Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0138

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 41, 12.2.2004, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/138(2)/oj

    22003D0138



    Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0004 - 0006


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 138/2003

    tas-7 ta' Novembru 2003

    li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/42/KE tal-10 ta' Jannar 2003 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/118/KEE rigward il-ħtiġiet tal-kollaġen [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/44/KE tas-17 ta' Jannar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE li tirreġistra l-konformità ta' ċerti Stati Membri jew ta' reġjuni mal-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-bruċellosi (il-B. melitensis) u skond dawn l-istatus ta' Stat Membru jew ta' reġjun uffiċjalment ħielsa mill-marda [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/60/KE ta' l-24 ta' Jannar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/256.KE li tinnomina istitut speċifiku responsabbli li jistabbilixxi ċerti kriterji meħtieġa sabiex jiġu standardizzati ċerti testijiet seroloġiċi għalbiex jimmonitorjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabbja, rigward l-approvazzjoni tal-laboratorji fil-pajjiżi terzi [4], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/130/KE tas-26 ta' Frar 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE sabiex tinkludi t-territorju kollu tal-Ġermanja fil-lista ta' l-Istati Membri u tar-reġjuni ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u ċerti dipartimenti Franċiżi fil-listi ta' l-Istati Membri u tar-reġjuni ħielsa minn din il-marda u r-reġjuni fejn qegħin f'posthom il-programmi approvati ta' l-eradikazzjoni [5] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/164/KE tal-10 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 1999/466/KE li tistabbilixxi l-istatus tal-merħliet ta' l-ifrat ta' ċerti Stati Membri jew regjuni fi Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi [6] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/177/KE tat-12 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 1999/465/KE li tistabbilixxi l-istatus tal-merħliet ta' l-ifrat ta' ċerti Stati Membri jew reħjuni fi Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina [7] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/237/KE tat-3 ta' April 2003 li temenda f-Deċiżjoni 93/52/KEE rigward il-għarfien ta' ċerti provinċji Taljani bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi [8] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (9) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitoli I ta' l-Anness I mal-Ftehim huwa emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/42/KE, 2003/44/KE, 2003/60/KE, 2003/130/KE 2003/164/KE, 2003/177/KE u 2003/237/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [9].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE

    Il-President

    HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

    [1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 8.

    [2] ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 24.

    [3] ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 37.

    [4] ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 30.

    [5] ĠU L 52, tas-27.2.2003, p. 9.

    [6] ĠU L 66, tal-11.3.2003, p. 49.

    [7] ĠU L 70, ta' l-14.3.2003, p. 50.

    [8] ĠU L 87, ta' l-4.4.2003, p. 13.

    [9] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    MAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 138/2003

    Il-Kapiolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt:

    1. L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/52/KEE) fil-parti 4.2:

    "- 32003 D 0044: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/44/KE tas-17 ta' Jannar 2003 (ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 37),

    - 32003 D 0237: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/237/KE tat-3 ta' April 2003 (ĠU L 87, ta' l-4..2003, p. 13)."

    ;

    2. L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 46 (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/466/KE) fil-parti 4.2:

    "- 32003 D 0164: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/164/KE tal-10 ta' Marzu 2003 (ĠU L 66, tal-11.3.2003, p. 49)."

    3. L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/258/KE) fil-parti 4.2:

    "kif emendata bi:

    - 32003 D 0060: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE ta' l-24 ta' Jannar 2003 (ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 30)."

    ;

    4. L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 60 (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/465/KE) fil-parti 4.2:

    "- 32003 D 0177: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/177/KE tat-12 ta' Marzur 2003 (ĠU L 70, ta' l-14.3.2003, p. 50)."

    5. L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 64 (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/618/KE) fil-parti 4.2:

    "- 32003 D 0130: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/130/KE tas-26 ta' Frar 2003 (ĠU L 52, tas-27.2.2003, p. 9)."

    6. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) fil-parti 8.1:

    "- 32003 D 0042: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/42/KE tal-10 ta' Jannar 2003 (ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 24)."

    --------------------------------------------------

    Top