Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0094

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 272, 23.10.2003, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/94/oj

    22003D0094



    Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0031 - 0031


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 94/2003

    tal-11 ta' Lulju 2003

    li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jimmodifika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XXI ta' mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2003 tat-30 ta' Diċembru 2002 li jikkonċerna t-tixrid ta' tagħrif statistiku dwar il-ġarr stradali ta' merkanzija [2] ikollu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7f (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98) ta' l-Anness XXI ta' mal-Ftehim:

    "7g. 32003 R 0006: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2003 tat-30 ta' Diċembru 2002 li jikkonċerna t-tixrid ta' tagħrif statistiku dwar il-ġarr stradali ta' merkanzija (ĠU L 1, ta' l-4.1.2003, p. 45).

    Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw ma' l-adattamenti li ġejjin:

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Islanda."

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (KE) Nru 6/2003 fl-ilsien Norveġiż, li jrid jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Lulju 2003, iżda n-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim iridu jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Lulju 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

    [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 50.

    [2] ĠU L 1, ta' l-4.1.2003, p. 45.

    [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

    --------------------------------------------------

    Top