This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003A0618(01)
Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and the Republic of Croatia concerning the system of ecopoints to be applied to Croatian transit traffic through Austria as from 1 January 2003
Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jirrigwarda s-sistema ta' l-eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku Kroat fi transitu minn ġo l-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003
Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jirrigwarda s-sistema ta' l-eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku Kroat fi transitu minn ġo l-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003
ĠU L 150, 18.6.2003, p. 33–50
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2003/440/oj
Official Journal L 150 , 18/06/2003 P. 0033 - 0050
Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jirrigwarda s-sistema ta' l-eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku Kroat fi transitu minn ġo l-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003 A. Ittra mill-Komunità Ewropea Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek illi, wara n-negozjati bejn id-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u d-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2)(b) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, ġie miftiehem dan li ġej: 1. L-eko-punti (drittijiet tat-transitu) għall-vetturi tqal Kroati tal-merkanzija li jittransittjaw minn ġo l-Awstrija allokati għas-sena 2003: 171904 eko-punti. Eko-punti addizzjonali allokati lill-utenti Kroati tar-Rollenden Landstrasse (RoLa) (sa massimu ta' 40 % tan-numru totali ta' l-eko-punti għas-sena 2003): 68762 eko-punti. L-eko-punti għar-RoLa għandhom jiġu allokati lill-awtoritajiet Kroati, fuq il-bażi ta' l-eko-punti għal żewġ vjaġġi bit-triq għal kull żewġ vjaġġi ċirkolari magħmula bir-RoLa. Il-kumpaniji Awstrijaċi tat-trasport magħqud iridu jipprovdu b'mod regolari, kull xahar, tagħrif lill-Ministru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja li jirrigwarda lill-utenti Kroati tat-trasport magħqud fi transitu minn ġo l-Awstrija. Il-vjaġġi tat-transitu magħmula fiċ-ċirkostanzi elenkati fl-Anness A jew taħt l-awtorizzazzjonijiet ta' l-ECMT għandhom ikunu eżentati mis-sistema ta' l-eko-punti. 2. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija fit-territorju ta' l-Awstrija għandu jġorr, u għandu jagħmel disponibbli għall-ispezzjon fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tas-sorveljanza, jew: (a) formola standard mimlija kif mistħoqq jew ċertifikat Awstrijakk li jikkonferma l-ħlas ta' l-eko-punti għall-vjaġġ fil-kwistjoni, immudellat fuq l-Anness B, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"eko-karta"; (b) apparat elettroniku, imwaħħal mal-vettura bil-magna li jgħin li l-eko-punti jiġu ddebitati awtomatikament, minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-"eko-apparat"; (ċ) id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex turi illi jkun qiegħed isir vjaġġ ta' transitu ħieles mill-eko-punti; jew (d) id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex turi illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux tat-transitu, u meta eko-apparat jitwaħħal fuq il-vettura, l-eko-apparat jitwaħħal b'dan il-għan. L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi għandhom joħorġu l-eko-karta għall-ħlas ta' l-ispiża tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-eko-punti u l-eko-karti. 3. L-eko-apparati għandhom jiġu ffabbrikati, ipproggrammati u mwaħħla skond l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tekniċi stabbiliti fl-Anness Ċ. