This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003D0163
Decision of the EEA Joint Committee No 163/2003 of 7 November 2003 amending Protocol 30 to the EEA Agreement, on specific provisions on the organisation of cooperation in the field of statistics
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Protokoll 30 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fuq l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Protokoll 30 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fuq l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
ĠU L 41, 12.2.2004, p. 64–66
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0064 - 0066
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Protokoll 30 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fuq l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) Il-Protokoll 30 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 99/2000 tas-27 ta' Ottubru 2000 [1]. (2) Il-programm statistiku ŻEE għandu jkun ibbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità 2003 to 2007 [2] u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa biex jiddeskrivu u jimmonitorjaw l-aspetti kollha relevanti ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-Żona Ekonomika Ewropea. (3) Il-programm statistiku ŻEE għandu jagħti kont tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar statistika tal-Komunità [3]. (4) Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu għalhekk ikun emendat biex jippermetti li sseħħ dik il-kooperazzjoni estiża mill-1 ta' Jannar 2003, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll 30 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej: 1. dan li ġej huwa mdaħħal qabel il-paragrafu 1: "I. Programm statistiku 1998 sal-2002" ; 2. san li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 7: "II. Programm statistiku 2003 sal-2007 1. Konferenza ta' rappresentanti ta'organizzazzjonijiet nazzjonali statistiċi tal-Partijiet Kontraenti, l-Uffiċċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropew (Eurostat) u l-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku tal-Istati EFTA (OSA EFTA) għandhom jiggwidaw il-kooperazzjoni statistika u jiżviluppaw programmi u proċeduri għall-kooperazzjoni statistika b'koordinazzjoni mill-qrib ma' dawk tal-Komunità u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Din il-konferenza u l-Kumitat tal-Programm Statistiku (SPC) għandhom jorganizzaw il-kompiti tagħhom għall-finijiet ta' dan il-Protokoll f'laqgħat kombinati magħrufa bħala l-Konferenza SPC/EEA skond Regoli speċifiċi ta' Proċedura li għandhom jiġu stabbiliti mill-Konferenza SPC/EEA. 2. Il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill li dwarhom hemm referenza fil-paragrafu 7 għandhom jikkostitwixxu l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2007. L-oqsma prinċipali kollha u t-temi statistiċi tal-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 għandhom ikunu kunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika ŻEE u għandhom ikun miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati EFTA. Mill-1 ta' Jannar 2003, programm statistiku speċifiku ŻEE ta' kull sena għandu jiġi żviluppat kull sena mill-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku b'konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Gruppi ta' Ħidmatal-Istituzzjonijiet Statistiċi nazzjonali EFTA. Il-programm statistiku EFTA ta' kull sena għandu jkun ibbażat fuq subsett ta', u f'parallel mal-programm ta' ħidma ta' kull sena elaborat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 7. 3. L-Istati EFTA għandhom, sa mill-bidu tal-kooperazzjoni li għandha x'taqsam mal-programmi u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jipparteċipaw bis-sħiħ mingħajr id-dritt tal-vot fil-kumitati tal-Komunitajiet u korpi oħra, li jgħinu lill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea fl-amministrazzjoni jew l-iżvilupp ta' dawn il-programmi u azzjonijiet. 4. L-informazzjoni statistika mill-Istati EFTA għandha tiġi trasmessa mill-Istati EFTA lill-Eurostat għall-ħażna, proċessar u tixrid. Għal dan il-għan, l-OSA EFTA għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati EFTA u l-Eurostat sabiex jiżgura li d-data mill-Istati EFTA tiġi trasmessa kif imiss u mxerrda lill-gruppi varji tal-utenti permezz tal-mezzi normali ta' tixrid bħala parti mill-istatistika ŻEE. L-immaniġġar tal-istatistika mill-Istati EFTA għandu jiġi regolat bir-Regolament tal-Kunsill imsemmi fil-paragrafu 7. 5. Mill-1 ta' Jannar 2003, l-Istati EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji mehmusa miegħu ammont li jirrappresenta 75 fil-mija tal-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit B5-6 0 0 A u B5-6 0 0 B jew artikolu li jissostitwih (politika dwar informazzjoni statistika) imdaħħla fil-baġit tal-Komunità. L-Istati EFTA għandhom iħallsu n-nefqiet addizzjonali magħmula mill-Eurostat għall-ħażna, pproċessar u tixrid tad-datamill-pajjiżi tagħhom skond il-Memorandum relevanti ta' Ftehim bejn is-Segretarjat EFTA u l-Eurostat li jikkonċerna l-kontribuzzjoni EFTa relatata ma' dan il-paragrafu. L-Istati EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż ġenerali tal-Komunità minbarra dawk magħmula għall-ħażna, tixrid jew ipproċessar ta' dataskond l-Artikolu 82(1)(b) tal-Ftehim. 6. Rapport li jistma jekk il-miri, prijoritajiet u azzjonijiet ippjanati matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2007 ikunux inkisbu, għandu jintgħamel u jintbagħat lill-konferenza SPC/EEA li dwarha hemm referenza fil-paragrafu 1 u lill-Kumitat Konġunt ŻEE. 7. L-atti li ġejjin tal-Komunità huma l-għan ta' dan il-Protokoll: - 397 R 0322: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1), - 32002 D 2367: Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 (ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 1)." Artikolu 2 Il-lista ta' kumitati miftiehma mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li tinsab fil-Minuta Miftiehma tal-Protokoll 30 tan-negozjati għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar u l-Istati Membri tagħhom u l-Istati EFTA dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni mill-Istati EFTA f'xi kumitat jew korp ieħor tal-Komunità skond il-paragrafu 3 tal-Protokoll 30 kif emendat b'din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [4]. Huwa għandu tgħodd mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 7, tal-11.1.2001, p. 29. [2] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 1. [3] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. [4] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------