EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0031

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 158, 14.6.2001, p. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/31(2)/oj

22001D0031



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0015 - 0016


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 31/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE li tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta' żwiemel għat-trobbija u l-produzzjoni [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 24 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE) fil-Parti 2.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 32000 D 0068(01): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 72)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24.

[2] ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 72.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top