Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0013

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 116, 22.4.2004, p. 65–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/13(2)/oj

    22004D0013



    Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0065 - 0065


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 13/2004

    tas-6 ta' Frar 2004

    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 tat-3 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunisll dwar statistiċi ta' trasport ferrovjali [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    (3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tkun applikata għall-Islanda,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Li ġej għandu jinżdied fil-punt 7 (Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 32003 R 1192: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 tat-3 ta' Lulju 2003 (ĠU L 167, ta' l-4.7.2003, p. 13)."

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (KE) Nru 1192/2003 fil-lingwa Norveġiża, li għandu jkun ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) mal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 60.

    [2] ĠU L 167, ta' 4.7.2003, p. 13.

    [3] Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top