Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0147

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 147/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 41, 12.2.2004, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/147(2)/oj

22003D0147



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0033 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 147/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 109/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2003/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 li temenda għall-24 darba id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li tirrelata mar-restrizzjonijiet dwar il-marketingu l-użi ta' ċerti sustanzi perikolużi u preparazzjonijiet (etere pentabromodiphenyl, etere octabromodiphenyl) [3], kif korretta bil-ĠU L 170, tad-9.7.2003, p. 31, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Direttiva 2002/95/KE tiddependi fuq referenza għad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 [4], li mhix inkorporata fil-Ftehim, iżda li l-inkorporazzjoni tagħha qed tiġi kunsidrata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II li jinsab mal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

1. L-inżiċ li ġej huwa miżjud mal-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE):

"- 32003 L 0011: Id-Direttiva 2003/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 (ĠU L 42, tal-15.2.2003, p. 45), kif korretta bil-ĠU L 170, tad-9.7.2003, p. 31.";

2. Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 12p (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1687/2002):

"12q. 32002 L 0095: Id-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 19)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2002/95/KE u 2003/11/KE kif korretti bil-ĠU L 170, tad-9.7.2003, p. 31, fil-lingwi tal-Iżlanda u tan-Norveġja,li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 22.

[2] ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 19.

[3] ĠU L 42, tal-15.2.2003, p. 45.

[4] ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 24.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati.

--------------------------------------------------

Top