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjoijiet tar-Repubblika tal-Kroazja huwa awtorizzat li japprova, jipprogramma u jwaħħal l-eko-apparati. L-eko-apparat għandu jkun ipprogrammat li jkun fih tagħrif dwar il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u l-valur tan-NOx tal-vettura bil-magna, kif iddikjarat fid-dokument tal-komformità mal-produzzjoni (KP), kif iddefinit fil-punt 4. L-eko-apparat għandu jitwaħħal mal-ħġieġa ta' quddiem tal-vettur bil-magna. Għandu jkun ippożizzjonat skond l-Anness D. Ma għandux ikun jista' jiġi ttrasferit. 4. Is-sewwieq ta' vettura tqila Kroata tal-merkanzija rreġistrata fl-1 ta' Ottubru 1990 jew qabel għandu jġorr ukoll, u jipproduċi fuq talba, dokument tal-KP, immudellat fuq l-Anness E, bħala xhieda tal-ħruġ tan-NOx tal-vettura. Il-vetturi tqal tal-merkanzija rreġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li rigward tagħhom ma jiġi prodott l-ebda dokument għandhom jiġu meqjusa li jkollhom il-valur tal-KP ta' 15,8 g/kWh. 5. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjonijiiet tar-Repubblika tal-Kroazja huwa awtorizzat li joħroġ id-dokumenti u l-eko-apparati riferiti fil-punti minn 2 sa 4. 6. Għajr jekk vettura tkun qiegħda tuża eko-apparat, in-numru mitlub ta' l-eko-punti għandu jiġi mwaħħal fuq l-eko-karta u kkanċellat. L-eko-karta għandha tiġi kkanċellata minn wieħed jew ieħor tal-metodi li ġejjin: (a) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata b'magna li tittimbra l-eko-karti; (b) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata mill-awtoritjiet Awstrijaċi tal-kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul fl-Awstrija; (ċ) billi l-eko-karta tkun ittimbrata u ddatata mill-awtoritajiet nazzjonali tat-trasportatur qabel ma tidħol fit-territorju Awstijakk; (d) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata f'uffiċċju fejn titwettaq l-inizjalizzazzjoni ta' l-eko-apparati. L-istazzjonijiet Awstrijaċi mgħammra b'magna li tittimbra l-eko-karti huma elenkati fl-Anness F. Għall-għanijiet ta' l-istatistika l-paġna 1 ta' l-eko-karta kkompletata għandha jew tinġabar mill-awtoritajiet Awstrijaċi jew sussegwentement tiġi mogħtija lura mill-awtoritajiet kompetenti lill-awtoritajiet Awstrijaċi fi żmien tliet xhur mit-tkomplija tal-vjaġġ. L-istatistika hekk miġbura għandha tgħin lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull proposta għad-distribuzzjoni ta' l-eko-punti ta' riserva. Jekk il-vettura jkollha eko-apparat imwaħħal fuqha, mal-konferma li tkun daħlet għal vjaġġ ta' transitu li jkun jeħtieġ l-eko-punti, għandu jiġi mnaqqas numru ta' eko-punti ekwivalenti għat-tagħrif dwar il-ħruġ tan-NOx maħżun fl-eko-apparat tal-vettura mit-total ta' l-eko-punti allokati lir-Repubblika tal-Kroazja. Dan għandu jsir mill-infrastruttura pprovduta u mħaddma mill-awtoritajiet Awstrijaċi. Għall-vetturi mgħammra bl-eko-apparati li jkunu qegħdin jagħmlu vjaġġi bilaterali, dawn iridu jirranġaw l-eko-apparat sabiex juri illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux ta' transitu qabel ma jidħol fit-territorju Awstrijakk. Fil-każ dwar meta tintuża eko-karta u meta unit ta' vettura tal-ġbid tinbidel matul vjaġġ ta' transitu, il-prova tal-ħlas mad-dħul għandha tibqa' valida u tinżamm. Meta l-valur tal-KP tal-vettura l-ġdida tal-ġbid jaqbeż lil dak indikat fuq il-formola, għandhom jiġu kanċellati l-eko-punti addizzjonali, imwaħħla fuq karta ġdida, mal-ħruġ mill-pajjiż. 