Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0080

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 238, 6.9.2001, p. 31–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/80(2)/oj

    22001D0080



    Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0031 - 0031


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 80/2001

    tad-19 ta' Ġunju 2001

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1].

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/541/KE tas-6 ta' Settembru 2000 dwar kriterji għall-assessjar ta' pjanijiet nazzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 21ab (Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

    "21aba. 32000 D 0541: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/541/KE tas-6 ta' Settembru 2000 dwar kriterji għall-assessjar ta' pjanijiet nazzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (ĠU L 230, tat-12.9.2000, p. 16)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/541/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 62.

    [2] ĠU L 230, tat-12.9.2000, p. 16.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top