Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0148

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li temenda l-Anness I (Oqmsa veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 65, 7.3.2002, p. 17–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/148(2)/oj

    22001D0148



    Official Journal L 065 , 07/03/2002 P. 0017 - 0019


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 148/2001

    tal-11 ta' Diċembru 2001

    li temenda l-Anness I (Oqmsa veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Annex I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2001 tat-23 ta' Novembru 2000 [1].

    (2) Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/680/KE tat-30 ta' Ottubru 2000 li tapprova pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar u tal-marda Newcastle [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/721/KE tas-7 ta' Novembru 2000 dwar l-introduzzjoni tal-vaċċinazzjon li jissuplimenta l-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar fl-Italja u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll tal-moviment [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/785/KE tas-6 ta' Diċembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 2000/721 dwar l-introduzzjoni tal-vaċċinazzjon li jissuplimenta l-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar fl-Italja u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll tal-moviment [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tniżżel dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll u l-qerda tal-Bluetongue [5] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/807/KE tal-11 ta' Diċembru 2000 li tniżżel il-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifiki tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE u li tħassar id-Deċiżjonijiet 84/90/KEE: u 90/442/KEE [6] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda u għall-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej.

    1. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) fil-Parti 3,1:

    "9a. 32000 L 0075: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tniżżel dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll u l-qerda tal-Bluetongue (ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74)."

    2. It-test ta' punti 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/90/KEE) u 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/442/KEE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar.

    3. Il-punti li ġejjen għandhom jiġu miżjuda wara l-punt 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE) fil-Parti 3,2:

    "15. 32000D 0721: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/721/KE tas-7 ta' Novembru 2000 dwar l-introduzzjoni tal-vaċċinazzjon li jissuplimenta l-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar fl-Italja u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll tal-moviment (ĠU L 291, tat-18.11.2000, p. 33), kif emendata mid-:

    - - 32000 D 0785: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/785/KE tas-6 ta' Diċembru (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 49).

    16. 32000 D 0807: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/807/KE tal-11 ta' Diċembru 2000 li tniżżel il-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifiki tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE u li tħassar id-Deċiżjonijiet 84/90/KEE: u 90/442/KEE (ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 80)."

    4. Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 11 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/281/KE) fil-Parti 3,2 taħt l-intestatura

    "ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA EFTA GĦANDHOM JITQIESU B'MOD DOVUT':"

    "12. 32000D 0680: Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/680/KE tat-30 ta' Ottubru 2000 li tapprova pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar u tal-marda Newcastle (ĠU L 281, tas-7.11.2000, p. 21)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/680/KE, 2000/721/KE, 2000/785/KE u 2000/807/KE fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ippublikati fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

    Artikolu 4

    Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

    Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    B. Grydeland

    [1] ĠU L 22, ta' l-24.1.2002, p. 15.

    [2] ĠU L 281, tas-7.11.2000, p. 21.

    [3] ĠU L 291, tat-18.11.2000, p. 33.

    [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 49.

    [5] ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74.

    [6] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 80.

    [7] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top