EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0170

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 88, 25.3.2004, p. 41–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/170(2)/oj

22003D0170



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 170/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar is-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE tal-21 ta' Marzu 2003 li temenda, għall-għanijiet biex ikun adattat il-progress tekniku, id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill konnessa mal-mases u dimensjonijiet (qisien) ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom [2] għand tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jinżdied mal-punt 45w (id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32003 L 0019: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE tal-21 ta' Marzu 2003 (ĠU L 79, tas-26.3.2003, p. 6)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2003/19/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 14.

[2] ĠU L 79, tas-26.3.2003, p. 6.

[3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.

--------------------------------------------------

Top