7. Il-vjaġġi mingħajr waqfien li jinvolvu l-qsim tal-fruntiera Awstrijaka għal darba waħda bil-ferrovija, sewwa jekk bit-trasport konvenzjonali tal-ferroviji u sewwa f'ħidma magħquda tat-trasport, u li jaqsmu l-fruntiera bit-triq qabel jew wara l-qsim bil-ferrovija, ma għandhomx jitqiesu bħala transitu tal-merkanzija bit-triq minn ġo l-Awstrija imma bħala vjaġġi bilaterali. Il-vjaġġi mingħajr waqfien minn ġo l-Awstrija li jużaw l-istazzjonijiet terminali li ġejjin għandhom jitqiesu bħala vjaġġi bilaterali: Fürnitz, Villach Süd, Sillian, Innsbruck/Hall, Brennersee, Graz. 8. L-eko-punti għandhom ikunu validi bejn l-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jkunu attribwiti u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara. 9. Il-kontravenzjonijiet għal dan il-Ftehim minn sewwieq ta' vettura tqila Kroata tal-merkanzija jew impenn għandhom jiġu mħarrka skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Awstrija u tal-Kroazja għandhom, kull waħda fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha, jipprovdu lil xulxin bl-assistenza amministrattiva għalbiex iwettqu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni dwar dawn il-kontravenzjonijiet, b'mod partikolari billi jiżguraw illi l-eko-karti u l-eko-apparati jkunu wżati u mħaddma b'mod korrett. Jistgħu jiġu mwettqa kontrolli f'post ieħor għajr fuq il-fruntiera interna, skond id-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea, bir-rigward mistħoqq għall-prinċipju li ma ssirx diskriminazzjoni. 10. L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jqisu kif mistoqq il-prinċipji tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura jkollha l-eko-apparat imwaħħal fuqha u tiġri mill-inqas waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) il-vettura u l-operatur ikunu kkommettew kontravenzjonijiet ripetutament; (b) ma jifdlux eko-punti biżżejjed fl-allokazzjoni tal-Kroazja; (ċ) l-eko-apparat ikun ġie mbagħbas jew ġie mibdul minn parti oħra għajr dawk awtorizzati fil-punt 3; (d) il-Kroazja ma allokatx eko-punti biżżejjed għalbiex il-vettura tagħmel vjaġġ ta' transitu; (e) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni approprjata skond il-punt 2 (ċ) jew (d) għalbiex tiġġustifika għaliex l-eko-apparat ikun tqiegħed għalbiex juri illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux tat-transitu fit-territorju Awstrijakk; (f) meta l-eko-apparat speċifikat fl-Anness Ċ ma jkunx mimli b'eko-punti biżżejjed għalbiex jagħmel vjaġġ ta' transitu. L-awtorijajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, fil-waqt li jagħtu qies mistħoqq tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura ma jkollhiex l-eko-apparat imwaħħla fuqha u tiġri waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) ma tiġix ippreżentata eko-karta lill-awtoritajiet tas-sorveljanza skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim; (b) eko-karta li ma tkunx ikkompletata jew ma tkunx korretta, jew meta l-eko-punti ma jiġux imwaħħla b'mod korrett; (ċ) il-vettura ma tippossjedix id-dokumentazzjoni approprjata sabiex tiġġustifika illi ma teħtiġx eko-punti; (d) l-eko-karta ma tkunx ġiet ikkanċellata skond il-proċedura stabbilita fil-punt 6. 11. L-eko-punti stampati li jkunu maħsuba għalbiex jitwaħħlu fuq l-eko-karti għandhom ikunu disponibbli kull sena qabel l-1 ta' Novembru tas-sena ta' qabel. 12. Fil-każ tal-vetturi rreġistrati qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li kellhom il-magna mibdula minn din id-data, għandu japplika l-valur tal-KP tal-magna l-ġdida. F'dan il-każ iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità approprjata għandu jsemmi l-bidla tal-magna u jagħti d-dettalji dwar il-valur il-ġdid tal-KP għall-ħruġ tan-NOx. 13. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jew jiġu sodisfatti t-tliet kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-għan waħdieni tal-vjaġġ ikun li jikkunsinna vettura ġdida fjamanta, jew għaqda ta' vetturi, mingħand il-fabbrikanti lejn destinazzjoni fi Stat ieħor; (b) ma tinġarr l-ebda merkanzija fuq il-vjaġġ; (ċ) il-vettura jew l-għaqda tal-vetturi jkollhom il-karti approprjati tar-reġistrazzjoni internazzjonali u l-pjanċi tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni. 14. