EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22004D0014
Decision of the EEA Joint Committee No 14/2004 of 6 February 2004 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 116, 22.4.2004, p. 66–67
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0066 - 0067
Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE ta' l-24 ta' Novembru 1999 konnessa mad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista ta' prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-stħarriġ ta' l-istrutturi ta' artijiet agrikoli mikrija [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 ta' l-24 ta' Lulju 2002 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE konness mad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-istħarriġ ta' l-istruttura ta' artijiet agrikoli mikrija [3], għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim: "23a. 32000 D 0115: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE ta' l-24 ta' Novembru 1999 konnessa mad-definizzjonijiet tal-karateristiċi, il-lista ta' prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' artijiet agrikoli mikrija (ĠU L 38, tat-12.2.2000, p. 1), kif emendata bi: - 32002 R 1444: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 ta' l-24 ta' Lulju 2002 (ĠU L 216, tat-12.8.2002, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: (a) il-punt G/05 I (d) ta' l-L-Anness I m'għandux japplika għan-Norveġja; (b) is-subparagrafu li ġej għandu jinżdied fil-punt H/03 II ta' l-L-Anness I: "4. Art forestjiera mhux produttiva u żoni koperti minn arbuxelli forestjieri." (ċ) is-subparagrafu li ġej għandu jinżdied fil-punt H/02 II ta' l-L-Anness I: "Barramindan, li ġej għandu jkun eskluż għan-Norveġja: - Art forestjiera mhux produttiva u żoni koperti minn arbuxelli forestjieri." (d) l-aħħar sentenza tal-Punt J/15 II ta' l-L-Anness I m'għandux japplika għan-Norveġja; (e) li ġej għandu jinżdied mal-lista fit-II (3) taħt 'In-numru ta' ħaddiema fir-razzett fl-azjenda (art agrikola mikrija)' fil-punt L (Numru ta' ħaddiema fir-razzett) fl-Anness I: "L-Islanda: 16-il sena Il-Liechtenstein: 16-il sena In-Norveġja 16-il sena"" Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2000/115/KE u r-Regolament (KE) Nru 1444/2002 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, 6 ta' Frar 2004. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 60. [2] ĠU L 38, tat-12.2.2000, p. 1. [3] ĠU L 216, tat-12.8.2002, p. 1. [4] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------