija u trasportat direttament minn dan il-pajjiż għall-Komunità, huma aċċettati mill- 1 ta’ Jannar 2001, fil-Komunità, bla ebda dazju, fil-limitu ta' kwantità ta’ 50000 tunnellata. Kwantità annwali ta’ 700 tunnellata hi miżjuda magħhom mill- 1 ta’ Mejju 2004. 2. Din il-kwantità se tkun miżjuda mill- 1 ta’ Jannar 2002, kull sena, għal ċifra ta' 1500 tunnellata matul perijodu ta’ 4 snin sabiex tinlaħaq kwantità annwali ta’ 56700 tunnellata mill- 1 ta’ Jannar 2005." 2 Fit-Tabella li tidher fl-Anness tal-Protokoll Nru 1 li għandha x’taqsam mas-sistema applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Tuniżija, il-linja li tikkonċerna l-konċessjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kowd NM 150910 hi sostitwita mil-linja li ġejja: "Kowd NC | Deskrizzjoni tal-merkanzija | Rata ta’ tnaqqis tad-dazju MFN % | Kwoti tat-tariffi annwali jew għall-perijodu indikat (tunnellati f’piż nett) | Rata ta’ tnaqqis tad-dazju MFN lilhinn mill-kwoti tat-tariffi eżistenti (%) | Dispożizzjonijiet speċifiċi | 150910 | Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, verġni | 100 | 50000 + 700 | — | l-Artikolu 3(2)" | Artikolu 4 Regoli ta’ l-oriġini Il-Protokoll 4 hu emendat kif ġej: 1) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 jinbidel bit-test li ġej: "4. Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 mogħtija retrospettivament għandhom ikollhom wieħed minn dawn it-titoli: ES "EXPEDIDO A POSTERIORI" CS "VYSTAVENO DODATEČNĚ" DA "UDSTEDT EFTERFØLGENDE" DE "NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT" ET "VÄLJA ANTUD TAGANTJÄRELE" EL "ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ" EN "ISSUED RETROSPECTIVELY" FR "DÉLIVRÉ À POSTERIORI" IT "RILASCIATO A POSTERIORI" LV "IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI" LT "RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS" HU "KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL" MT "MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT" NL "AFGEGEVEN A POSTERIORI" PL "WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE" PT "EMITIDO A POSTERIORI" SL "IZDANO NAKNADNO" SK "VYDANÉ DODATOČNE" FI "ANNETTU JÄLKIKÄTEEN" SV "UTFÄRDAT I EFTERHAND" +++++ TIFF +++++ AR " 2) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 jinbidel bit-test li ġej: "2. Id-duplikat li jingħata għandu jkollu wieħed minn dawn it-titoli li ġejjin: ES "DUPLICADO" CS "DUPLIKÁT" DA "DUPLIKÁT" DE "DUPLIKAT" ET "DUPLIKAAT" EL "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ" EN "DUPLICATE" FR "DUPLICATA" IT "DUPLICATO" LV "DUBLIKĀTS" LT "DUBLIKATAS" HU "MÁSODLAT" MT "DUPLIKAT" NL "DUPLICAAT" PL "DUPLIKAT" PT "SEGUNDA VIA" SL "DVOJNIK" SK "DUPLIKÁT" FI "KAKSOISKAPPALE" SV "DUPLIKAT" +++++ TIFF +++++ AR " 3) L-Artikolu 22(4) hu emendat kif gej: "4. Fil-każijiet indikati fil-Paragrafu 3, il-punt (a), il-kaxxa "Osservazzjonijiet" taċ-ċeritifikat EUR.1 iġġib it-titoli li ġejjin: +++++ TIFF +++++ "PROCEDIMIENTO SIMPLIFICADO", "FORENKLET PROCEDURE", "VEREINFACHTES VERFAHREN", "AΠΛΟΥΣΤΕΥΜΕΝΗ ΔΙΑΔΙΚΑΣΙΑ", "SIMPLIFIED PROCEDURE", "PROCÉDURE SIMPLIFIÉE", "PROCEDURA SEMPLIFICATA", "VEREENVOUDIGDE PROCEDURE", "PROCEDIMENTO SIMPLIFICADO", "YKSINKERTAISTETTU MENETTELY", "FÖRENKLAT FÖRFARANDE", "ZJEDNODUŠENÝ POSTUP-ČLÁNEK", "LIHTSUSTATUD TOLLIPROTSEDUUR", "VIENKĀRŠOTA PROCEDŪRA", "SUPAPRASTINTA PROCEDURA", "EGYSZERŰSÍTETT ELJÁRÁS", "PROCEDURA SIMPLIFIKATA", "PROCEDURA UPROSZCZONA", "POENOSTAVLJEN POSTOPEK", "ZJEDNODUŠENÝ POSTUP", """ . Artikolu 5 Presidenza tal-Kumitat ta' Assocjazzjoni Fl-Artikolu 82, il-paragrafu 3 jinbidel bit-test li ġej: "3. Il-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni hi eżerċitata fuq bażi ta’ rotazzjoni minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u rappreżentant tal-gvern tar-Repubblika Tuniżina." KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI Artikolu 6 Provi ta’ l-oriġini u koperazzjoni amministrattiva 1. Provi ta’ l-oriġini