Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0065

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2003 tal-20 ta' Ġunju 2003 li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fiżjosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 257, 9.10.2003, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/65(2)/oj

    22003D0065



    Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0001 - 0003


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 65/2003

    tal-20 ta' Ġunju 2003

    li temenda l-Anness I (Ħwejjeġ veterinarji u fiżjosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra il-Ftehim fuq iż-ŻEE, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I ghall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2003 tal-14 ta' Marzu 2003 [1].

    (2) Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar l-enċifalopatija sponġiformi li tista' tinxtered u l-għalf tal-proteini tal-annimali [2] għandu jiġi mdaħħal fil-Ftehim.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/9/KE tad-29 ta' Diċembru 2000 dwar miżuri ta' kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-enċifalopatija sponġiformi li tista' tinxtered u l-għalf tal-proteini tal-annimali [3].

    (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/165/KE tas-27 ta' Frar 2001 li fir-rigward ta' proetini idrolizzzati teemnda id-Deċiżjoni Nru 2001/9/KE dwar miżuri ta' kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-l-enċifalopatija sponġiformi li tista' tinxtered u l-għalf tal-protieni tal-annimali [4] għandu jkun inkluż fil-Ftehim.

    (5) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/248/KE tas-27 ta' Marzu 2002 li temenda id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/766/KE u id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/9/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma l-enċifalopatija sponġiformi li tinxtered u l-għalf ta' proteini tal-annimali [5] għandu jkun mdaħħal f'da il-Ftehim.

    (6) Din id-Deċiżjoni m'għandiex tgħodd għall-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' L-ANNESS I għall-Ftehim għnadu jkun emendat kif ġej:

    1. Dan il-pnt għandu jiġI mdaħħal wara punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 90/167/KE) f'Parti 7.1:

    "11. 32000 D 0766: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/766/KE tal-4 ta' Diċembru 2000 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar enċifalopatiji sponġiformi li jinxterdu u l-għalf ta' proteini tal-annimali (ĠU L 306,.12.2000, p. 32), kif emendat bil-:

    - 32002 D 0248: Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/248/KE tas-27 ta' Marzu 2002 (ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 71).

    Dan l-att jgħodd ukoll għall-Islanda għal dawk l-oqsma koperti bl-atti speċifiċi li ghalihom hemm riferenza fil-paragradu 2 tal-parti introduttorja."

    2. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 15 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/159/KE, mħassar) f'Parti 7.2:

    "16. 32001 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/9/KE tad- 29 ta' Diċembru 2000 dwar miżuri ta' kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-enċifalopatija sponġiformi li tinxtered l-għalf tal-proteini tal-annimali (ĠUO L 2, tal-5.1.2001, p. 32), kif emendat bil-:

    - 32001 D 0165: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/165/KE tas-27 ta' Frar 2001 (ĠU L 58, tat-28.2.2001, p. 43),

    - 32002 D 0248: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/248/KE tas-27 ta' Marzu 2002 (ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 71).

    Dan l-att jgħodd ukoll għall-Islanda għal dawk l-oqsma li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-parti introduttorja."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2000/766/KE, 2001/9/KE, 2001/165/KE u 2002/248/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-DeċIżjoni ser tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, b'dan illi in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ZEEA [6].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 30.

    [2] ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 32.

    [3] ĠU L 2, tal- 5.1.2001, p. 32.

    [4] ĠU L 58, tat-28.2.2001, p. 43.

    [5] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 71.

    [6] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

    --------------------------------------------------

    Top