Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0013

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness XII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 94, 10.4.2003, p. 67–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/13(2)/oj

    22003D0013



    Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0067 - 0068


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 13/2003

    tal-31 ta' Jannar 2003

    li temenda l-Anness XII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru No 169/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

    (2) Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll u tagħrif dwar it-traffiku tal-bastimenti u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [2], għandha ssir parti mill-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. Il-punt 55a eżistenti għandu jinbidel fil-punt 55aa.

    2. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 54a (test ta' punt 54a (Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE) imħassar):

    "55a. 32002 L 0059: Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll u tagħrif dwar it-traffiku tal-bastimenti u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10).";

    3. Il-punt 55aa (Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE:) għandu jitħassar b'effett mill-5 ta' Frar 2004.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2002/59/KE fl-ilsna Islandiż u Norveġiż, li għandhom jiġu ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim intbagħtu lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE li jinsabu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 32.

    [2] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.

    [3] Ebda ħtieġijiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top