maħruġa kif jixraq mit-Tuniżija jew minn Stat Membru ġdid taħt ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi mħaddma bejniethom għandhom jiġu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Portokoll, bil-kondizzjoni li: a) l-akkwist ta’ din l-oriġini jagħti trattament tariffarju preferenzjali skond il-miżuri tariffarji preferenzjali previsti kemm fil-Ftehim Ewro-mediterranju kemm fis-sistema Komunitarja ta’ preferenzi ġeneralizzati; b) il-prova ta’ l-oriġini u d-dokumenti ta’ trasport ikunu nħarġu mhux aktar tard mill-ġurnata ta’ qabel id-data ta’ l-adeżjoni; ċ) il-prova ta’ l-oriġini tkun mibgħuta lill-awtoritajiet tad-dwana f’perijodu ta’ żmien ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni. Fejn merkanzija tkun ġiet iddikjarata għall-importazzjoni jew fit-Tuniżija jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ l-adeżjoni, taħt ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi mħaddma bejn l-Iżrael u dak l-Istat Membru dak iż-żmien, tista’ tkun aċċettata prova ta’ l-oriġini maħruġa b’mod retrospettiv taħt dawk il-ftehim jew arranġamenti bil-kondizzjoni li jkunu sottomessi lill-awtoritajiet tad-dwana fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni. 2. It-Tuniżija u l-Istati Membri ġodda għandhom id-dritt li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu l-l-istatus ta' "esportatur approvat" fl-ambitu ta' ftehim preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejniethom, bil-kondizzjoni li: a) dispożizzjoni simili hi diġà prevista fl-Ftehim konkluż bejn it-Tuniżija u l-Komunità qabel id-data ta’ adeżjoni; b) l-esportatur awtorizzat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ skond dan il-Ftehim. Mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ adeżjoni, l-awtorizzazzjonijiet huma sostitwiti minn awtorizzazzjonijiet ġodda mogħtija b'konformità mal-kondizzjonijiet tal-Ftehim. 3. Talbiet għal verifika sussegwenti tal-prova ta’ l-oriġini maħruġa taħt il-ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti jew ta’ l-Iżrael jew ta' dawk ta’ l-Istati Membri għall-perijodu ta’ tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta’ l-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta’ tliet snin wara l-aċċettazzjoni tal-prova ta’ l-oriġini sottomessa lil dawk l-awtoritajiet bħala sostenn għad-dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni. Artikolu 7 Merkanzija in transitu 1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu jiġu applikati għal merkanzija esportata jew mit-Tuniżija lil wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn it-Tuniżija, li jħarsu d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li, fid-data ta’ l-adeżjoni jkunu jew fir-rotta jew f’ħażna temporanja, f’maħżen doganali jew f’żona ta’ mingħajr dazju fit-Tuniżija jew f’dak l-Istat Membru l-ġdid. 2. Jista’ jingħata trattament preferenzjali f’każi bħal dawn, suġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni, ta’ prova ta’ l-oriġini maħruġa b’mod retrospettiv mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta. KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 8 It-Tuniżija tintrabat li ma tippreżenta l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u li ma temenda jew tirtira l-ebda konċessjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT, b’konnessjoni mat-tkabbir tal-Komunità. Artikolu 9 Għas-sena 2004, iż-żieda tal-volum tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għall-importazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat se jkun ikkalkulat permezz ta’ prorata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jkun ikkunsidrat il-perijodu taż-żmien li jkun għadda qabel id-data prevista fl-Artikolu 12(2). Artikolu 10 Dan il-Protokoll jagħmel parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Annessi ta’ dan il-Protokoll jagħmlu parti integrali minnu. Artikolu 11 1. Dan il-Protokoll hu approvat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mit-Tuniżija, bi qbil mal-proċeduri adatti tagħhom. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq tal-proċeduri korrispondenti tagħhom. L-instrumenti ta’ approvazzjoni huma reġistrati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 12 1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni. 2. Dan il-Protokoll japplika b'mod proviżorju mill- 1 ta' Mejju 2004. Artikolu 13 Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Għarbija, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku. Artikolu 14 It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li jagħmlu parti integrali minnu, u l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu, għandhom jitfasslu fil-lingwa Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena, u dawn it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi. Hecho en Luxemburgo, el treinta y uno de mayo del dos mil cinco. V Lucemburku dne třicátého prvního května dva tisíce pět. Udfærdiget i Luxembourg den enogtredivte maj to tusind og fem. Geschehen zu Luxemburg am einunddreißigsten Mai zweitausendfünf. Kahe tuhande viienda aasta maikuu kolmekümne esimesel päeval Luxembourgis. 'Εγινε στo Λουξεμβούργο, στις τριανταμία Μαΐου δύο χιλιάδες πέντε. Done at Luxembourg on the thirty–first day of May in the year two thousand and five. Fait à Luxembourg, le trente–et–un mai deux mille cinq. Fatto a Lussembourgo, addi' trentuno maggio duemilacinque. Luksemburgā, divtūkstoš piektā gada trīsdesmit pirmajā maijā. Priimta du tūkstančiai penktų metų gegužės trisdešimt pirmą dieną Liuksemburge. Kelt Luxembourgban, a kettőezer ötödik év május harmincegyedik napján. Magħmul fil-Lussemburgu, fil- wieħed u tletin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u ħamsa. Gedaan te Luxemburg, de eenendertigste mei tweeduizend vijf. Sporządzono w Luksemburgu dnia trzydziestego pierwszego maja roku dwutysięcznego piątego. Feito em Luxemburgo, em trinta e um de Maio de dois mil e cinco. V Luxembourgu, enaintridesetega maja leta dva tisoč pet. V Luxemburgu dňa tridsiateho prvého mája dvetisícpäť. Tehty Luxemburgissa kolmantenakymmenentenäensimmäisenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaviisi. Som skedde i Luxemburg den trettioförsta maj tjugohundrafem. +++++ TIFF +++++ Por los Estados miembros Za členské státy For medlemsstaterne Für die Mitgliedstaaten Liikmesriikide nimel Για τα κράτη μέλη For the Member States Pour les États membres Per gli Stati membri Dalîbvalstu vārdā Valstybių narių vardu A tagállarnok réseéröl Għall-Istati Membri Voor de lidstaten W imieniu Państw Członkowskich Pelos Estados-Membros Za členské štáty Za države članice Jäsenvaltioiden puolesta Pä medlemsstaternas vägnar +++++ TIFF +++++ Por la Comunidad Europea Za Evropské společenství For Det Europæiske Fællesskab Für die Europäische Gemeinschaft Euroopa Ühenduse nimel Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα For the European Community Pour la Communauté européenne Per la Comunità europea Eiropas Kopienas värdā Europos bendrijos värdā az Európai Közösség részéről Għall-Komunità Ewropea Voor de Europese Gemeenschap W imieniu Wspólnoty Europejskiej Pela Comunidade Europeia Za Európske spoločenstvo Za Ecropsko skupnost Euroopan yhteisön puolesta På Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ Por la República de Túnez Za Tuniskou republiku For Den Tunesiske Republik Für die Tunesische Republik Tuneesia Vabariigi nimel Για τη Δημοκρατία της Τυνησίας For the Republic of Tunisia Pour la République Tunisienne Per la Repubblica Tunisina Tunisijas Republikas värdā Tuniso Respublikos vardu A Tunéz Köztársaság részéről Għar-Repubblika tat-Tuniżija Voor de Republiek Tunesië W imieniu Republiki Tunezyjskiej Pela República da Tunísia Za Tuniskú republiku Za Republiko Tunizijo Tunisian tasavallan puolesta For Republiken Tunisien +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------