EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0138(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 19, 23.1.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/138(2)/oj

22002D0138(01)



Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0001 - 0002


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 138/2002

tat-8 ta' Novembru 2002

li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru 124/2002 tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE tas-27 ta' Settembru 2002 [1].

(2) Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li għandha x'taqsam mad-dispożizzjonijiet speċjali għall-vetturi wżati għall-ġarr tal-passiġġieri u li jkun fihom iktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE [2] se tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapiolu I ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE):

"- 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 (ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1)."

2. dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 45w (id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

", kif emendata bi:

- 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 (ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1)."

3. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal mal-punt 45x (id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"45y. 32001 L 0085: Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (ĠU L 4, tat-13.2.2002, p. 1).

Id-disposizzjonijit tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattament li ġej:

(a) Fl-Anness I, dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 7.6.11.1:

"Neyðarútgangur".

"Nødutgang".;

(b) Fl-Anness I, dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 7.7.9.1:

"Stoppistöð".

"Stopper".".

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2001/85/KE fil-lingwa Islandiż u Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2002, ladarba n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE

Il-President

Kjartan Jóhannsson

[1] ĠU L 336, tat- 12.12.2002, p. 1.

[2] ĠU L 42, tat- 13.2.2002, p. 1.

[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top