EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0025

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 110, 25.4.2002, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/25(2)/oj

22002D0025



Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0027 - 0028


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 25/2002

ta' l-1 ta' Marzu 2002

li jemenda l-Anness XXI (L-Istatistika) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2597 ta' l-24 ta' Lulju 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2597/95 dwar is-sottomissjoni ta' l-istatistiċi dwar il-qabda nominali mill-Istati Membri fl-Atlantiku tat-Tramuntana [2], irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 25ċ (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2597/95) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim:

"kif emendat bi:

- 32001 R 1638: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2001 ta' l-24 ta' Lulju 2001 (ĠU L 222, tas-17.8.2001, p. 29)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament (KE) Nru 1638/2001 fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 39.

[2] ĠU L 222, tas-17.8.2001, p. 29.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top