EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0133

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-ftehim taż-ŻEE

ĠU L 22, 24.1.2002, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/133(2)/oj

22001D0133



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0020 - 0021


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 133/2001

tad-9 ta' Novembru 2001

li temenda l-Anness I (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/53/KE tal-15 ta' Novembru 1994 li temenda l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/91/KEE li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-tagħmir ta' ġewwa tal-karozzi (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, l-apparat għall-kontroll awtomatiku u l-indikaturi) [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġiż ta' l-arja mill-emmissjonijiet mill-karozzi [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 32001 L 0001: Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2001 (ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 34)."

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 34 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 394 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/53/KE tal-15 ta' Novembru 1994 (ĠU L 299, tat-22.11.1994, p. 26)."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/53/KE u d-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jkunu ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnali Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2001, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għanhdom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 5.

[2] ĠU L 299, tat-22.11.1994, p. 26.

[3] ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 34.

[4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------

Top