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk il-parti mhux mgħobbija tal-vjaġġ tkun eżentata mill-eko-punti kif elenkat fl-Anness A u l-vettura ġġorr id-dokumentazzjoni xierqa għalbiex turi dan. Din id-dokumentazzjoni xierqa għandha tkun jew: (a) polza tat-tagħbija; jew (b) eko-karta kkompletata li ma jkunu twaħlu l-ebda eko-punti fuqha; jew (ċ) eko-karta kkompletata bl-eko-punti, li jiġu sussegwentement istitwiti mill-ġdid. 15. Kull problema li tinħoloq mill-ġestjoni ta' dan ir-reġim ta' l-eko-punti għandha tiġi ssottomessa lis-Sotto Kumitat Interim tat-Trasport tal-Komunità/ir-Repubblika tal-Kroazja pprovdut fl-Artikolu 41 tal-Ftehim Interim li għandu jistma s-sitwazzjoni u jirrakkomanda l-azzjonijiet approprjati. Kull miżura li trid tiġi implimentata minnufih għandha tkun ipproporzjonata u mhux diskriminatorja. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek mal-kontenut ta' din l-ittra. Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ANNESS A Il-vjaġġi li għalihom mhumiex meħtieġa eko-punti 1. It-trasport okkażjonali tal-merkanzija lejn u mill-ajruporti meta t-titjiriet jiġu mibdula. 2. Il-ġarr tal-bagalji fit-trailers imwaħħla mal-vetturi tal-passiġġieri, u l-ġarr tal-bagalji lejn u mill-ajruporti minn kull għamla ta' vetturi. 3. Il-ġarr tal-kunsinni postali. 4. Il-ġarr tal-vetturi bil-ħsara jew il-vetturi li jeħtieġu t-tiswija. 5. Il-ġarr ta' l-iskart u tad-drenaġġ. 6. Il-ġarr tal-karkassi ta' l-annimali biex jiġu disponuti minnhom. 7. Il-ġarr tan-naħal u tal-bajd tal-ħut. 8. Il-ġarr tal-katavri. 9. Il-ġarr tax-xogħlijiet ta' l-arti għall-esibizzjonijiet u għal għanijiet kummerċjali. 10. Il-ġarr okkażjonali tal-merkanzija għal għanijiet tar-reklamar u edukattivi. 11. Il-ġarr tal-merkanzija minn ditti tal-ġarr li jippossjedu l-personal u t-tagħmir approprjati. 12. Il-ġarr tat-tagħmir, l-aċċessorji u l-annimali minn u lejn okkażjonijiet teatrali, mużikali, ta' l-isport jew taċ-ċinema, esibizzjonijiet jew fieri, minn u lejn reġistrazzjonijiet tar-radjo, taċ-ċinema jew tat-televiżjoni. 13. Il-ġarr tal-partijiet li jinbidlu tal-bastimenti u tal-vetturi ta' l-ajru. 14. Il-vjaġġ battal ta' vettura tal-merkanzija mibgħuta biex tieħu l-post ta' vettura li tkun ġratilha l-ħsara waqt it-transitu u t-tkomplija tal-vjaġġ mill-vettura tal-bidla bl-użu ta' l-awtorizzazzjoni maħruġa għall-ewwel vettura. 15. Il-ġarr ta' għajnuna medika ta' emerġenza (b'mod partikolari fil-każ ta' diżastri naturali). 16. Il-ġarr ta' l-oġġetti prezzjużi (p.e. metalli prezzjużi) f'vetturi speċjali skortati mill-pulizija jew servizz ieħor tas-sigurtà. ANNESS B +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ ANNESS Ċ L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tekniċi ta' l-eko-apparat Vettura b'sinjal ta' komunikazzjoni ta' firxa qasira Il-(pri)standards u r-rapporti tekniċi rilevanti għad-DSRC Iridu jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin ippovduti mis-CEN/TC 278 rigward il-komunikazzjoni fuq firxa qasira bejn il-vetturi u l-infrastuttura ta' maġenb it-triq: (a) il-prENV278/Nru 62"saff fiżiku tad-DSRC li juża microwave fil-5,8 GHz"; (b) il-prENV278/Nruo 64"saff tad-DSRC tar-rabta ta' l-informazzjoni"; (ċ) il-prENV278/Nru 65"saff tad-DSRC ta' l-applikazzjoni". It-test tat-tip Il-fornitur ta' l-eko-apparat irid iforni ċertifikati ta' test tat-tip għall-apparat minn istitut ta' l-akkreditazzjoni tat-testijiet li jikkonferma l-konformità mal-valuri kollha tal-limitu speċifikati fl-I-ETS 300674 korrenti. