This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22002D0085
Decision of the EEA Joint Committee No 85/2002 of 25 June 2002 Amending Annex VII (Mutual recognition of professional qualifications) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 266, 3.10.2002, p. 50–51
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0050 - 0051
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness VII għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1]. (2) Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru barra minn dak ġo liema ġiet miksuba l-kwalifika [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE) fl-Anness VII għall-Ftehim: "2a. 398 L 0005: Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru barra minn dak ġo liema ġiet miksuba l-kwalifika (ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p. 36). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattament li ġej: Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 1(2): "L-Islanda | Lögmaður | Liechtenstein | Rechtsanwalt | In-Norveġja | Advokat"" | Artikolu 2 It-testijiet tad-Direttiva 98/5/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, previst li n-notifiki kollha taħt lArtikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, 25 Ġunju 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 60. [2] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p. 36. [3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------