Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0699

    Id-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tad- 29 ta'April 2004 li għandha x'taqsam ma' l-estensjoni tan-netwerk ta' komunikazzjoni komuni ( common communication network ) /interattività bejn sistemi komuni ( common systems interface ) (CCN/CSI)

    ĠU L 318, 19.10.2004, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 1–2 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/699/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2004 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ANDORRA

    tad-29 ta'April 2004

    li għandha x'taqsam ma' l-estensjoni tan-netwerk ta' komunikazzjoni komuni (“common communication network”)/interattività bejn sistemi komuni (“common systems interface”) (CCN/CSI)

    (2004/699/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim f'forma ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat t'Andorra ffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta' Ġunju 1990 (1), u partikolarment l-Artikoli 7 u 17(8) sussegwenti,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-3 ta' Settembru 2003 dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi neċessarji għal tħaddim tajjeb t'għaqda doganali (2003/692/KE) (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-regoli tal-Komunità applikati minn Andorra jaħsbu għall-użu tat-tekonoloġija ta' l-informatika u netwerks tal-kompjuter għall-iskopijiet ta' applikazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet, u partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mal-mogħdija mill-Komunità.

    (2)

    L-użu ta' dawn it-teknoloġiji, partikolarment is-sistema ġdida ta' mogħdija kompjuterizzata (NCTS), għandha bżonn l-użu tas-CCN/CSI żviluppata mill-Komunità.

    (3)

    Il-Komunità għandha tawtorizza l-estensjoni tas-CCN/CSI għal Andorra biex tippermetti l-implimentazzjoni tal-provvedimenti tal-Ftehim li jistabbilixxi għaqda doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Andorra.

    (4)

    Ir-regoli u l-proċeduri prattiċi għal din l-estensjoni u l-impenji tal-Komunità u Andorra f'din il-Konnessjoni għandhom jitniżżlu wkoll,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Komunità tawtorizza l-estensjoni għal Andorra tan-netwerk ta' komunikazzjoni komuni (“common communication network”)/interattività bejn sistemi komuni (“common systems interface”) (CCN/CSI) żviluppata mill-Komunità.

    Artikolu 2

    1.   Il-Partijiet se jimxu ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi miktuba fid-dokumenti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni li kienet disponibbli għal Andorra, flimkien ma' kwalunkwe emendi futuri li jistgħu jsiru b'konnessjoni mal-proġett.

    2.   Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“Il-Kummissjoni”) ser timmaniġja u tiżviluppa sistema għal Andorra skond il-linji ta' gwida mfassla mill-Kumitat tal-Politika Doganali — Il-Kumitat ta' Ħidma dwar l-Ipproċessar tad-Data — CCN/CSI Sotto-grupp Tekniku (CPC-CWP-CCN/CSI).

    3.   Il-Partijiet se jimxu mar-regoli dwar il-politika ta' sigurtà ġenerali miktuba u deċiżi fil-qafas tal-proġett.

    4.   Bl-istess mod, Andorra ħa żżomm informati l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea dwar ix-xejriet ġenerali u l-aspetti ta' l-iżvilupp tas-CCN/CSI li aktarx ikollhom impatt fuq l-ispejjeż tagħhom.

    Artikolu 3

    1.   Il-Kummissjoni se tinforma lil Andorra dwar il-fornituri tas-serivizz lil min suppost japplikaw biex jakkwistaw is-servizzi neċessarji għall-installazzjoni tas-sistema CCN/CSI u l-appoġġ tekniku.

    2.   L-Andorra se tieħu l-miżuri meħiteġa biex timxi ma' l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni f'każ ta' bidla tal-fornituri tas-servizz fil-proġett.

    3.   Wara li tispiċċa l-installazzjoni tan-netwerk u l-konklużjoni tal-kuntratti li jagħtu lil Andorra s-servizzi relatati mas-CCN/CSI, l-ispejjeż ta' l-użu ta' dak in-netwerk jitħallsu minn Andorra.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-29 ta' April 2004.

    Magħmula fi Brussell tad-29 ta' April 2004,

    Għall-Kumitat Kongunt KE-Andorra

    Il-President

    Matthias BRINKMANN


    (1)  ĠU L 374, tat-31.12.1990, p. 14.

    (2)  ĠU L 253, tas-7.10.2003, p. 3.


    Top