This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22005A0927(01)
Protocol to the Agreement on Cooperation and Customs Union between the European Economic Community and the Republic of San Marino, regarding the participation, as contracting parties, of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic, pursuant to their accession to the European Union
Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea
Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 251, 27.9.2005, p. 3–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 322–326
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2005/663/oj
Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea
Official Journal L 251 , 27/09/2005 P. 0003 - 0006
Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0322 - 0326
Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ, (L-"ISTATI MEMBRI") rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u, IL-KOMUNITÀ EWROPEA, rappreżentata wkoll mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO, min-naħa l-oħra, WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino tas- 16 ta’ Diċembru 1991 ("il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl- 1 ta' April 2002, WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika ta’ Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, ("l-Istati Membri l-ġodda") għall-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004, BILLI l-Istati Membri ġodda se jsiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, WARA LI KKUNSIDRAW li t-Trattat ta' Adeżjoni jiggarantixxi lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea s-setgħa li jikkonkludi, f’isem l-Istati Membri attwali u l-Istati Membri l-ġodda, protokoll dwar l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim, FTIEHMU DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 B'dan l-Istati Membri ġodda qed isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. Għandhom jadottaw u jagħtu każ rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri attwali, tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali tal-Ftehim. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, f'isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mir-Repubblika ta’ San Marino skond il-proċeduri tagħhom. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq ta' dawn il-proċeduri. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha jkun depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni. Artikolu 5 It-testi ta' dan il-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonjiet annessi miegħu, huma mfassla bil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi tal-lingwi l-oħra li bihom il-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla. Artikolu 6 Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola u Svediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiċi. Hecho en Bruselas, el cuatro de mayo de dos mil cinco. V Bruselu dne čtvrtého května dva tisíce pět. Udfærdiget i Bruxelles den fjerde maj to tusind og fem. Geschehen zu Brüssel am vierten Mai zweitausendfünf. Kahe tuhande viienda aasta maikuu neljandal päeval Brüsselis. Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τέσσερις Μαΐου δύο χιλιάδες πέντε. Done at Brussels on the fourth day of May in the year two thousand and five. Fait à Bruxelles, le quatre mai deux mille cinq. Fatto a Bruxelles, addì quattro maggio duemilacinque. Briselē, divtūkstoš piektā gada ceturtajā maijā. Priimta du tūkstančiai penktų metų gegužės ketvirtą dieną Briuselyje. Kelt Brüsszelben, a kettőezer-ötödik év május havának negyedik napján. Magħmul fi Brussel, fl-erbgħa jum ta' Mejju tas-sena elfejn u ħamsa. Gedaan te Brussel, de vierde mei tweeduizend vijf. Sporządzono w Brukseli dnia czwartego maja roku dwatysiące piątego. Feito em Bruxelas, em quatro de Maio de dois mil e cinco. V Bruslju, četrtega maja leta dva tisoč pet. V Bruseli dňa štvrtého mája dvetisícpäť. Tehty Brysselissä neljäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaviisi. Som skedde i Bryssel den fjärde maj tjugohundrafem. Por los Estados miembros Za členské státy For medlemsstaterne Für die Mitgliedstaaten Liikmesriikide nimel Για τα κράτη μέλη For the Member States Pour les États membres Per gli Stati membri Dalībvalstu vārdā Valstybių narių vardu A tagállamok részéről Ghall-Istati Membri Voor de lidstaten W imieniu Państw Członkowskich Pelos Estados-Membros Za členské štáty Za države članice Jäsenvaltioiden puolesta På medlemsstaternas vägnar +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades Europeas Za Evropská společenstvi For de Europæiske Fællesskaber Für die Europäischen Gemeinschaften Euroopa ühenduste nimel Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες For the European Communities Pour les Communautés européennes Per le Comunità europee Eiropas Kopienu vārdā Europos Bendrijų vardu Az Európai Közösségek részéről Ghall-Komunitajiet Ewropej Voor de Europese Gemeenschappen W imieniu Wspólnot Europejskich Pelas Comunidades Europeias Za Európske spoločenstvá Za Evropske skupnosti Euroopan yhteisöjen puolesta På Europeiska gemenskapernas vägnar +++++ TIFF +++++ Por la República de San Marino Za Republiku San Marino For Republikken San Marino Im Namen der Republik San Marino San Marino Vabariigi nimel Για τη Δημοκρατία του Αγίου Μαρίνου For the Republic of San Marino Pour la République de Saint-Marin Per la Repubblica di San Marino Sanmarīno Republikas vārdā San Marino Respublikos vardu A San Marino Köztársaság részéről Għar-Repubblika ta' San Marino Voor de Republiek San Marino W imieniu Republiki San Marino Pela República de São Marino Za Sanmarínsku republiku Za Republiko San Marino San Marinon tasavallan puolesta På Republiken San Marinos vägnar +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------