Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0073

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 238, 6.9.2001, p. 22–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/73(2)/oj

    22001D0073



    Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0022 - 0022


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 73/2001

    tad-19 ta' Ġunju 2001

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 [1].

    (2) Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KE u 93/22/KEE dwar l-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi [2] għandha tiġi inkorporat fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punti 7a (Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE), 12a (Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE), 30 (Direttiva tal-Kunsill (Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) u 30b (Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim, qabel it-testi ta' addattament:

    "- 32000 L 0064: Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 158, ta' l-14.6.2001, p. 59.

    [2] ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27.

    [3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top