EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0130

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fiżjosanitarji) għall-ftehim ŻEE

ĠU L 22, 24.1.2002, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/130(2)/oj

22001D0130



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0013 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 130/2001

tat-23 ta' Novembru 2001

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fiżjosanitarji) għall-ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li aġġusta il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/KE tat-2 ta' Mejju 2000 li temenda id-Direttiva 93/53/KEE: li daħħlet miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut [2] għandha tkun imdaħħla f'dan il-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni ma għandiex tgħodd għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej irid jiżdied ma' punt 7 (Direttiva tal-Kunsill Nru 93/53/KEE) f'Parti 3.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

"- 32000 L 0027: Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/KE tat-2 ta' Mejju 2000 (ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 28)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/27/EC fil-lingwa tal-Islanda u Norveġiża, li ser jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ser ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Novembru 2001, iżda n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6.

[2] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 28.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top