Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0118(15)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 15, 18.1.2001, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/140(2)/oj

    22001D0118(15)



    Official Journal L 015 , 18/01/2001 P. 0030 - 0031


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 140/1999

    tal-5 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 [1].

    (2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/556/KE tat-30 ta' Settembru 1998 li temenda d-Deċiżjoni 97/467/KE, li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam tal-fniek u laħam tal-kaċċa mrobbija [2], għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (3) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/622/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar l-importazzjoni ta' ċerti annimali ħajjin u ta' ċerti prodotti ta' l-annimali miż-Żimbabwe u mill-Gżejjer Falkland u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/625/KE tat-28 ta' Ottubru 1998 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta' laħam frisk mill-Gżejjer Falkland [4], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/662/KE tas-16 ta' Novembru 1998 li temenda d-Deċiżjoni 97/365/KE, li tistabbilixxi listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-laħam ippreparati minn annimali bovini [5], għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (6) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/KE) fil-Parti 8.3.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "- 398 D 0556: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/556/KE tat-30 ta' Settembru 1998 (ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 86)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 2 (Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "- 398 D 0622: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/622/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 296, tal-5.11.1998, p. 16)."

    Artikolu 3

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 174 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/94/KE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "175. 398 D 0625: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/625/KE tat-28 ta' Ottubru 1998 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta' laħam frisk mill-Gżejjer Falkland (ĠU L 299, ta' l-10.11.1998, p. 30)."

    Artikolu 4

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE) fil-Parti 8.3.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    - 398 D 0662: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/662/KE tas-16 ta' Novembru 1998 (ĠU L 314, ta' l-24.11.1998, p. 19)."

    Artikolu 5

    It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/556/KE, 98/622/KE, 98/625/KE u 98/662/KE fil-lingwa Norveġiża, li huma annessi għall-verżjoni tal-lingwa Norveġiża għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 296, tat-23.11.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 86.

    [3] ĠU L 296, tal-5.11.1998, p. 16.

    [4] ĠU L 299, ta' l-10.11.1998, p. 30.

    [5] ĠU L 314, ta' l-24.11.1998, p. 19.

    --------------------------------------------------

    Top