Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0133

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 331, 18.12.2003, p. 70–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/133(2)/oj

    22003D0133



    Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0070 - 0071


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 133/2003

    tas-26 ta' Settembru 2003

    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-AnnessXXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2003 ta' l-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2004 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol li jipprovdi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 [2], għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    (3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 18ad (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim:

    "18ae. 32003 R 0247: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2003 ta' l-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2004 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol li jipprovdi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 5).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Dan ir-Regolament ma' japplikax għal-Liechtenstein."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 247/2003 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifii kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

    [1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 32.

    [2] ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 5.

    [3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top