This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0071
Decision of the EEA Joint Committee No 71/2001 of 19 June 2001 amending Annex VI (social security) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 238, 6.9.2001, p. 19–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076
Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0019 - 0020
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness VI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2001 tat-30 ta' Marzu 2000 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropew dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom Nru 177 tal-5 ta' Ottubru 1999 dwar il-forom meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 128 u 128 B) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amminsitrattiva tal-komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu Barra minn Pajjiżhom Nru 178 ta' l-20 ta' Diċembru 1999 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 111(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3.55 (Deċiżjoni Nru 176) fl-Anness VI għall-Ftehim: "3.56 32000 D 0748: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropew dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom Nru 177 ta-5 ta' Ottubru 1999 dwar il-forom meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 128 u E 128 B) (ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p.65). 3.57 32000 D 0749: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amminsitrattiva tal-komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema li Jmorru Jaħdmu Barra minn Pajjiżhom Nru 178 tad-9 ta' Diċembru 1999 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 111(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p. 71)." . Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjonijiet Nru 177 u 178 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 158, ta' l-14.6.2001, p. 55. [2] ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p. 65. [3] ĠU L 302, ta' l-1.12.2000, p. 71. [4] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------