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim L-eko-apparat għas-sistema awtomatika ta' l-eko-punti jrid jiggarantixxi l-funzjonalità meħtieġa taħt il-kondizzjonijiet tat-tħaddim li ġejjin: - il-kondizzjonijiet ambjentali: temperatura ta' minn − 25 °C sa + 70 °C, - il-kondizzjonijiet tat-temp: l-eventwalitajiet kolllha, - it-traffiku: in-numru ta' sriebet, għaddejjin, - il-firxa tal-veloċità: minn "wieqaf u itlaq" sa 120 km/h. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim ta' hawn fuq huma l-ħtiġiet minimi sakemm jiġu adottati l-(pri-standards) rilevanti għad-DSRC. L-eko-apparat jista' jirreaġixxi biss għas-sinjali microwave speċifiċi għall-applikazzjoni tiegħu. L-eko-apparat L-identifikazzjoni Kull eko-apparat irid ikollu numru waħdieni ta' l-identifikazzjoni. B'żieda man-numru ta' ċifri meħtieġa sabiex jingħaraf mill-oħrajn dan in-numru jrid ikollu wkoll somma tal-kontroll għall-verifika ta' l-integrità. L-istallazzjoni L-eko-apparat irid ikun iddisinjat sabiex jitwaħħal wara l-ħġieġa ta' quddiem tat-trakk jew ta' l-unità tal-ġbid. Għandu jiġi mwaħħal hekk li ma jkunx tista' jinqala' għal kollox mill-vettura. Id-dikjarazzjoni tat-transitu L-eko-apparat irid ikollu l-faċilità għall-inputs sabiex jiddikjara vjaġġ eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti. Il-faċilità trid tkun tidher biċ-ċar fuq l-eko-apparat għall-għanijiet tal-kontroll; alternattivament, irid ikun possibbli li l-eko-apparat jiġi ssettjat f'pożizzjoni inizjali ddefinita. Fil-każijiet kollha, irid jiġi żgurat illi għall-valutazzjoni tas-sistema jitqies biss l-istat fil-ħin tad-dħul. L-għoti tal-marki fuq barra Kull eko-apparat irid ukoll ikun jista' jiġi identifikat biċ-ċar ma' spezzjon bl-għajn. Għal dan il-fini, in-numru waħdieni ta' l-identifikazzjoni msemmi hawn fuq irid ikun imwaħħal fuq il-wiċċ ta' l-apparat mingħajr ma jkun jista' jitħassar. Għoti ta' marka li ma tistax tiġi maqlugħa u ma tistax tiġi mħassra lill-eko-apparat fl-għamla ta' stickers imħejjija għandu jiġi mwaħħal ma' l-eko-apparat. Dan l-għoti tal-marka jrid juri n-numru ta' eko-punti għall-vettura individwali (5, 6, … 16). Dawn l-istickers speċjali jridu jkunu li ma jistgħux jiġu mbagħbsa; iridu jkunu ta' saħħa mekkanika u reżistenti għad-dawl u t-temperatura. Irid ikollhom saħħa qawwija fit-twaħħil u kull attentat għalbiex jitneħħew jista' jirriżulta fil-qerda tagħhom. L-integrità Il-kaxxa ta' barra ta' l-eko-apparat trid tkun mibnija b'mod illi teskludi kull tbagħbis tal-komponenti ta' ġewwa u sussegwement tkun tista' tinkixef kull interferenza. Il-memorja L-eko-apparat irid ikollu l-kapaċità ta' memorja suffiċjenti għall-informazzjoni li ġejja: - in-numru ta' l-identifikzzjoni, - l-informazzjoni dwar il-vettura, - il-valur tal-KP, - l-informazzjoni dwar it-transazzjoni, - l-identifikazzjoni tal-posta fuq il-fruntiera, - id-data/il-ħin, - l-istat tal-prospett tal-vjaġġ, - tagħrif dwar l-imblukkar (il-projbizzjoni), - informazzjoni dwar l-istat, - it-tbagħbis, - l-istat tal-batterija, - l-istat ta' l-aħħar komunikazzjoni. Irid ikollu riserva tal-memorja ta' mill-inqas 30 %. ANNESS D Il-ħtiġiet ta' l-istallazzjoni għall-eko-apparat +++++ TIFF +++++ l-eko-apparat għandu jkun lokat fuq in-naħa ta' ġewwa tal-ħġeġa ta' quddiem fiż-żona mmarkata (illustrata hawn fuq) fejn id-dimensjonijiet ikunu kif ġejjin: il-x = 100 ċm il-y = 80 ċm. ANNESS E +++++ TIFF +++++ ANNESS F L-istazzjonijiet fuq il-fruntiera Awstrijaka li għandhom magna li tittimbra l-eko-karta Achenkirch Arnoldstein Braunau Brennerpass Ehrwald Hangendenstein Hörbranz Kiefersfelden Musau Nauders Neuhaus Pinswang Reit im Winkl Saalbrücke Scharnitz Schleching Sillian Springen Suben Steinpass Walserberg Wegscheid B. Ittra mir-Repubblika tal-Kroazja Sinjur, Għandi l-unur nirriferi għall-ittra tiegħek ta'…, li fiha inti tgħarrafni b'dan li ġej: "Għandi l-unur ingħarrfek illi, wara n-negozjati bejn id-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u