Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0100

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 251, 20.9.2001, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/100(2)/oj

    22001D0100



    Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0027 - 0028


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 100/2001

    tat-13 ta' Lulju 2001

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 [1].

    (2) L-Istati ta' l-EFTA taż-ŻEE bħallissa qegħdin jipparteċipaw f'diversi programmi fil-qasam tas-saħħa pubblika li sejrin jiskadu fis-snin 2000 u 2001, filwaqt li d-daħla fis-seħħ tal-programm tal-Komunità Ewropea li jssewgwi wara dawn il-programmi hija inċerta.

    (3) Huwa xieraq illi tiġi estża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li testendi ċerti programmi ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika adottati bid-Deċiżjonijiet Nru 645/96/KE, Nru 646/96/KE, Nru 647/96/KE, Nru 102/97/KE, Nru 1400/97/KE u Nru 1296/1999/KE u li temenda dawk id-Deċiżjonijiet [2].

    (4) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża, fir-rigward tad-Deċiżjonijiet Nru 645/96/KE [3], Nru 646/96/KE [4], Nru 647/96/KE [5] u Nru 102/97/KE [6]minn Jannar 2001 u fir-rigward tad-Deċiżjonijiet Nru 1400/97/KE [7] u Nru 1296/1999/KE [8]minn Jannar 2002 u, fil-każijiet kollha, sal-31 ta' Diċembru 2002,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 16(1) tal-Protkoll 31 għall-Ftehim, li ġej għandu jiġi miżjud fl-inċiżi 1,2,3,4,5 u 8:

    ", kif emendat bi:

    - 32001 D 0521: Id-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li testendi ċerti programmi ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika adottati bid-Deċiżjonijiet Nru 645/96/KE, Nru 646/96/KE, Nru 647/96/KE, Nru 102/97/KE, Nru 1400/97/KE u Nru 1296/1999/KE u li temenda dawk id-Deċiżjonijiet (ĠU L 79, tas-17.3.2001, p. 1)."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-14 ta' Lulju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [9].

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2001.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 30.

    [2] ĠU L 79, tas-17.3.2001, p. 1.

    [3] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 1.

    [4] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 9.

    [5] ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 16.

    [6] ĠU L 19, tat-22.1.1997, p. 25.

    [7] ĠU L 193, tat-22.7.1997, p. 1.

    [8] ĠU L 155, tat-22.6.1999, p. 7.

    [9] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top