Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0096

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 251, 20.9.2001, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/96(2)/oj

22001D0096



Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0023 - 0023


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 96/2001

tat-13 ta' Lulju 2001

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1617/93 dwar konsultazzjonijiet dwar tariffi għall-passiġġieri u allokazzjoni ta' spazju fl-ajruporti [2] għandu jiġi nkorprat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 11b (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1617/93) fl-Anness XIV għall-Ftehim:

"- 32001 R 1324: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 56)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Lulju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 52, tat-22.2.2001, p. 38.

[2] ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 56.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top