d-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2)(b) tal-Protokoll Nru 6 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, ġie miftiehem dan li ġej: 1. L-eko-punti (drittijiet tat-transitu) għall-vetturi tqal Kroati tal-merkanzija li jittransittjaw minn ġo l-Awstrija allokati għas-sena 2003: 171904 eko-punti. Eko-punti addizzjonali allokati lill-utenti Kroati tar-Rollenden Landstrasse (RoLa) (sa massimu ta' 40 % tan-numru totali ta' l-eko-punti għas-sena 2003): 68762 eko-punti. L-eko-punti għar-RoLa għandhom jiġu allokati lill-awtoritajiet Kroati, fuq il-bażi ta' l-eko-punti għal żewġ vjaġġi bit-triq għal kull żewġ vjaġġi ċirkolari magħmula bir-RoLa. Il-kumpaniji Awstrijaċi tat-trasport magħqud iridu jipprovdu b'mod regolari, kull xahar, tagħrif lill-Ministru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja li jirrigwarda lill-utenti Kroati tat-trasport magħqud fi transitu minn ġo l-Awstrija. Il-vjaġġi tat-transitu magħmula fiċ-ċirkostanzi elenkati fl-Anness A jew taħt l-awtorizzazzjonijiet ta' l-ECMT għandhom ikunu eżentati mis-sistema ta' l-eko-punti. 2. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija fit-territorju ta' l-Awstrija għandu jġorr, u għandu jagħmel disponibbli għall-ispezzjon fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tas-sorveljanza, jew: (a) formola standard mimlija kif mistħoqq jew ċertifikat Awstrijakk li jikkonferma l-ħlas ta' l-eko-punti għall-vjaġġ fil-kwistjoni, immudellat fuq l-Anness B, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"eko-karta"; (b) apparat elettroniku, imwaħħal mal-vettura bil-magna li jgħin li l-eko-punti jiġu ddebitati awtomatikament, minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-"eko-apparat"; (ċ) id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex turi illi jkun qiegħed isir vjaġġ ta' transitu ħieles mill-eko-punti; jew (d) id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex turi illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux tat-transitu, u meta eko-apparat jitwaħħal fuq il-vettura, l-eko-apparat jitwaħħal b'dan il-għan. L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi għandhom joħorġu l-eko-karta għall-ħlas ta' l-ispiża tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-eko-punti u l-eko-karti. 3. L-eko-apparati għandhom jiġu ffabbrikati, ipproggrammati u mwaħħla skond l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tekniċi stabbiliti fl-Anness Ċ. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjoijiet tar-Repubblika tal-Kroazja huwa awtorizzat li japprova, jipprogramma u jwaħħal l-eko-apparati. L-eko-apparat għandu jkun ipprogrammat li jkun fih tagħrif dar il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u l-valur tan-NOx tal-vettura bil-magna, kif iddikjarat fid-dokument tal-komformità mal-produzzjoni (KP), kif iddefinit fil-punt 4. L-eko-apparat għandu jitwaħħal mal-ħġieġa ta' quddiem tal-vettur bil-magna. Għandu jkun ippożizzjonat skond l-Anness D. Ma għandux ikun jista' jiġi ttrasferit. 4. Is-sewwieq ta' vettura tqila Kroata tal-merkanzija rreġistrata fl-1 ta' Ottubru 1990 jew qabel għandu jġorr ukoll, u jipproduċi fuq talba, dokument tal-KP, immudellat fuq l-Anness E, bħala xhieda tal-ħruġ tan-NOx tal-vettura. Il-vetturi tqal tal-merkanzija rreġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li rigward tagħhom ma jiġi prodott l-ebda dokument għandhom jiġu meqjusa li jkollhom il-valur tal-KP ta' 15,8 g/kWh. 5. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Komunikazzjonijiiet tar-Repubblika tal-Kroazja huwa awtorizzat li joħroġ id-dokumenti u l-eko-apparati riferiti fil-punti minn 2 sa 4. 