EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0111(09)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2000 tas-27 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 7, 11.1.2001, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/94(2)/oj

22001D0111(09)



Official Journal L 007 , 11/01/2001 P. 0019 - 0020


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 94/2000

tas-27 ta' Ottubru 2000

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2000 tat-2 ta' Awissu 2000 [1].

(2) Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-infurzar ta' dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Komunità [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56g (Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"56h. 399 L 0095: Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-infurzar ta' dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Komunità (ĠU L 14, ta' l-20.1.2000, p. 29)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' Ottubru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. S. Gunnarsson

[1] ĠU L 250, tal-5.10.2000, p. 52.

[2] ĠU L 14, ta' l-20.1.2000, p. 29.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top