Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0117

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u dawk fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 336, 12.12.2002, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/117(2)/oj

    22002D0117



    Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0009 - 0010


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 117/2002

    tas-27 ta' Settembru 2002

    li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u dawk fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem riferut bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1].

    (2) 5 atti li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri ta' kontroll - avviż ta' mard - u s-saħħa ta' l-annimali - skambju u tqiegħid fis-suq ta' annimali ħajjin - għandhom jiġu imdaħħla fil-Ftehim.

    (3) Din id-Deċiżjoni m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/498/KE [2], 2001/541/KE [3], 2001/552/KE [4], 2001/553/KE [5] and 2001/576/KE [6] bl-Islandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2002, basta li l-avviżi kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gunnar Snorri Gunnarsson

    [1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 22.

    [2] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 32.

    [3] ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 51.

    [4] ĠU L 199, ta' l-24.7.2001, p. 23.

    [5] ĠU L 199, ta' l-24.7.2001, p. 26.

    [6] ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 23.

    [7] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Mad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2002

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehom għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt.

    1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu f'punt 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/124/KE) fil-Parti 4.2:

    "- 32001 D 0498: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/498/KE tad-19 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 32),

    - 2001 D 0541: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/541/KE tad-9 ta' Lulju 2001 (ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 51)."

    2. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal f'punt 30 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/125/KE) fil-Parti 4.2:

    "- 32001 D 0553: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/553/KE tat-12 ta' Lulju 2001 (ĠU L 199, ta' l-24.7.2001, p. 26)."

    3. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal f'punt 48 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/357/KE) fil-Parti 4.2:

    "- 32001 D 0552: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/552/KE tal-11 ta' Lulju 2001 (ĠU L 199, ta' l-24.7.2001, p. 23)."

    4. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 49 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/312/KE) fil-Parti 4.2 taħt l-intestatura

    "ATTI LI GĦALIHOM L-ISTATI TA"

    L-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM JAGĦTU KONT:

    "50. 32001 D 0576: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/576/KE tat-13 ta' Lulju 2001 li tapprova l-programmi sottomessi mill-Italja biex jinkiseb l-istatus ta' żoni approvati u ta' rziezet f'żoni li mhumiex approvati b'rispett għal haematopoietic necrosis u viral haemorrhagic septicaemia infettivi u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/359/KE u 2000/310/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 23).

    Dan l-att japplika ukoll għall-Islanda."

    5. It-test ta' punt 6 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/359/KE) fil-Parti 3.2 u punt 48 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/310/KE) fil-Parti 4.2 it-tnejn li huma taħt l-intestatura "ATTI LI GĦALIHOM L-ISTATI TA" L-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM JAGĦTU KONT' għandu jitneħħa.

    --------------------------------------------------

    Top