Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0114

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 336, 12.12.2002, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/114(2)/oj

    22002D0114



    Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0005 - 0005


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 114/2002

    tas-27 ta' Settembru 2002

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn aktar 'l quddiem imsemmi bħala "l-Ftehim"u b'mod partikolari, l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Nru. 78/2002 tal -25 ta' Ġunju 2002 [1].

    (2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE ta' l-20 ta' Awissu 2001 li tistabbilixxi regoli speċjali li japplikaw għall-movimenti ta' l-ifrat meta jitħallew jirgħu barra fis-sajf f'żoni fejn hemm il-muntanji [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Islanda u Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 111 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE) fil-parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-ANNESS I tal-Ftehim:

    "112. 32001 D 0672: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE ta' l-20 ta' Awissu 2001 tistabilixxi regoli speċjail li japplikaw għall-movimenti ta' l-ifrat meta jitħallew jirgħu barra fis-sajf f'żoni fejn hemm il-muntanji (ĠU L 235, ta' l-4.9.2001, p. 23)."

    Artikolu 2

    It-test tad-Deċiżjoni 2001/672/KE bil-lingwa Norveġiża, għandu jkun ippublikat fis-Suppliment tal-Ġurnal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandha tkun awtentika.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2002, sakemm in-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu magħmula lil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ZEE ta', u fis-Suppliment għaż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gunnar Snorri Gunnarsson

    [1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 22.

    [2] ĠU L 235, ta' l-4.9.2001, p. 23.

    [3] L-ebda rikjesti kostituzzjonali m'huma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top