EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0040

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2002 tad-19 ta' April 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) taż-ŻEE

ĠU L 154, 13.6.2002, p. 27–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/40(2)/oj

22002D0040



Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0027 - 0027


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 40/2002

tad-19 ta' April 2002

li temenda L-Anness XX (Ambjent) taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 9/2002 ta' 1 ta' Frar 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE tat-23 ta' Lulju 2001 li temenda id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE f'dak li jirrigwardja il-lista ta' skart [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 32aa (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

"- 32001 D 0573: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/573/KE tal-21 ta' Lulju 2001 (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 18)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2000/573/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 88, ta' l-4.4.2002, p. 20.

[2] ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 18.

[3] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------

Top