EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0036

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 36/2002 tad-19 ta' April 2002 li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 13.6.2002, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/36(3)/oj

22002D0036



Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0020 - 0021


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 36/2002

tad-19 ta' April 2002

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 117/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru No 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurta soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru No 1408/71 [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3) B'segwiment tal-konklużjoni tal-ftehim bejn Liechtenstein u l-Olanda, in-Norveġja u l-Ġermanja kif ukoll bejn in-Norveġja u l-Lussemburgu, tlett adattazzjonijiet tar-Regolament (KEE) 574/72 għandhom ikunu aġġortanti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71):

"- 32001 R 1386: Ir-Regolament (KE) Nru 1386/201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001(ĠU L 187, ta' l-10.7.2001, p. 1)."

2. Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72):

"- 32001 R 1386: Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 187, ta' l-10.7.2001, p. 1)."

3. L-Adattazzjoni (g) tal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) għandu jkun emendat kif ġej:

A. It-test, imma mhux l-intestatura, taħt il-punt 132 (LIECHTENSTEIN-OLANDA) għandu jkun mibul b'dan li ġej:

"l-Artikoli 2 sa 6 tal-Ftehim tas-27 ta' Novembru 2000 dwar it-twettieq tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali."

B. It-test, imma mhux l-intestatura, taħt il-punt 141 (NORVEĠJA-ĠERMANJA) għandu jkun emendat kif ġej:

"l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tat-28 ta' Mejju 1999 li jwarrab ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-benefiċji b'egħlejjel naturali dwar il-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali u l-ispejjeż involuti għal verifiki amministrattivi u l-eżaminazzjonijiet mediċi."

C. It-test, imma mhux l-intestatura, taħt il-punt 147 (NORVEĠJA-LUSSEMBURGU) għandu jkun emendat kif ġej:

"l-Artikoli 2 sa 4 tal-Ftehim tad-19 ta' Marzu 1998 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) 1386/2001 fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 29.

[2] ĠU L 187, ta' l-10.7.2001, p. 1.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top