Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0096

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 272, 23.10.2003, p. 34–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/96(2)/oj

    22003D0096



    Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0034 - 0034


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 96/2003

    tal-11 ta' Lulju 2003

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "Il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 [1].

    (2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża biex tinkludi id-Deċiżjoni Nru 451/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 li temenda d-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE li tistabbilixxi it-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni "Socrates" [2],

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2c) (Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 32003 D 0451: Deċiżjoni Nru 451/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 (ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 6)."

    L-Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Lulju 2003, jekk kemm -il darba kull notifikazzjoni fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, 11ta' Lulju 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

    [1] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 42.

    [2] ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 6.

    [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

    --------------------------------------------------

    Top