This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003D0140
Decision of the EEA Joint Committee No 140/2003 of 7 November 2003 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 41, 12.2.2004, p. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0009 - 0010
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummsjoni 2003/100/KE tat-13 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi sabiex jiġu stabbiliti programmi tat-tagħmir għalbiex jirreżistu l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli fin-nagħaġ [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/181/K tat-13 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/657/KE rigward li jiġu ffissati l-limiti minimi tat-twettiq tax-xogħol meħtieġa (il-MRPLs) għal ċerti fdalijiet fl-ikel ta' oriġini mill-annimali [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 650/2003 tal-10 ta' April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Patlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-importazzjon tan-nagħaġ u l-mogħoż ħajjin [4] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. (5) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. l-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-parti 7.1: "- 32003 R 0650: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 650/2003 tal-10 ta' April 2003 (ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 15)." 2. l-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 19 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE) fil-parti 7.2: "kif emendata bi: - 32003 D 0181: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/181/KE tal-13 ta' Marzu 2003 (ĠU L 71, tal-15.3.2003, p. 17)."; 3. il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 19 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE) fil-parti 7.2: "20. 32003 D 0100: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/100/KE tat-13 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi sabiex jiġu stabbiliti programmi tat-tagħmir għalbiex jirreżistu l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli fin-nagħaġ (ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 41)". Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/100/KE u 2003/181/KE u tar-Regolament 650/2003 fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 8. [2] ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 41. [3] ĠU L 71, tal-15.3.2003, p. 17. [4] ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 15. [5] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------