6. Għajr jekk vettura tkun qiegħda tuża eko-apparat, in-numru mitlub ta' l-eko-punti għandu jiġi mwaħħal fuq l-eko-karta u kkanċellat. L-eko-karta għandha tiġi kkanċellata minn wieħed jew ieħor tal-metodi li ġejjin: (a) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata b'magna li tittimbra l-eko-karti; (b) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata mill-awtoritjiet Awstrijaċi tal-kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul fl-Awstrija; (ċ) billi l-eko-karta tkun ittimbrata u ddatata mill-awtoritajiet nazzjonali tat-trasportatur qabel ma tidħol fit-territorju Awstijakk; (d) billi l-eko-karta tiġi ttimbrata f'uffiċċju fejn titwettaq l-inizjalizzazzjoni ta' l-eko-apparati. L-istazzjonijiet Awstrijaċi mgħammra b'magna li tittimbra l-eko-karti huma elenkati fl-Anness F. Għall-għanijiet ta' l-istatistika l-paġna 1 ta' l-eko-karta kkompletata għandha jew tinġabar mill-awtoritajiet Awstrijaċi jew sussegwentement tiġi mogħtija lura mill-awtoritajiet kompetenti lill-awtoritajiet Awstrijaċi fi żmien tliet xhur mit-tkomplija tal-vjaġġ. L-istatistika hekk miġbura għandha tgħin lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull proposta għad-distribuzzjoni ta' l-eko-punti ta' riserva. Jekk il-vettura jkollha eko-apparat imwaħħal fuqha, mal-konferma li tkun daħlet għal vjaġġ ta' transitu li jkun jeħtieġ l-eko-punti, għandu jiġi mnaqqas numru ta' eko-punti ekwivalenti għat-tagħrif dwar il-ħruġ tan-NOx maħżun fl-eko-apparat tal-vettura mit-total ta' l-eko-punti allokati lir-Repubblika tal-Kroazja. Dan għandu jsir mill-infrastruttura pprovduta u mħaddma mill-awtoritajiet Awstrijaċi. Għall-vetturi mgħammra bl-eko-apparati li jkunu qegħdin jagħmlu vjaġġi bilaterali, dawn iridu jirranġaw l-eko-apparat sabiex juri illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux ta' transitu qabel ma jidħol fit-territorju Awstrijakk. Fil-każ dwar meta tintuża eko-karta u meta unit ta' vettura tal-ġbid tinbidel matul vjaġġ ta' transitu, il-prova tal-ħlas mad-dħul għandha tibqa' valida u tinżamm. Meta l-valur tal-KP tal-vettura l-ġdida tal-ġbid jaqbeż lil dak indikat fuq il-formola, għandhom jiġu kanċellati l-eko-punti addizzjonali, imwaħħla fuq karta ġdida, mal-ħruġ mill-pajjiż. 7. Il-vjaġġi mingħajr waqfien li jinvolvu l-qsim tal-fruntiera Awstrijaka għal darba waħda bil-ferrovija, sewwa jekk bit-trasport konvenzjonali tal-ferroviji u sewwa f'ħidma magħquda tat-trasport, u li jaqsmu l-fruntiera bit-triq qabel jew wara l-qsim bil-ferrovija, ma għandhomx jitqiesu bħala transitu tal-merkanzija bit-triq minn ġo l-Awstrija imma bħala vjaġġi bilaterali. Il-vjaġġi mingħajr waqfien minn ġo l-Awstrija li jużaw l-istazzjonijiet terminali li ġejjin għandhom jitqiesu bħala vjaġġi bilaterali: Fürnitz, Villach Süd, Sillian, Innsbruck/Hall, Brennersee, Graz. 8. L-eko-punti għandhom ikunu validi bejn l-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jkunu attribwiti u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara. 9. Il-kontravenzjonijiet għal dan il-Ftehim minn sewwieq ta' vettura tqila Kroata tal-merkanzija jew impenn għandhom jiġu mħarrka skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Awstrija u tal-Kroazja għandhom, kull waħda fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha, jipprovdu lil xulxin bl-assistenza amministrattiva għalbiex iwettqu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni dwar dawn il-kontravenzjonijiet, b'mod partikolari billi jiżguraw illi l-eko-karti u l-eko-apparati jkunu wżati u mħaddma b'mod korrett. Jistgħu jiġu mwettqa kontrolli f'post ieħor għajr fuq il-fruntiera interna, skond id-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea, bir-rigward mistħoqq għall-prinċipju li ma ssirx diskriminazzjoni. 