Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 22001D0005

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 66, 8.3.2001, pagg. 47–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Stato giuridico del documento In vigore

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/5(2)/oj

22001D0005



Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0047 - 0047


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 5/2001

tal-31 ta' Jannar 2001

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/1999 tat-30 ta' Settembru 1999 [1].

(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/408/KE tat-23 ta' Ġunju 2000 dwar il-kxif ta' informazzjoni dwar strumenti finanzjarji u oġġetti oħra li jikkomlimnetaw il-kxif meħtieġ skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u instituzzjonijiet finanzjarji oħra [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 38 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"39. 32000 X 0408: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/408/KE tat-23 ta' Ġunju 2000 dwar il-kxif ta' informazzjoni dwar strumenti finanzjarji u oġġetti oħra li jikkomlimnetaw il-kxif meħtieġ skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u instituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 36)."

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/408/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 325, tas-21.12.2000, p. 32.

[2] ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 36.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

In alto