Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0118(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 15, 18.1.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/126(2)/oj

    22001D0118(01)



    Official Journal L 015 , 18/01/2001 P. 0001 - 0002


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 126/1999

    tal-5 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 [1].

    (2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/121/KE tas-27 ta' Jannar 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/778/KE sabiex tiġi aġġornata l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati għal kontrolli veterinarji [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/129/KE tad-29 ta' Jannar 1999 li temenda d-Deċiżjoni 94/381/KE għat-tieni darba dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-ispongiform encephalopathy tal-bovini, u t-tmiegħ tal-proteina miksuba mill-mammali [3] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/778/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "- 399 D 0121: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/121/KE tas-27 ta' Jannar 1999 (ĠU L 37, tal-11.2.1999, p. 25)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "- 399 D 0129: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/129/KE tad-29 ta' Jannar 1999 (ĠU L 41, tas-16.2.1999, p. 14)."

    Artikolu 3

    It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 1999/121/KE u 1999/129/KE fil-lingwa Norveġiża, li huma annessi għall-verżjoni tal-lingwa Norveġiża għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 296, tat-23.11.2000, p. 1.

    [2] ĠU L 37, tal-11.2.1999, p. 25.

    [3] ĠU L 41 tas-16.2.1999, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top