EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0118(27)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 15, 18.1.2001, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/152(2)/oj

22001D0118(27)



Official Journal L 015 , 18/01/2001 P. 0053 - 0054


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 152/1999

tal-5 ta' Novembru 1999

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 [1].

(2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/481/KEE tat-28 ta' Lulju 1993 dwar il-format għall-preżentazzjoni ta' programmi nazzjonali kif imbassra bl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 13 (Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

"13a. 393 D 0481: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/481/KEE tat-28 ta' Lulju 1993 dwar il-format għall-preżentazzjoni ta' programmi nazzjonali kif imbassra bl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (ĠU L 226, tas-7.9.1993, p. 23)."

Artikolu 2

Il-punti 13a (Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE) u 13b (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/446/KEE) għandhom isiru l-punti 13b u 13ċ rispettivament.

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/481/KEE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 296, tat-23.11.2000, p. 49.

[2] ĠU L 226, tas-7.9.1993, p. 23.

--------------------------------------------------

Top