This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0124
Decision of the EEA Joint Committee No 124/2001 of 23 November 2001 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2001 tat-23 Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materi veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2001 tat-23 Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materi veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 22, 24.1.2002, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0001 - 0002
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2001 tat-23 Novembru 2001 li temenda l-Anness I (Materi veterinarji u fitosanitarji) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjni 2000/111/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tinnomuma bank ġdid ta' l-antiġeni u tagħmel dispożizzjonijiet għat-trasferiment u l-ħażna ta' l-antiġeni ġewwa l-qafas ta' l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda t-tilqim kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjni 2000/112/KE ta' l-14 ta' Jannar 2000 li tiddettalja d-distribuzzjoni bejn il-banek tar-riservi ta' l-antiġeni stabbiliti ġewwa l-qafas ta' l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi tat-tilqim kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer u li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/590/KE u 97/348/KE [3] trid tiġi inkoporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li tinnomina istitut speċifiku responsabbli li jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa sabiex jiġu standardizzati ċerti testijiet seroloġiċi għalbiex jimmonitorjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabbja [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (5) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Parti 3.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 11 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/502/KE): "12. 32000 D 0111: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjni 2000/111/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li tinnomuma bank ġdid ta' l-antiġeni u li tagħmel dispożizzjonijiet għat-trasferiment u l-ħażna ta' l-antiġeni ġewwa l-qafas ta' l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi tat-tilqim kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer (ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 19). 13. 32000 D 0112: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjni 2000/112/KE ta' l-14 ta' Jannar 2000 li tiddettalja d-distribuzzjoni bejn il-banek tar-riservi ta' l-antiġeni stabbiliti ġewwa l-qafas ta' l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi tat-tilqim kontra l-marda tal-lsien u d-dwiefer u li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/590/KE u 97/348/KE (ĠUL 33, tat-8.2.2000, p. 21)." 2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 9 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/156KE): "- 32000 D 0112: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/112/KE ta' l-14 ta' Jannar 2000 (ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 21)." Artikolu 2 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 53 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/171/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim: "54. 32000 D 0258: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li tinnomina istitut speċifiku responsabbli li jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa sabiex jiġu standardizzati ċerti testijiet seroloġiċi għalbiex jimmonitorjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabbja (ĠU L 79, tat-30.2.2000, p. 40)." Artikolu 3 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċijonijiet 2000/111/KE, 2000/112/KE u 2000/258/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6. [2] ĠU L 33, tat- 8.2.2000, p. 19. [3] ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 21. [4] ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40. [5] Edba ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------