EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0165

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

ĠU L 65, 7.3.2002, p. 48–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/165(2)/oj

22001D0165



Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0048 - 0049


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 165/2001

tal-11 ta' Diċembru 2001

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-ona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 [1].

(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/561/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-assikurar tal-kwalità fl-edukazzjoni għola [2] għandha tiġi inkorportata fil-ftehim.

(3) Ir-Rakkomandazzjoni 2001/166/KE dwar il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-evalwazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni skolastika [3] għandha tiġi inkorportata fil-ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 fl-Artikolu 4 fil-Protokoll 31 tal-Ftehim:

"7. Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu li jsaħħu l-koperazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet Komunitarji li jistgħu jirriżultaw mis-segwenti attivitajiet Komunitarji:

- 398 H 0561: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/561/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-assikurar tal-kwalità fl-edukazzjoni għola (ĠU L 270, tas-7.10.1998, p. 56),

- 32001 H 0166: Ir-Rakkomandazzjoni 2001/166/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-evalwazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni skolastika (ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, p. 51)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, dejjem jekk in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 11 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

B. Grydeland

[1] ĠU L 251, ta' l-20.9.2001, p. 27.

[2] ĠU L 270, tas-7.10.1998, p. 56.

[3] ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, p. 51

[4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top