10. L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jqisu kif mistoqq il-prinċipji tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura jkollha l-eko-apparat imwaħħal fuqha u tiġri mill-inqas waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) il-vettura u l-operatur ikunu kkommettew kontravenzjonijiet ripetutament; (b) ma jifdlux eko-punti biżżejjed fl-allokazzjoni tal-Kroazja; (ċ) l-eko-apparat ikun ġie mbagħbas jew ġie mibdul minn parti oħra għajr dawk awtorizzati fil-punt 3; (d) il-Kroazja ma allokatx eko-punti biżżejjed għalbiex il-vettura tagħmel vjaġġ ta' transitu; (e) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni approprjata skond il-punt 2 (ċ) jew (d) għalbiex tiġġustifika għaliex l-eko-apparat ikun tqiegħed għalbiex juri illi jkun qiegħed isir vjaġġ mhux tat-transitu fit-territorju Awstrijakk; (f) meta l-eko-apparat speċifikat fl-Anness Ċ ma jkunx mimli b'eko-punti biżżejjed għalbiex jagħmel vjaġġ ta' transitu. L-awtorijajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, fil-waqt li jagħtu qies mistħoqq tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura ma jkollhiex l-eko-apparat imwaħħla fuqha u tiġri waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: (a) ma tiġix ippreżentata eko-karta lill-awtoritajiet tas-sorveljanza skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim; (b) eko-karta li ma tkunx ikkompletata jew ma tkunx korretta, jew meta l-eko-punti ma jiġux imwaħħla b'mod korrett; (ċ) il-vettura ma tippossjedix id-dokumentazzjoni approprjata sabiex tiġġustifika illi ma teħtiġx eko-punti; (d) l-eko-karta ma tkunx ġiet ikkanċellata skond il-proċedura stabbilita fil-punt 6. 11. L-eko-punti stampati li jkunu maħsuba għalbiex jitwaħħlu fuq l-eko-karti għandhom ikunu disponibbli kull sena qabel l-1 ta' Novembru tas-sena ta' qabel. 12. Fil-każ tal-vetturi rreġistrati qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li kellhom il-magna mibdula minn din id-data, għandu japplika l-valur tal-KP tal-magna l-ġdida. F'dan il-każ iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità approprjata għandu jsemmi l-bidla tal-magna u jagħti d-dettalji dwar il-valur il-ġdid tal-KP għall-ħruġ tan-NOx. 13. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jew jiġu sodisfatti t-tliet kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-għan waħdieni tal-vjaġġ ikun li jikkunsinna vettura ġdida fjamanta, jew għaqda ta' vetturi, mingħand il-fabbrikanti lejn destinazzjoni fi Stat ieħor; (b) ma tinġarr l-ebda merkanzija fuq il-vjaġġ; (ċ) il-vettura jew l-għaqda tal-vetturi jkollhom il-karti approprjati tar-reġistrazzjoni internazzjonali u l-pjanċi tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni. 14. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk il-parti mhux mgħobbija tal-vjaġġ tkun eżentata mill-eko-punti kif elenkat fl-Anness A u l-vettura ġġorr id-dokumentazzjoni xierqa għalbiex turi dan. Din id-dokumentazzjoni xierqa għandha tkun jew: (a) polza tat-tagħbija; jew (b) eko-karta kkompletata li ma jkunu twaħlu l-ebda eko-punti fuqha; jew (ċ) eko-karta kkompletata bl-eko-punti, li jiġu sussegwentement istitwiti mill-ġdid. 15. Kull problema li tinħoloq mill-ġestjoni ta' dan ir-reġim ta' l-eko-punti għandha tiġi ssottomessa lis-Sotto Kumitat Interim tat-Trasport tal-Komunità/ir-Repubblika tal-Kroazja pprovdut fl-Artikolu 41 tal-Ftehim Interim li għandu jistma s-sitwazzjoni u jirrakkomanda l-azzjonijiet approprjati. Kull miżura li trid tiġi implimentata minnufih għandha tkun ipproporzjonata u mhux diskriminatorja. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek mal-kontenut ta' din l-ittra." Għandi l-unur li nikkonferma illi l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek. Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. F'isem il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja --------------------------------------------------