Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0070

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 238, 6.9.2001, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/70(2)/oj

    22001D0070



    Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0017 - 0018


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 70/2001

    tad-19 ta' Ġunju 2001

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2000 tat-22 ta' Diċembru 2000 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/49/KE tas-26 ta' Lulju 2000 li tinkludi sustanza attiva (metsulfuron-methyl) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-26 ta' Lulju 2000 li tinkludi sustanza attiva (prohexadione-calcium) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "- 32000 L 0049: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/49/KE tas-26 ta' Lulju 2000 (ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 32),

    - 32000 L 0050: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-26 ta' Lulju 2000 (ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 39)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/49/KE u 2000/50/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Ġunju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 52, tat-22.2.2001, p. 33.

    [2] ĠU L 197, tat-3.8.2000, p. 32.

    [3] ĠU L 198, ta' l-4.8.2000, p. 39.

    [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top