Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0108

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 li jemenda l-Anness XXI (Statistiċi) għal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 298, 31.10.2002, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/108(2)/oj

    22002D0108



    Official Journal L 298 , 31/10/2002 P. 0031 - 0032


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 108/2002

    tat-12 ta' Lulju 2002

    li jemenda l-Anness XXI (Statistiċi) għal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta' Arja Ekonomika Ewropea, kif emendat fil-Protokoll lili jbiddel il-il-Ftehim fuq l-Arji Ekonomiċi Ewropej, min hawn il-quddiem riferut bħala "Il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 ta' dan,

    Billi:

    (1) L-Anness I XXI tal-Ftehim kien emendat bid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 92/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1].

    (2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 72/2002 tas-16 ta' Jannar 2002 li jimplementaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 fejn tidħol l-evalwazzjoni tal-kwalità ta' statistiċi strutturali fuq il-gwandanji [2] għandu jkun inkorportat f'dan il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun imdaħħal wara punt 18e (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim:

    "18f. 32002 R 0072: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 72/2002 tas-16 ta' Jannar 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 fejn tidħol evalwazzjoni ta' kwalità ta' statistiċi strutturali fuq gwadanji (ĠU L 15, tas-17.1.2002, p. 7)."

    Artikolu 2

    It-testijiet tar-Regolament (KE) Nru 72/2002 fil-lingwi Nrurveġiżi u ta'l-Islanda, li għandhom jiġu ppublikati fis-suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Lulju 2002, provdut li kull notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim kienu magħmula mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-sezzjoni ŻEE ta', fis-suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, 12 July 2002.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    G. S. Gunnarsson

    [1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 67.

    [2] ĠU L 15, tas-17.1.2002, p. 7.

    [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali indikat.

    --------------------------------------------------

    Top